|
22.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1082/2012
tad-9 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 fir-rigward tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta’ Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (2) ma fihx regoli dettaljati għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni. Huwa neċessarju li jiġu introdotti tali regoli sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom hija stabbilita l-konformità fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili stabbilit mill-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom juru lill-Kummissjoni kif huma jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-punt 11.6 fir-rigward tal-punt 6.8 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2013.
Il-validaturi indipendenti ċċertifikati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jibqgħu kkwalifikati biex iwettqu validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ spedituri magħrufa fl-Istati Membri sakemm tiskadi ċ-ċertifikazzjoni jew għal perjodu ta’ mhux aktar minn ħames snin, skont liema perjodu jkun l-iqsar.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tevalwa l-applikazzjoni tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2015.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
A.
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 huwa emendat kif ġej:|
(1) |
Il-punt 6.3.1.2(b) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Il-punt 6.4.1.2(b) huwa emendat kif ġej:
|
B.
Il-punt 6.8 huwa mibdul b’dan li ġej:“6.8 IL-PROTEZZJONI TAL-MERKANZIJA U L-POSTA LI JINĠARRU MINN PAJJIŻI TERZI LEJN L-UNJONI
6.8.1 Nominazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru
|
6.8.1.1. |
Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-Dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3):
|
|
6.8.1.2. |
In-nominazzjoni ta’ trasportatur tal-ajru bħala ACC3 fir-rigward tal-operazzjonijiet tiegħu tal-merkanzija u tal-posta minn ajruport li għalih tkun meħtieġa nominazzjoni tal-ACC3 (minn hawn ‘il quddiem, ‘l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija’) għanda tkun abbażi ta’
|
|
6.8.1.3. |
L-awtorità xierqa għandha talloka identifikatur alfanumeriku uniku fil-format standard lill-ACC3 innominat li jidentifika t-trasportatur tal-ajru u l-ajruport tal-pajjiż terz li għalih it-trasportatur tal-ajru jkun ġie nnominat biex iġorr il-merkanzija jew il-posta lejn l-Unjoni. |
|
6.8.1.4. |
In-nominazzjoni għandha tkun valida minn dakinhar li l-awtorità xierqa tkun daħħlet id-dettalji tal-ACC3 fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa, għal perjodu massimu ta’ ħames snin. |
|
6.8.1.5. |
ACC3 elenkat fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha għall-operazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz. |
6.8.2. Validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-ACC3
|
6.8.2.1. |
Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward tal-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija ta’ trasportatur tal-ajru għandha tikkonsisti minn
|
|
6.8.2.2. |
Il-verifika tal-implimentazzjoni tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha ssir fuq il-post, f’wieħed minn dawn il-gradi:
|
|
6.8.2.3. |
L-awtorità xierqa tista’ tinnomina trasportatur tal-ajru bħala ACC3 għal perjodu limitat, li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2016, fejn validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx tista’ sseħħ għal raġunijiet oġġettivi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltà tat-trasportatur tal-ajru. Fejn tali nominazzjoni tingħata għal perjodu ta’ aktar minn 3 xhur, l-awtorità xierqa għandha tkun ivverifikat li t-trasportatur tal-ajru japplika programm ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tas-sigurtà interna li jkun ekwivalenti għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. |
|
6.8.2.4. |
Fejn il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ ACC3 tkun saret qabel l-1 ta’ Lulju 2014 u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tat-tieni sentenza tal-punt 6.8.3.2 ma tkunx ġiet ikkonfermata, l-ACC3 għandu jipprovdi lill-awtorità xierqa bi prova tal-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2014. Il-prova għandha tikkonsisti minn aġġornament tal-parti rispettiva tal-programm tas-sigurtà u tista’ tikkonsisti minn verifika ta’ segwitu fuq il-post. |
|
6.8.2.5. |
Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiġi rreġistrata f’rapport ta’ validazzjoni li jkun jikkonsisti mill-inqas fid-dikjarazzjoni tal-impenji stipulati fid-Dokument mehmuż 6-H1, il-lista ta’ kontroll stipulata fid-Dokument mehmuż 6-C3 u dikjarazzjoni mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE kif stipulata fid-Dokument mehmuż 11-A. Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jissottometti r-rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità x-xierqa u għandu jipprovdi kopja tagħha lit-trasportatur tal-ajru vvalidat. |
6.8.3. Il-kontrolli tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta li jaslu minn pajjiż terz
|
6.8.3.1. |
L-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija u l-posta kollha li jinġarru għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati, sakemm:
|
|
6.8.3.2. |
Sat-30 ta’ Ġunju 2014, ir-rekwiżiti tal-iskrinjar stipulati fil-punt 6.8.3.1 għandhom, bħala minimu, jissodisfaw l-istandards tal-ICAO. Minn hemm ‘il quddiem, il-merkanzija u l-posta li jinġarru lejn l-Unjoni għandhom jiġu skrinjati skont wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit. |
|
6.8.3.3. |
L-ACC3 għandu jiżgura, fir-rigward ta’
|
|
6.8.3.4. |
L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-ACC3 u l-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna kif imsemmi fil-punt 6.3.2.6(d), maħruġa minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu indikati fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u, jew f’format elettroniku jew bil-miktub. |
|
6.8.3.5. |
Fin-nuqqas ta’ aġent regolat li ssir referenza għalih fil-punt 6.8.4, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz elenkat fid-Dokument mehmuż 6Fii jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà. |
6.8.4. Il-validazzjoni tal-aġenti regolati u tal-ispedituri magħrufa
|
6.8.4.1. |
Sabiex isiru aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew speditur magħruf, l-entitajiet minn pajjiżi terzi għandhom jiġu vvalidati skont waħda miż-żewġ għażliet li ġejjin u għandhom ikunu elenkati fid-database tal-ACC3(s) fejn jitwasslu direttament il-merkanzija jew il-posta sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:
|
|
6.8.4.2. |
Jekk il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1(b) tikkonkludi li l-entità
|
|
6.8.4.3. |
L-ACC3 għandu iżomm(u) database li tagħti mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull aġent regolat jew speditur magħruf li jkun soġġett għal validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE skont il-punt 6.8.4.1, minn fejn huwa jaċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament sabiex jinġarru lejn l-Unjoni:
Id-database għandha tkun disponibbli għal spezzjoni tal-ACC3. Entitajiet ivvalidati oħrajn tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jistgħu jżommu database ta’ dan it-tip. |
6.8.5 In-nuqqas tal-konformità u s-sospensjoni tan-nominazzjoni bħala ACC3
6.8.5.1. In-nuqqas tal-konformità
|
1. |
F’każ li l-Kummissjoni jew awtorità xierqa tidentifika nuqqas serju relatat ma’ operazzjoni tal-ACC3 li jitqies bħala li għandu impatt sinifikanti fuq il-livell globali tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-Unjoni, hija għandha:
|
|
2. |
Meta awtorità xierqa ma tkunx għamlet ir-rettifika, il-Kummissjoni tista’, wara li tikkonsulta mal-kumitat regolatorju għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, tikkonkludi li t-trasportatur ma għandux jibqa’ jkun rikonoxxut bħala ACC3, kemm għal rotot speċifiċi kif ukoll għar-rotot kollha minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, id-dettalji tal-ACC3 għandhom jitneħħew mid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa. |
|
3. |
Trasportatur tal-ajru li r-rikonoxximent tiegħu bħala ACC3 ikun ġie rtirat skont il-punt 6.8.5.1 ma għandux jerġa’ jiddaħħal jew jiġi inkluż fid-database tal-Unjoni tal-aġenti regolati jew l-ispedituri magħrufa sakemm il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma tkunx ikkonfermat li n-nuqqas serju ġie rrettifikat u l-kumitat dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili jkun ġie mgħarraf dwar dan mill-awtorità rilevanti xierqa. |
6.8.5.2. Is-sospensjoni
L-awtorità xierqa li nnominat l-ACC3 hija responsabbli għat-tneħħija tal-ACC3 mid-‘database tal-Unjoni ta’ aġenti regolati u spedituri magħrufa’
|
(a) |
fuq it-talba tat-trasportatur tal-ajru jew bi qbil miegħu jew |
|
(b) |
fejn l-ACC3 ma jsegwix l-operazzjonijiet rilevanti tal-merkanzija u ma jirreaġixxix għal talba għall-kummenti jew inkella jfixkel il-valutazzjoni tar-riskju għall-avjazzjoni. |
(1) ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1."
C.
Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-C:“ DOKUMENT MEHMUŻ 6-C3
LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-ACC3
In-nominazzjoni bħala ACC3 (Trasportaturi tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru li joperaw lejn l-Unjoni minn ajruport ta’ pajjiż terz) hija l-prerekwiżit għall-ġarr tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru lejn l-Unjoni Ewropea (4) (UE) jew l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera u hija meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011 (5).
In-nominazzjoni bħala ACC3 hija fil-prinċipju (6) meħtieġa għat-titjiriet kollha li jġorru merkanzija jew posta għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fl-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE. L-awtoritajiet xierqa tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-Islanda, tan-Norveġja u tal-Isvizzera huma lkoll responsabbli għan-nominazzjoni ta’ trasportaturi tal-ajru speċifiċi bħala ACC3. In-nominazzjoni hija bbażata fuq il-programm tas-sigurtà ta’ trasportatur tal-ajru u fuq verifika fuq il-post tal-implimentazzjoni skont l-objettivi msemmija f’din il-lista ta’ kontroll tal-validazzjoni.
Il-lista ta’ kontroll hija l-istrument li għandu jintuża mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà applikata għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru (7) fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE minn jew taħt ir-responsabbiltà tal-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li japplika għal nominazzjoni bħala ACC3.
Għandu jintbagħat rapport ta’ validazzjoni lill-awtorità ta’ nominazzjoni x-xierqa u lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara l-verifika fuq il-post. Partijiet integrali tar-rapport ta’ validazzjoni għandhom ikunu mill-inqas:
|
— |
il-lista ta’ kontroll mimlija, iffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u, fejn applikabbli, bil-kummenti dwarha mill-entità vvalidata; |
|
— |
id-dikjarazzjoni tal-impenji (id-Dokument mehmuż 6-H1 stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) iffirmata mill-entità vvalidata; u |
|
— |
dikjarazzjoni tal-indipendenza (id-Dokument mehmuż 11-A stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010) fir-rigward tal-entità vvalidata ffirmata mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. |
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. F’kull każ, ir-rapport tal-validazzjoni għandu jkun bl-Ingliż.
Il-Parti 3 – Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, il-Parti 6 – Id-database, il-Parti 7 – L-iskrinjar u l-Parti 8 – Merkanzija jew posta b’riskju għoli (HRCM) għandhom jiġu vvalidati fl-isfond tar-rekwiżiti tal-Kapitoli 6.7 u 6.8 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010. Għall-partijiet l-oħrajn, l-istandards bażi huma l-Istandards u l-Prattiki Rakkomandati (SARPs) tal-Anness 17 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-materjal ta’ gwida li jinsab fil-Manwal tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni tal-ICAO (Dok 8973-Ristrett).
Noti dwar il-mili:
|
— |
Għandhom jimtlew il-partijiet kollha tal-lista ta’ kontroll. Fejn ma jkun hemm ebda informazzjoni disponibbli, għandha tingħata spjegazzjoni għal dan. |
|
— |
Wara kull parti, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk u safejn intlaħqu l-objettivi ta’ din il-parti. |
PARTI 1
Identifikazzjoni tal-entità vvalidata u tal-validatur
| 1.1 Id-data/i tal-validazzjoni |
|||||||||||||
|
Uża l-format eżatt tad-data, bħal 01.10.2012 sa 02.10.2012 |
|||||||||||||
|
jj/xx/ssss |
|
||||||||||||
| 1.2 Id-data tal-validazzjoni preċedenti u l-Identifikatur Alfanumeriku Uniku (UAI) tal-ACC3, fejn disponibbli |
|||||||||||||
|
jj/xx/ssss |
|
||||||||||||
|
UAI |
|
||||||||||||
| 1.3 Informazzjoni dwar il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni |
|||||||||||||
|
Isem |
|
||||||||||||
|
Kumpanija/Organizzazzjoni/Awtorità |
|
||||||||||||
|
UAI |
|
||||||||||||
|
L-indirizz tal-e-Mail |
|
||||||||||||
|
In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali |
|
||||||||||||
| 1.4 L-isem tat-trasportatur tal-ajru li għandu jiġi vvalidat |
|||||||||||||
|
Isem |
|
||||||||||||
|
AOC (iċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru) maħruġ fi (l-isem tal-Istat): |
|
||||||||||||
|
Il-kodiċi tal-IATA (l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru), jew il-kodiċi tal-ICAO (l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali) jekk il-kodiċi tal-IATA ma jeżistix għat-trasportatur tal-ajru. Speċifika liema kodiċi. |
|
||||||||||||
|
L-Istat responsabbli għan-nominazzjoni tat-trasportatur tal-ajru bħala ACC3 |
|
||||||||||||
| 1.5 Id-dettalji tal-post tal-ajruport tal-pajjiż terz li għandu jiġi vvalidat jew il-faċilitajiet tal-merkanzija/posta marbuta miegħu |
|||||||||||||
|
Isem |
|
||||||||||||
|
Il-kodiċi tal-IATA (jew tal-ICAO) għall-ajruport |
|
||||||||||||
|
Il-pajjiż |
|
||||||||||||
| 1.6 In-natura tan-negozju tat-trasportatur tal-ajru – Jista’ jkun applikabbli aktar minn tip wieħed ta’ negozju |
|||||||||||||
|
|
||||||||||||
| 1.7 L-isem u t-titolu tal-persuna responsabbli mis-sigurtà tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru minn pajjiżi terzi |
|||||||||||||
|
Isem |
|
||||||||||||
|
It-titolu tal-impjieg |
|
||||||||||||
|
L-indirizz tal-e-Mail |
|
||||||||||||
|
In-numru tat-telefon – inkluż il-kodiċi internazzjonali |
|
||||||||||||
| 1.8 L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru fl-ajruport fejn issir iż-żjara |
|||||||||||||
|
Numru/Taqsima/Bini/Ajruport |
|
||||||||||||
|
It-triq |
|
||||||||||||
|
Il-belt |
|
||||||||||||
|
Il-kodiċi postali |
|
||||||||||||
|
L-Istat (fejn ikun rilevanti) |
|
||||||||||||
|
Il-pajjiż |
|
||||||||||||
| 1.9 L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur tal-ajru, eż il-kwartieri korporattivi |
|||||||||||||
|
Numru/Taqsima/Bini/Ajruport |
|
||||||||||||
|
It-triq |
|
||||||||||||
|
Il-belt |
|
||||||||||||
|
Il-kodiċi postali |
|
||||||||||||
|
L-Istat (fejn ikun rilevanti) |
|
||||||||||||
|
Il-pajjiż |
|
||||||||||||
PARTI 2
L-organizzazzjoni u r-responsabbiltajiet tal-ACC3 fl-ajruport
Objettiv: Ebda merkanzija jew posta bl-ajru ma tista’ tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE mingħajr ma tkun soġġetta għal kontrolli tas-sigurtà. Id-dettalji ta’ tali kontrolli huma pprovduti mill-Partijiet li ġejjin ta’ din il-lista ta’ kontroll. L-ACC3 ma għandux jaċċetta merkanzija jew posta biex tinġarr fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE sakemm l-applikazzjoni tal-iskrinjar jew ta’ kontrolli tas-sigurtà oħrajn ma tkunx ikkonfermata u miżmuma responsabbli minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, minn speditur magħruf ivvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jew sakemm tali kunsinni ma jkunux soġġetti għall-iskrinjar skont ir-regoli tal-UE.
L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li jiġu applikati kontrolli xierqa tas-sigurtà għall-merkanzija u l-posta bl-ajru kollha fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE sakemm dawn ma jkunux eżentati mill-iskrinjar skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u bil-kundizzjoni li l-merkanzija jew il-posta jkunu protetti minn hemm ‘il quddiem sakemm jitgħabbew fuq l-inġenju tal-ajru. Il-kontrolli tas-sigurtà għandhom jikkonsistu minn:
|
— |
Skrinjar fiżiku li għandu jkun ta’ standard suffiċjenti biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna; jew |
|
— |
Kontrolli tas-sigurtà oħrajn li huma parti minn proċess ta’ Sigurtà fil-Katina tal-Provvista li jiżguraw b’mod raġonevoli li ma nħeba ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna applikati minn aġenti regolati u vvalidati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn spedituri magħrufa jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. |
Referenza: Il-punt 6.8.3
| 2.1 It-trasportatur tal-ajru stabbilixxa proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġi sottomessa għal kontrolli xierqa tas-sigurtà qabel titgħabba fuq inġenju tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess |
|
||||||||
| 2.2 Il-kontrolli tas-sigurtà huma applikati mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru? |
|||||||||
|
Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji |
|
||||||||
|
Jekk LE, liema entitajiet mhux koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw kontrolli tas-sigurtà għal merkanzija jew posta bl-ajru li tinġarr minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE? |
|
||||||||
|
Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji
|
|
||||||||
| 2.3 Permezz ta’ liema strumenti u struzzjonijiet it-trasportatur tal-ajru jiżgura li l-kontrolli tas-sigurtà huma applikati bil-mod meħtieġ? |
|||||||||
|
|
|||||||||
| 2.4 It-trasportatur tal-ajru huwa kapaċi jesiġi li jsiru l-kontrolli tas-sigurtà xierqa f’każ li l-iskrinjar jitwettaq minn entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru, bħalma huma l-faċilitajiet tal-gvern? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk LE, ipprovdi d-dettalji |
|
||||||||
| 2.5 Ġie implimentat xi programm ta’ aġenti regolati/spedituri magħrufa għall-merkanzija u l-posta bl-ajru skont l-istandards tal-ICAO fl-Istat tal-ajruport fejn issir iż-żjara ta’ validazzjoni? |
|||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi tal-programm u kif dan iddaħħal fis-seħħ |
|
||||||||
| 2.6 Konklużjonijiet u kummenti ġenerali dwar id-dipendenza, il-konklussività u r-robustezza tal-proċess. |
|||||||||
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
||||||||
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
||||||||
PARTI 3
Il-Programm tas-Sigurtà tat-trasportatur tal-ajru
Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li l-programm tas-sigurtà tiegħu jkun jinkludi l-miżuri kollha tas-sigurtà tal-avjazzjoni li huma rilevanti u suffiċjenti biex il-merkanzija u l-posta bl-ajru jinġarru lejn l-UE
Il-programm tas-sigurtà u d-dokumentazzjoni assoċjata tat-trasportatur tal-ajru għandhom ikunu l-bażi tal-kontrolli tas-sigurtà applikati skont l-objettiv ta’ din il-lista ta’ kontroll. It-trasportatur tal-ajru jista’ jikkunsidra li jgħaddi d-dokumentazzjoni tiegħu lill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE qabel ma ssir iż-żjara fuq il-post, biex tgħinu jiffamiljarizza ruħu mad-dettalji tal-postijiet li jrid iżur.
Referenza: Il-punt 6.8.2.1 u d-Dokument mehmuż 6-G
Nota: Il-punti li ġejjin elenkati fid-Dokument mehmuż 6-G kif stabbilit fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 għandhom ikunu koperti b’mod xieraq:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-miżuri għall-merkanzija u l-posta bl-ajru; |
|
(b) |
il-proċeduri għall-aċċettazzjoni |
|
(c) |
l-iskema u l-kriterji tal-aġent regolat |
|
(d) |
l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur magħruf; |
|
(e) |
l-iskema u l-kriterji tal-ispeditur in konto [akkont]; |
|
(f) |
l-istandard tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku; |
|
(g) |
il-post tal-iskrinjar u tal-eżami fiżiku; |
|
(h) |
id-dettalji dwar it-tagħmir tal-iskrinjar; |
|
(i) |
id-dettalji tal-operatur jew tal-fornitur tas-servizz; |
|
(j) |
il-lista ta’ eżenzjonijiet mill-iskrinjar tas-sigurtà jew mill-eżami fiżiku; |
|
(k) |
it-trattament ta’ merkanzija u posta bl-ajru b’riskju għoli. |
| 3.1 Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru |
|
|
Data – uża l-format eżatt tad-data jj/xx/ssss |
|
|
Verżjoni |
|
|
Il-programm ġie sottomess lil awtorità xierqa tal-UE/ŻEE fi stadju aktar bikri? Jekk IVA, meta għal nominazzjoni bħala ACC3? Għal skopijiet oħrajn? |
|
| 3.2 Il-programm tas-sigurtà jkopri biżżejjed l-elementi tal-lista ta’ hawn fuq? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall |
|
| 3.3 Il-miżuri tas-sigurtà tal-avjazzjoni deskritti mill-programm tas-sigurtà huma rilevanti u biżżejjed sabiex jiżguraw il-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE skont l-istandards meħtieġa? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, iddeskrivi għaliex billi tagħti r-raġunijiet fid-dettall |
|
| 3.4 Konklużjoni: Il-programm tas-sigurtà huwa konklużiv, robust u komplet? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet |
|
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
PARTI 4
Ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal
Objettiv: L-ACC3 għandu jassenja membri tal-persunal kompetenti u responsabbli biex jaħdmu fil-qasam tas-sikurezza u l-ġestjoni tal-merkanzija bl-ajru jew tal-posta bl-ajru. Il-persunal b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà jippossjedu l-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex iwettqu d-doveri tagħhom u ngħataw taħriġ adegwat.
Sabiex jissodisfa dan l-objettiv, l-ACC3 għandu jkollu proċedura sabiex jiżgura li l-membri kollha tal-persunal (permanenti, temporanji, persunal tal-aġenzija, sewwieqa, eċċ.) b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru għal liema jkunu qegħdin jiġu jew kienu ġew applikati kontrolli tas-sigurtà:
|
— |
kienu soġġetti għal verifiki inizjali u rikorrenti qabel l-impjieg u/jew għal verifiki tal-preċedenti personali, li mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat; u |
|
— |
ikunu temmew taħriġ inizjali u rikorrenti fis-sigurtà sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet lokali tal-ajruport ivvalidat. |
Referenza: Il-punt 6.8.3.1
Nota:
|
— |
Verifika tal-preċedenti personali tfisser verifika tal-identità u l-esperjenza preċedenti ta’ persuna, inkluż fejn ikun legalment permessibbli, kwalunkwe preċedent kriminali bħala parti mill-valutazzjoni tal-adattabilità ta’ individwu sabiex jiġi implimentat kontroll tas-sigurtà u/jew għal aċċess mingħajr skorta għal żona ristretta ta’ sigurtà (definizzjoni fl-Anness 17 tal-ICAO). |
|
— |
Verifika qabel l-impjieg għandha tistabbilixxi l-identità tal-persuna fuq il-bażi ta’ xhieda ddokumentata, tkopri l-impjieg, l-edukazzjoni u kwalunkwe lakuni matul mill-inqas il-ħames snin ta’ qabel, u titlob lill-persuna tiffirma dikjarazzjoni li tiddeskrivi fid-dettall kwalunkwe preċedent kriminali fl-istati kollha tar-residenza matul mill-inqas il-ħames (5) snin ta’ qabel (definizzjoni tal-Unjoni). |
| 4.1 Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persunal kollu b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkun soġġetti għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha. |
|
||||||||||
| 4.2 Din il-proċedura tinkludi? |
|||||||||||
Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni. |
|
||||||||||
| 4.3 Hemm xi proċedura li tiżgura li l-persuna responsabbli mill-applikazzjoni u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-post tkun soġġetta għal verifika qabel l-impjieg li tivvaluta l-isfond u l-kompetenza? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk IVA, indika n-numru ta’ snin preċedenti kkunsidrati għall-verifika qabel l-impjieg u għid liema entità twettaqha. |
|
||||||||||
| 4.4 Din il-proċedura tinkludi? |
|||||||||||
Spjega l-elementi, indika liema entità twettaq dan l-element u fejn applikabbli, indika l-limitu ta’ żmien preċedenti li jittieħed f’kunsiderazzjoni. |
|
||||||||||
| 4.5 Il-persunal b’aċċess dirett u mingħajr skorta għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jirċievu xi taħriġ fis-sigurtà qabel jingħataw aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru marbuta? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tat-taħriġ |
|
||||||||||
| 4.6 Il-persunal li jaċċettaw, jiskrinjaw u/jew jipproteġu l-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jirċievu xi taħriġ relatat mal-impjieg speċifiku? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-elementi u t-tul tal-korsijiet tat-taħriġ. |
|
||||||||||
| 4.7 Il-persunal imsemmija fil-punti 4.5 u 4.6 jirċievu taħriġ rikorrenti? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk IVA, speċifika l-elementi u l-frekwenza tat-taħriġ rikorrenti |
|
||||||||||
| 4.8 Konklużjoni: il-miżuri li jikkonċernaw ir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-persunal jiżguraw li l-persunal kollu b’aċċess għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru taħt sigurtà jkunu ġew assenjati u mħarrġin kif xieraq għal standard li jkun biżżejjed sabiex ikunu konxji mir-responsabbiltajiet tas-sigurtà tagħhom? |
|||||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||||
|
Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet |
|
||||||||||
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
||||||||||
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
||||||||||
PARTI 5
Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni
Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċedura fis-seħħ sabiex mal-aċċettazzjoni jivvaluta u jivverifika l-istatus tas-sigurtà ta’ kunsinna fir-rigward tal-verifiki preċedenti.
Il-proċedura għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:
|
— |
Verifika ta’ jekk il-kunsinna titwassalx minn persuna nnominata mill-aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-EU jew minn speditur magħruf kif elenkat fid-database tagħha (il-Parti 6) jew minn speditur in konto [akkont] ta’ tali aġent regolat; |
|
— |
Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ippreżentata bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sigurtà (polza tat-tagħbija bl-ajru u informazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà bil-kitba jew b’mod elettroniku) li tikkorrespondi għall-kunsinni tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru li jkunu qegħdin jitwasslu; |
|
— |
Verifika ta’ jekk il-kunsinna hijiex ħielsa minn kwalunkwe sinjal ta’ tbagħbis; u |
|
— |
Verifika ta’ jekk il-kunsinna għandhiex tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). |
Referenza: Il-punt 6.8.3.1
Nota:
|
— |
Aġent regolat jew speditur magħruf huwa entità li tiġġestixxi merkanzija li tkun ġiet ivvalidata b’suċċess minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew li l-miżuri ta’ sigurtà tagħha jkunu ġew inklużi fil-programm tas-sigurtà tal-ACC3 ivvalidat mill-UE (f’dak il-każ, l-ACC3 huwa ko-responsabbli għall-miżuri tas-sigurtà). |
|
— |
Speditur in konto [akkont] huwa entità li tiġġestixxi merkanzija akkont tagħha stess taħt ir-responsabbiltà ta’ aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Dan l-aġent regolat huwa responsabbli b’mod sħiħ mill-kontrolli tas-sigurtà applikati mill-ispeditur in konto [akkont]. |
|
— |
Il-persuna nnominata tikkorrespondi għall-persuna inkarigata biex twassal il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għal fuq it-trasportatur tal-ajru. Il-persuna li twassal il-kunsinna fuq it-trasportatur tal-ajru għandha tippreżenta karta tal-identità, passaport, liċenzja tas-sewqan jew xi dokument ieħor, li jkun jinkludi ritratt tagħha u li jkun inħareġ jew li jkun ġie rikonoxxut mill-awtorità nazzjonali. |
| 5.1 Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din hijiex ġejja minn aġent regolat, minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] li jkun ivvalidat jew rikonoxxut skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-merkanzija bl-ajru u elenkat fid-database miżmuma mit-trasportatur tal-ajru? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura |
|
| 5.2 Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk id-destinazzjoni tagħha hijiex ajruport tal-UE/taż-ŻEE? |
|
|
IVA jew LE - spjega |
|
| 5.3 Jekk IVA – it-trasportatur tal-ajru jissottometti l-merkanzija kollha tiegħu għall-istess kontrolli tas-sigurtà meta d-destinazzjoni tkun ajruport tal-UE/taż-ŻEE? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċedura |
|
| 5.4 Meta jaċċetta kunsinna direttament, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din għandhiex titqies bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM), inkluż għal kunsinni li jitwasslu b’mezzi oħrajn ta’ trasport minbarra bl-ajru? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, kif? Iddeskrivi l-proċedura |
|
| 5.5 Meta jaċċetta kunsinna taħt sigurtà, it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi jekk din kinitx protetta minn interferenza u/jew tbagħbis mingħajr awtorizzazzjoni? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi kif (siġilli, katnazzi, eċċ.). |
|
| 5.6 Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-tranżitu tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq l-istess inġenju tal-ajru li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan? |
|
|
Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE? |
|
| 5.7 Jekk it-trasportatur tal-ajru jaċċetta t-trasferiment tal-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru f’dan il-post (merkanzija/posta li titlaq fuq inġenju tal-ajru differenti minn dak li tkun waslet fuqu), it-trasportatur tal-ajru jistabbilixxi abbażi tad-dejta mogħtija jekk hemmx bżonn jiġu applikati jew le kontrolli ta’ sigurtà ulterjuri? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, kif jiġi stabbilit dan? |
|
|
Jekk LE, x’tip ta’ kontrolli huma applikati sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE? |
|
| 5.8 Il-persuna li twassal il-merkanzija bl-ajru taħt sigurtà lit-trasportatur tal-ajru hija meħtieġa tippreżenta dokument ta’ identifikazzjoni uffiċjali li jkun fih ritratt? |
|
|
IVA jew LE |
|
| 5.9 Konklużjoni: Il-proċeduri ta’ aċċettazzjoni huma biżżejjed biex jistabbilixxu jekk il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru tiġix minn katina ta’ provvista sikura jew jekk hemmx bżonn li tiġi soġġetta għal skrinjar? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet |
|
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
PARTI 6
Id-database
Objettiv: Meta l-ACC3 ma jkunx obbligat li japplika skrinjar ta’ 100 % għall-merkanzija bl-ajru jew għall-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, l-ACC3 għandu jiżgura li l-merkanzija jew il-posta tkun ġejja minn aġent regolat u vvalidat tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew minn speditur magħruf jew minn speditur in konto [akkont] ta’ aġent regolat.
Għall-monitoraġġ tar-rekord għall-verifika rilevanti għas-sigurtà, l-ACC3 għandu jżomm database li tagħti l-informazzjoni li ġejja għal kull entità jew persuna li mingħandha jkun aċċetta l-merkanzija jew il-posta direttament:
|
— |
L-istatus tal-entità involuta (aġent regolat jew speditur magħruf) |
|
— |
Id-dettalji tal-kumpanija, inkluż l-indirizz kummerċjali bona fide |
|
— |
In-natura tan-negozju, minbarra informazzjoni sensittiva għan-negozju |
|
— |
Id-dettalji ta’ kuntatt, inklużi dawk tal-persuna/i responsabbli mis-sigurtà |
|
— |
In-numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpanija, jekk ikun applikabbli. |
Meta jirċievi merkanzija jew posta bl-ajru, l-ACC3 għandu jiċċekkja fid-database jekk l-entità hijiex imniżżla. Jekk l-entità ma tkunx inkluża fid-database, il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru mwassla minnha tkun trid tiġi skrinjata qabel titgħabba.
Referenza: Il-punti 6.8.4.1 u 6.8.4.3
|
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi d-database |
|
||||||||
|
Jekk LE, spjega għaliex |
|
||||||||
| 6.2 Il-persunal li jaċċettaw il-merkanzija bl-ajru jew il-posta bl-ajru għandhom aċċess faċli għad-database? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess |
|
||||||||
| 6.3 Id-database tiġi aġġornata b’mod regolari sabiex tipprovdi dejta affidabbli lill-persunal li jaċċetta merkanzija bl-ajru jew posta bl-ajru? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk LE, spjega għaliex |
|
||||||||
| 6.4 Konklużjoni: It-trasportatur tal-ajru jżomm xi database li tiżgura t-trasparenza sħiħa fir-rigward tiegħu mal-entitajiet li mingħandhom jirċievi direttament merkanzija jew posta (skrinjata jew ikkontrollata mis-sigurtà) għat-trasport lejn l-UE/iż-ŻEE? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet |
|
||||||||
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
||||||||
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
||||||||
PARTI 7
L-iskrinjar
Objettiv: Meta l-ACC3 jaċċetta merkanzija u posta mingħand entità li mhijiex ivvalidata għas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew il-merkanzija kkunsinjata ma tkunx ġiet protetta minn interferenza mhux awtorizzata minn dak iż-żmien li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà, l-ACC3 għandu jiżgura li din il-merkanzija/posta bl-ajru tiġi skrinjata qabel titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru. L-ACC3 għandu jkollu proċess sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u l-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt f’ajruport tal-Unjoni jiġu skrinjati bil-mezzi jew bil-metodi msemmija fil-leġiżlazzjoni tal-UE għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li dawn ma jkun fihom l-ebda oġġett ipprojbit.
Meta l-ACC3 ma jiskrinjax il-merkanzija jew il-posta bl-ajru huwa nnifsu, huwa għandu jiżgura li l-iskrinjar xieraq jitwettaq skont ir-rekwiżiti tal-UE. Il-proċeduri tal-iskrinjar għandhom jinkludu, fejn ikun xieraq, it-trattament tat-trasferiment u/jew it-tranżitu tal-merkanzija u l-posta.
Meta l-iskrinjar tal-merkanzija jew tal-posta bl-ajru jitwettaq minn jew f’isem l-awtorità xierqa fil-pajjiż terz, l-ACC3 li jirċievi tali merkanzija jew posta bl-ajru mingħand l-entità għandu jiddikjara dan il-fatt fil-programm tas-sigurtà tiegħu, u jispeċifika l-mod li bih jista’ jiġi żgurat skrinjar adegwat.
Nota: Minkejja li l-punt 6.8.3.2. jippermetti li ACC3’s japplikaw l-istandards tal-ICAO bħala minimu biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.8.3.1 sat-30 ta’ Ġunju 2014, il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tqis ir-rekwiżiti tal-iskrinjar tal-UE, anke jekk il-validazzjoni titwettaq qabel l-1 ta’ Lulju 2014.
Referenza: Il-punti 6.8.3.1, 6.8.3.2, 6.8.3.3
| 7.1 L-iskrinjar huwa applikat mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru? |
|||||||||
|
Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji. Jekk applikabbli, ipprovdi d-dettalji tal-entità jew entitajiet koperta/i skont il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru:
|
|
||||||||
|
Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw l-iskrinjar għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru kkunsinjata minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE? Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji
|
|
||||||||
| 7.2 Liema metodi ta’ skrinjar jintużaw għall-merkanzija bl-ajru u għall-posta bl-ajru? |
|||||||||
|
Speċifika, inklużi d-dettalji tal-apparat li jintuża għall-iskrinjar tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru (il-manifattur, it-tip, il-verżjoni tas-softwer, l-istandard, in-numru tas-serje, eċċ.) għall-metodi kollha użati |
|
||||||||
| 7.3 L-apparat jew il-metodu użat (eż. klieb għall-individwazzjoni tal-isplussivi) huwa inkluż fl-aktar lista ta’ konformità riċenti tal-UE, tal-ECAC jew tat-TSA? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji |
|
||||||||
|
Jekk LE, agħti d-dettalji li jispeċifikaw l-approvazzjoni tal-apparat u d-data tagħha, kif ukoll kwalunkwe indikazzjoni li turi li l-apparat huwa konformi mal-istandards tal-apparat tal-UE |
|
||||||||
| 7.4 L-apparat qiegħed jintuża skont il-CONOPS (il-kunċett tal-operazzjonijiet) tal-manifatturi u l-apparat qiegħed jiġi ttestjat u ssirlu manutenzjoni regolari? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess |
|
||||||||
| 7.5 In-natura tal-kunsinna qiegħda tittieħed f’kunsiderazzjoni matul l-iskrinjar? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi kif qiegħed jiġi żgurat li l-metodu ta’ skrinjar magħżul qiegħed jiġi applikat għal standard li jkun biżżejjed biex jiżgura b’mod raġonevoli li ma jitqiegħed ebda oġġett ipprojbit fil-kunsinna |
|
||||||||
| 7.6 Hemm xi proċess għar-riżoluzzjoni tal-allarm iġġenerat mill-apparat tal-iskrinjar? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-proċess li jintuża għar-riżoluzzjoni tal-allarmi sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli n-nuqqas ta’ oġġetti pprojbiti. |
|
||||||||
|
Jekk LE, iddeskrivi x’jiġri mill-kunsinna. |
|
||||||||
| 7.7 Hemm xi kunsinni li huma eżentati mill-iskrinjar tas-sigurtà? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
| 7.8 Hemm xi eżenzjonijiet li mhumiex konformi mal-lista tal-Unjoni? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
||||||||
| 7.9 L-aċċess għaż-żona tal-iskrinjar huwa kkontrollat sabiex jiġi żgurat li membri tal-persunal awtorizzati u mħarrġin biss jingħataw aċċess? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
||||||||
| 7.10 Hemm xi sistema stabbilita ta’ kontroll tal-kwalità u/jew ittestjar fis-seħħ? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
||||||||
| 7.11 Konklużjoni: Il-merkanzija/posta bl-ajru qiegħda tiġi skrinjata b’wieħed mill-mezzi jew metodi elenkati fil-punt 6.2.1 tad-Deċiżjoni 2010/774/UE għal standard biżżejjed sabiex jiġi żgurat b’mod raġonevoli li din ma jkun fiha ebda oġġett ipprojbit? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk LE, speċifika r-raġuni |
|
||||||||
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
||||||||
|
Kummenti mill-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
||||||||
PARTI 8
Merkanzija jew Posta b’Riskju Għoli (HRCM)
Objettiv: Kunsinni li joriġinaw minn jew li jkunu involuti fi trasferiment f’postijiet identifikati bħala ta’ riskju għoli mill-UE jew li jidhru li ġew imbagħbsa b’mod sinifikanti għandhom jiġu kkunsidrati bħala merkanzija u posta b’riskju għoli (HRCM). Kunsinni bħal dawn għandhom jiġu skrinjati skont struzzjonijiet speċifiċi. L-oriġini ta’ riskju għoli u l-istruzzjonijiet tal-iskrinjar jiġu pprovduti mill-awtorità xierqa tal-UE/taż-ŻEE li tkun innominat l-ACC3. L-ACC3 għandu jkollu proċedura li permezz tagħha jiżgura li tiġi identifikata l-HRCM fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u li din tkun soġġetta għal kontrolli xierqa kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
L-ACC3 għandu jibqa’ f’kuntatt mal-awtorità xierqa responsabbli għall-ajruporti tal-UE/taż-ŻEE li jġorr il-merkanzija lejhom sabiex ikollu disponibbli l-aħħar stat ta’ informazzjoni dwar l-oriġini ta’ riskju għoli.
L-ACC3 għandu japplika l-istess miżuri, irrispettivament minn jekk huwa jirċevix merkanzija u posta ta’ riskju għoli minn trasportatur tal-ajru ieħor jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ trasportazzjoni.
Referenza: Il-punti 6.7 u 6.8.3.4
Nota: L-HRCM li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni sabiex tinġarr lejn l-UE/iż-ŻEE għandha tingħata l-istatus ta’ “SHR”, jiġifieri li hija sikura għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli.
| 8.1 Il-persunal tat-trasportatur tal-ajru responsabbli għat-twettiq tal-kontrolli tas-sigurtà jaf liema merkanzija u posta bl-ajru għandha tiġi ttrattata bħala merkanzija u posta ta’ riskju għoli (HRCM)? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
| 8.2 It-trasportatur tal-ajru għandu xi proċeduri fis-seħħ għall-identifikazzjoni tal-HRCM? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
| 8.3 L-HRCM hija soġġetta għal proċeduri ta’ skrinjar tal-HRCM skont il-leġiżlazzjoni tal-UE? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, indika l-proċeduri applikati |
|
| 8.4 Wara l-iskrinjar, it-trasportatur tal-ajru joħroġ dikjarazzjoni dwar l-istatus tas-sigurtà għall-SHR fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-kunsinna? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi kif jinħareġ l-istatus tas-sigurtà u f’liema dokument |
|
| 8.5 Konklużjoni: Il-proċess implimentat mit-trasportatur tal-ajru huwa rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-HRCM kollha jkunu ġew ittrattati kif xieraq qabel tgħabbew? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, speċifika r-raġuni |
|
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
|
Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
PARTI 9
Il-protezzjoni
Objettiv: L-ACC3 għandu jkollu proċessi fis-seħħ sabiex jiżgura li l-merkanzija bl-ajru u/jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE tkun protetta minn interferenza mhux awtorizzata mill-punt li jiġu applikati l-iskrinjar tas-sigurtà jew kontrolli oħrajn tas-sigurtà jew mill-punt ta’ aċċettazzjoni wara li jkunu ġew applikati l-kontrolli tas-sigurtà jew l-iskrining, sakemm titgħabba.
Il-protezzjoni tista’ tiġi pprovduta b’mezzi differenti bħal mezzi fiżiċi (barrikati, kmamar imsakkrin, eċċ.), umani (patrols, persunal imħarrġa, eċċ.) u teknoloġiċi (CCTV, allarm, eċċ.).
Il-merkanzija jew il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE li tkun taħt sigurtà għandha tiġi separata mill-merkanzija jew mill-posta bl-ajru li ma tkunx taħt sigurtà.
Referenza: Il-punt 6.8.3
| 9.1 Il-protezzjoni tal-merkanzija bl-ajru u tal-posta bl-ajru taħt sigurtà tiġi applikata mit-trasportatur tal-ajru jew f’ismu minn entità koperta taħt il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru? |
|||||||||
|
Jekk IVA, ipprovdi d-dettalji |
|
||||||||
|
Jekk LE, liema entitajiet li mhumiex koperti mill-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni għall-merkanzija jew il-posta bl-ajru li jinġarru minn dan it-trasportatur tal-ajru lejn l-UE/iż-ŻEE? Speċifika n-natura ta’ dawn l-entitajiet u pprovdi d-dettalji
|
|
||||||||
| 9.2 Il-protezzjoni u l-kontrolli tas-sigurtà qegħdin fis-seħħ biex jipprevjenu milli jsir xi tbagħbis matul il-proċess tal-iskrinjar? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi |
|
||||||||
| 9.3 Hemm xi proċessi fis-seħħ biex jiżguraw li l-merkanzija bl-ajru/il-posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE, li għalihom ġew applikati kontrolli tas-sigurtà, huma protetti minn interferenza mhux awtorizzata minn dak il-ħin li jintrabtu sakemm jitgħabbew? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk IVA, iddeskrivi kif qegħdin jiġu protetti |
|
||||||||
|
Jekk LE, speċifika x’inhuma r-raġunijiet |
|
||||||||
| 9.4 Konklużjonijiet: Il-protezzjoni tal-kunsinni hija robusta biżżejjed biex tipprevjeni interferenza illegali? |
|||||||||
|
IVA jew LE |
|
||||||||
|
Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni |
|
||||||||
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
||||||||
|
Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
||||||||
PARTI 10
Dokumentazzjoni ta’ appoġġ
Objettiv: L-ACC3 għandu jiżgura li:
|
(1) |
L-istatus tas-sigurtà tal-kunsinna jkun indikat fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ, jew fil-forma ta’ polza tat-tagħbija bl-ajru, ta’ dokumentazzjoni postali ekwivalenti jew f’dikjarazzjoni separata u jew fil-format elettroniku jew bil-miktub; u |
|
(2) |
L-identifikatur alfanumeriku uniku tiegħu jkun jidher fuq id-dokumentazzjoni ta’ appoġġ għall-kunsinni li jinġarru, f’format elettroniku jew bil-miktub. |
Referenza: Il-punti 6.3.2.6 (d), 6.8.3.4 u 6.8.3.5
Nota: jistgħu jiġu indikati l-istatus tas-sigurtà li ġejjin:
|
— |
“SPX”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija u tal-posta, jew |
|
— |
“SCO”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u tal-posta biss, jew |
|
— |
“SHR”, jiġifieri sikur għall-inġenji tal-ajru tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha f’konformità mar-rekwiżiti tar-riskju għoli. |
Fin-nuqqas ta’ aġent regola, l-ACC3 jew trasportatur tal-ajru li jasal minn pajjiż terz eżentat mir-reġim tal-ACC3 jista’ joħroġ id-dikjarazzjoni tal-istatus tas-sigurtà.
| 10.1 Il-kunsinni huma akkumpanjati minn dokumentazzjoni li tikkonferma l-kontrolli tas-sigurtà preċedenti u attwali? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk IVA, iddeskrivi l-kontenut tad-dokumentazzjoni |
|
|
Jekk LE, spjega għalfejn u kif il-merkanzija jew il-posta hija ttrattata bħala “sikura” mit-trasportatur tal-ajru jekk din titgħabba fuq l-inġenju tal-ajru |
|
| 10.2 Id-dokumentazzjoni tinkludi l-identifikatur alfanumeriku uniku ACC3 tat-trasportatur tal-ajru? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, spjega għaliex |
|
| 10.3 Id-dokumentazzjoni tispeċifika l-istatus tas-sigurtà tal-merkanzija u kif inkiseb dan l-istatus? |
|
|
IVA jew LE |
|
| 10.4 Konklużjoni: Il-proċess tad-dokumentazzjoni huwa biżżejjed biex jiġi żgurat li l-merkanzija jew il-posta jkollha magħha d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ xierqa li tispeċifika l-istatus korrett tas-sigurtà? |
|
|
IVA jew LE |
|
|
Jekk LE, speċifika x’inhi r-raġuni |
|
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
|
Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
PARTI 11
Il-konformità
Objettiv: Wara li jivvaluta l-għaxar partijiet preċedenti ta’ din il-lista ta’ kontroll, il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jikkonkludi jekk il-verifika tiegħu fuq il-post tikkorrespondix mal-kontenut tal-parti tal-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru li tiddeskrivi l-miżuri għall-merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE u jekk il-kontrolli tas-sigurtà jimplimentawx biżżejjed l-objettivi elenkati f’din il-lista ta’ kontroll.
Għall-konklużjonijiet tiegħek, iddistingwi bejn erba’ każijiet prinċipali possibbli:
|
(1) |
Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew |
|
(2) |
Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru huwa f’konformità mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew |
|
(3) |
Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010, iżda l-verifika fuq il-post tikkonferma l-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll; jew |
|
(4) |
Il-programm tas-sigurtà tat-trasportatur tal-ajru mhuwiex konformi mad-Dokument mehmuż 6-G stipulat fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 185/2010 u l-verifika fuq il-post ma tikkonfermax il-konformità mal-objettiv tal-lista ta’ kontroll. |
| 11. 1 Konklużjoni ġenerali: Indika l-każ li huwa l-eqreb għas-sitwazzjoni vvalidata |
|
|
1, 2, 3 jew 4 |
|
|
Kummenti minn validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE |
|
|
Kummenti mit-trasportatur tal-ajru |
|
L-isem tal-validatur:
Data:
Firma:
ANNESS
Lista ta’ persuni u entitajiet li saritilhom żjara jew li ġew intervistati
Għandhom jingħataw l-isem tal-entità, l-isem tal-persuna ta’ kuntatt u d-data taż-żjara jew tal-intervista.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit."
(5) ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9. Il-punt 6.8.1.1 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010: Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3)"
(6) Dan ma japplikax għall-merkanzija jew għall-posta bl-ajru li jinġarru minn numru żgħir ta’ pajjiżi eżentati mir-reġim tal-ACC3"
(7) Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera” "
D.
Id-Dokument mehmuż 6-F huwa mibdul b’li ġej:“ DOKUMENT MEHMUŻ 6-F
MERKANZIJA U POSTA
6-Fi
PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA LI JAPPLIKAW STANDARDS TAS-SIGURTÀ EKWIVALENTI GĦALL-ISTANDARDS BAŻIĊI KOMUNI
6-Fii
PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IT-TITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, LI GĦALIHOM MHIJIEX MEĦTIEĠA NOMINAZZJONI BĦALA ACC3
Il-pajjiżi terzi, kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji b’relazzjonijiet speċjali mal-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li għalihom mhijiex meħtieġa nominazzjoni bħala ACC3 huma elenkati f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni separata.
6-Fiii
L-ATTIVITAJIET TA’ ValidaZZJONI TA’ PAJJIŻI TERZI, KIF UKOLL TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI BARRANIN B’RELAZZONIJIET SPEĊJALI MAL-UNJONI SKONT IT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA U LI GĦALIHOM MA JAPPLIKAX IL-KAPITOLU DWAR IT-TRASPORT TA’ DAK IT-TRATTAT, RIKONOXXUTI BĦALA EKWIVALENTI GĦALL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE”
E.
Id-Dokument mehmuż li ġej jiddaħħal wara d-Dokument mehmuż 6-H“ DOKUMENT MEHMUŻ 6-H1
DIKJARAZZJONI TAL-IMPENJI — ACC3 IVVALIDAT GĦAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE
F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien nieħu nota ta’ dan li ġej:
Dan ir-rapport jistabbilixxi l-livell ta’ sigurtà applikata għall-operazzjonijiet ta’ merkanzija bl-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE (8) fir-rigward tal-istandards tas-sigurtà elenkati fil-lista ta’ kontroll jew imsemmija fih (9).
[L-isem tat-trasportatur tal-ajru] jista’ jiġi nnominat biss bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew Posta bl-Ajru li jopera fl-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3) ladarba rapport tal-validazzjoni tal-UE jkun ġie sottomess u aċċettat mill-awtorità xierqa ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Islanda, tan-Norveġja jew tal-Isvizzera għal dak il-għan, u d-dettalji tal-ACC3 ikunu ddaħħlu fid-database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa.
Jekk ir-rapport jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità fil-miżuri tas-sigurtà li jirreferi għalihom, dan jista’ jwassal għall-irtirar tan-nominazzjoni ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] bħala ACC3 diġà miksuba għal dan l-ajruport, liema rtirar jispiċċa jipprevjeni lil [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] milli jittrasporta merkanzija jew posta bl-ajru lejn iż-żona tal-UE/taż-ŻEE għal dan l-ajruport.
Ir-rapport huwa validu għal ħames snin u għalhekk jiskadi mhux aktar tard minn _.
F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien niddikjara li:
|
— |
[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jaċċetta li tittieħed azzjoni ta’ segwitu xierqa bil-għan li jiġu mmonitorjati l-istandards ikkonfermati mir-rapport. |
|
— |
Kwalunkwe bidla fl-operazzjonijiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] li ma tkunx tirrikjedi validazzjoni sħiħa mill-ġdid għandha tiġi nnotata fir-rapport oriġinali billi tiżdied l-informazzjoni, filwaqt li l-informazzjoni preċedenti tintħalla viżibbli. Dan jista’ jikkonċerna l-bidliet li ġejjin:
|
|
— |
[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer jgħarraf lill-awtorità li tkun innominatu bħala ACC3 jekk [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] iwaqqaf il-kummerċ, ma jibqax ikollu x’jaqsam ma’ merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru jew ma jkunx jista’ jibqa’ jissodisfa r-rekwiżiti vvalidati f’dan ir-rapport. |
|
— |
[l-isem tat-trasportatur tal-ajru] sejjer iżomm il-livell tas-sigurtà kkonfermat f’dan ir-rapport bħala konformi mal-objettiv stabbilit fil-lista ta’ kontroll u, fejn xieraq, jimplimenta u japplika kwalunkwe miżura ta’ sigurtà addizzjonali meħtieġa sabiex jiġi nnominat bħala ACC3 fejn l-istandards tas-sigurtà jkunu ġew identifikati bħala insuffiċjenti, sakemm issir il-validazzjoni sussegwenti tal-attivitajiet ta’ [l-isem tat-trasportatur tal-ajru]. |
F’isem [l-isem tat-trasportatur tal-ajru] jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għal din id-dikjarazzjoni.
Isem:
Il-kariga fil-kumpanija:
Data:
Firma.
(8) Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera."
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 859/2011” "
F.
Fil-punt 8.1.3.2(b) “validatur indipendenti” hija mibdula bi “validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE”.
G.
Fil-Kapitolu 11, jitħassar il-punt 11.0.5.
H.
Fil-Kapitolu 11, it-taqsimiet 11.5 u 11.6 huma mibdula b’dawn li ġejjin:“11.5. IL-KWALIFIKI TA’ DAWK LI JĦARRĠU
|
11.5.1. |
L-awtorità xierqa għandha żżomm jew ikollha aċċess għal-listi ta’ dawk li jħarrġu li jkunu ċċertifikati li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 11.5.2 jew 11.5.3. |
|
11.5.2. |
Dawk li jħarrġu għandu jkun sarilhom kontroll tal-isfond b’suċċess skont il-punt 11.1.3 u għandhom jipprovdu evidenza tal-kwalifiki jew tal-għarfien rilevanti. |
|
11.5.3. |
Dawk li jħarrġu li jkunu ġew irreklutati jew li kienu qegħdin jipprovdu taħriġ speċifikat f’dan ir-Regolament qabel ma daħal fis-seħħ għandhom, tal-anqas, jissodisfaw lill-awtorità xierqa li huma:
|
|
11.5.4. |
Sabiex persuna tiġi ċċertifikata bħala persuna kkwalifikata biex tagħti t-taħriġ definit fil-punti 11.2.3.1 sa 11.2.3.5 u fil-punti 11.2.4 u 11.2.5, tali persuna għandu jkollha għarfien dwar l-ambjent tax-xogħol fil-qasam rilevanti tas-sigurtà tal-avjazzjoni u l-kwalifiki u l-kompetenzi fl-oqsma li ġejjin:
|
|
11.5.5. |
L-awtorità xierqa għandha jew hija stess tipprovdi t-taħriġ lil dawk li jħarrġu jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet adegwati ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà. L-awtorità xierqa għandha tiżgura li dawk li jħarrġu jirċievu taħriġ jew tagħrif regolari dwar l-iżviluppi fl-oqsma rilevanti. |
|
11.5.6. |
Meta l-awtorità xierqa ma tibqax sodisfatta li t-taħriġ mogħti minn persuna kkwalifikata biex tħarreġ qiegħed jirriżulta fil-kompetenzi rilevanti, l-awtorità xierqa għandha jew tirtira l-approvazzjoni tal-kors jew inkella tiżgura li dak li jħarreġ jiġi sospiż jew jitneħħa mil-lista ta’ dawk li jħarrġu kkwalifikati, skont kif ikun xieraq. |
11.6. IL-VALIDAZZJONI TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE
11.6.1. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija proċess standardizzat, iddokumentat, imparzjali u oġġettiv li jintuża sabiex tinkiseb u tiġi evalwata l-evidenza bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta’ konformità tal-entità vvalidata mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u fl-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu.
11.6.2. Il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
|
(a) |
tista’ tkun rekwiżit għall-kisba jew iż-żamma ta’ status legali skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu; |
|
(b) |
tista’ titwettaq minn awtorità xierqa jew minn validatur approvat bħala validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jew validatur rikonoxxut bħala ekwivalenti għalih, f’konformità ma’ dan il-Kapitolu; |
|
(c) |
għandha tivvaluta l-miżuri ta’ sigurtà applikati taħt ir-responsabbiltà tal-entità vvalidata jew partijiet minnhom li għalihom l-entità tkun qiegħda tfittex il-validazzjoni. Mill-inqas, hija għandha tikkonsisti minn
|
|
(d) |
għandha tiġi rikonoxxuta mill-Istati Membri kollha. |
11.6.3. Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni għall-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
|
11.6.3.1. |
L-Istati Membri għandhom japprovaw il-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fuq il-bażi tal-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità, li għandha tinkludi
|
|
11.6.3.2. |
Fejn ikun rilevanti, l-approvazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċertifikati ta’ akkreditazzjoni fir-rigward tal-istandards armonizzati rilevanti, jiġifieri EN-ISO/IEC 17020 minflok tivvaluta mill-ġdid il-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità. |
|
11.6.3.3. |
Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE jista’ jkun kwalunkwe individwu jew entità legali. |
|
11.6.3.4. |
Il-korp ta’ akkreditazzjoni nazzjonali stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jista’ jingħata s-setgħa li jakkredita l-kapaċità tal-valutazzjoni tal-konformità tal-entitajiet legali sabiex iwettqu l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, jadottaw miżuri amministrattivi f’dak ir-rigward u jwettqu s-sorveljanza tal-attivitajiet ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. |
|
11.6.3.5. |
Kull individwu li jwettaq validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jkollu kompetenza u sfond xierqa, u għandu
|
|
11.6.3.6. |
L-awtorità xierqa għandha jew tipprovdi t-taħriġ għall-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE hija stess jew inkella tapprova u żżomm lista ta’ korsijiet xierqa ta’ taħriġ b’rabta mas-sigurtà. |
|
11.6.3.7. |
L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għal attivitajiet ta’ validazzjoni li jitwettqu biss fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’isem l-awtorità xierqa ta’ dak l-Istat Membru. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti tal-punt 11.6.4.2 mhumiex applikabbli. |
|
11.6.3.8. |
L-approvazzjoni ta’ validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandha tiskadi wara perjodu massimu ta’ 5 snin. |
11.6.4. Ir-rikonoxximent u s-sospensjoni tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
|
11.6.4.1. |
Validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ma għandux jitqies bħala approvat qabel ma d-dettalji tiegħu jkunu elenkati fid-‘database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa’. Kull validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jiġi pprovdut b’evidenza tal-istatus tiegħu minn jew f’isem l-awtorità xierqa. Għall-perjodu li matulu d-database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa ma tkunx tista’ ddaħħal reġistrazzjonijiet fir-rigward tal-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE, l-awtorità xierqa għandha tikkomunika d-dettalji neċessarji tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE lill-Kummissjoni, li għandha tagħmilhom disponibbli għall-Istati Membri kollha. |
|
11.6.4.2. |
Il-validaturi approvati tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandhom jiġu rikonoxxuti mill-Istati Membri kollha. |
|
11.6.4.3. |
Jekk validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE juri li ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-punti 11.6.3.1 jew 11.6.3.5, l-awtorità/awtoritajiet xierqa li jkunu approvawh għandhom jirtiraw l-approvazzjoni u jneħħu lill-validatur mid-‘database tal-Unjoni għall-aġenti regolati u l-ispedituri magħrufa’. |
|
11.6.4.4. |
L-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li joperaw programmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità jistgħu jiġu approvati bħala validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE bil-kundizzjoni li l-miżuri ekwivalenti ta’ dawk il-programmi jiżguraw validazzjoni imparzjali u oġġettiva. Ir-rikonoxximent għandu jsir bil-kooperazzjoni tal-awtoritajiet xierqa ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri. |
|
11.6.4.5. |
Il-Kummissjoni tista’ tirrikonoxxi l-attivitajiet ta’ validazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet jew mill-validaturi tas-sigurtà tal-avjazzjoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ u rikonoxxuti minn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali meta hija tkun tista’ tikkonferma l-ekwivalenza tagħhom għall-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE. Lista tagħhom għandha tinżamm fid-Dokument mehmuż 6Fiii. |
11.6.5. Ir-rapport dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE (‘ir-rapport tal-validazzjoni’)
|
11.6.5.1. |
Ir-rapport tal-validazzjoni għandu jirreġistra l-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u jkun fih mill-inqas
|
|
11.6.5.2. |
Il-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE għandu jistabbilixxi l-livell ta’ konformità mal-objettivi inklużi f’din il-lista ta’ kontroll u jirreġistra dawn is-sejbiet fil-parti xierqa tal-lista ta’ kontroll. |
|
11.6.5.3. |
Dikjarazzjoni tal-impenji għandha tiddikjara l-impenn tal-entità vvalidata sabiex tkompli taħdem skont l-istandards tat-tħaddim ivvalidati b’suċċess. |
|
11.6.5.4. |
L-entità vvalidata tista’ tiddikjara l-qbil jew in-nuqqas ta’ qbil tagħha mal-livell ta’ konformità stabbilit fir-rapport tal-validazzjoni. Dikjarazzjoni bħal din għandha ssir parti integrali mir-rapport tal-validazzjoni. |
|
11.6.5.5. |
In-numerazzjoni tal-paġni, id-data tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u l-inizjalar fuq kull paġna mill-validatur u mill-entità vvalidata għandhom ikunu l-prova tal-integrità tar-rapport tal-validazzjoni. |
|
11.6.5.6. |
F’kull każ, ir-rapport għandu jkun bl-Ingliż u għandu jintbagħat lill-awtorità xierqa, fejn applikabbli, kif ukoll lill-entità vvalidata fi żmien massimu ta’ xahar wara li ssir il-verifika fuq il-post. |
11.7 RIKONOXXIMENT REĊIPROKU TAT-TAĦRIĠ
|
11.7.1. |
Kwalunkwe kompetenza miksuba minn persuna sabiex tissodisfa r-rekwiżiti skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 u l-atti ta’ implimentazzjoni tiegħu fi Stat Membru wieħed għandhom jiġu rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor. |
DOKUMENT MEHMUŻ 11-A
DIKJARAZZJONI TAL-INDIPENDENZA – VALIDATUR TAS-SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI TAL-UE
|
(a) |
Jien nikkonferma li stabbilixxejt il-livell tal-konformità tal-entità vvalidata b’mod imparzjali u oġġettiv. |
|
(b) |
Jien nikkonferma li minix, u fis-sentejn li għaddew ma kontx, impjegat mill-entità vvalidata. |
|
(c) |
Jien nikkonferma li ma għandi ebda interess ekonomiku jew xi interess dirett jew indirett ieħor fl-eżitu tal-attività tal-validazzjoni, fl-entità vvalidata jew fil-membri affiljati magħha. |
|
(d) |
Jien nikkonferma li la għandi, u fit-tnax-il xahar li għaddew la kelli xi relazzjoni kummerċjali, bħal taħriġ u konsulenza lil hinn mill-proċess tal-validazzjoni, mal-entità vvalidata f’oqsma relatati mas-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(e) |
Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq evalwazzjoni bir-reqqa tal-ġbir tal-fatti tad-dokumentazzjoni rilevanti dwar is-sigurtà, inkluż il-programm tas-sigurtà tal-entitajiet ivvalidati, jew l-ekwivalenti tiegħu, u l-attivitajiet ta’ verifika fuq il-post. |
|
(f) |
Jien nikkonferma li r-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-oqsma kollha li huma rilevanti għas-sigurtà u li dwarhom il-validatur huwa mitlub li jagħti opinjoni bbażata fuq il-lista ta’ kontroll rilevanti tal-UE. |
|
(g) |
Jien nikkonferma li applikajt metodoloġija li tippermetti li jsiru rapporti separati dwar il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE fir-rigward ta’ kull entità vvalidata, kif ukoll li tiżgura l-oġġettività u l-imparzjalità tal-ġbir tal-fatti u l-evalwazzjoni, fejn bosta entitajiet qegħdin jiġu vvalidati f’azzjoni konġunta. |
|
(h) |
Jien nikkonferma li ma aċċettajt ebda benefiċċju finanzjarju jew xi benefiċċji oħrajn, ħlief għal dritt ta’ ħlas raġonevoli għall-validazzjoni, flimkien ma’ kumpens għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni. |
Jien naċċetta r-responsabbiltà sħiħa għar-rapport tal-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE.
L-isem tal-individwu li għamel il-validazzjoni:
L-isem tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE:
Data:
Firma.
(1) ĠU L 219, 22.8.2009, p. 1.
(2) ĠU L 107, 27.4.2011, p. 1.
(3) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.”
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit.
(5) ĠU L 220, 26.8.2011, p. 9. Il-punt 6.8.1.1 tar-Regolament (UE) Nru 185/2010: Kull trasportatur tal-ajru li jġorr merkanzija jew posta minn ajruport f’pajjiż terz li mhuwiex elenkat fid-dokument mehmuż 6-F għat-trasferiment, għat-tranżitu jew għall-ħatt fi kwalunkwe ajruport li jaqa’ fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 għandu jkun innominat bħala ‘Trasportatur ta’ Merkanzija jew ta’ Posta bl-Ajru li jopera lejn l-Unjoni minn Ajruport ta’ Pajjiż Terz’ (ACC3)
(6) Dan ma japplikax għall-merkanzija jew għall-posta bl-ajru li jinġarru minn numru żgħir ta’ pajjiżi eżentati mir-reġim tal-ACC3
(7) Merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE/taż-ŻEE fil-lista ta’ kontroll ta’ din il-validazzjoni hija ekwivalenti għal merkanzija bl-ajru/posta bl-ajru/inġenji tal-ajru fil-limiti tal-UE u l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera”
(8) Ajruporti li jinsabu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Bulgarija, f’Ċipru, fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Irlanda, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Lussemburgu, f’Malta, fil-Pajjiżi l-Baxxi, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakja, fis-Slovenja, fi Spanja, fl-Isvezja, fir-Renju Unit kif ukoll fl-Islanda, fin-Norveġja u fl-Isvizzera.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 185/2010 kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 859/2011”