22.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1081/2012
tad-9 ta’ Novembru 2012
għall-finijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 tat-30 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (2) ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali (3). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Huma meħtieġa dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 116/2009, li jipprovdi, fost l-oħrajn, għat-twaqqif ta’ sistema ta’ liċenzjar ta’ esportazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ oġġetti kulturali elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Sabiex jigi assigurat li liċenzi ta’ esportazzjoni kif hemm provdut fl-imsemmi Regolament ikunu uniformi huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil, il-ħruġ u l-użu tal-formola. Għal dak il-għan, għandu jkun magħmul disponibbli kampjun ta’ liċenza. |
(4) |
Sabiex jiġi eleminat xogħol amministrattiv mhux neċessarju, huwa meħtieġ kunċett ta’ liċenzi miftuħin għall-esportazzjoni temporanja ta’ oġġetti kulturali minn persuni responsabbli jew organizzazzjonijiet għall-użu u/jew għall-esibizzjoni f’pajjiżi terzi. |
(5) |
L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu vantaġġ minn dawn il-faċilitajiet għandhom ikunu jistgħu jagħmlu hekk inrelazzjoni mal-oġġetti, persuni u organizzazzjonijiet kulturali tagħhom. Il-kundizzjonijiet li jridu jkunu mwettqa se jkunu differenti minn Stat Membru għall-ieħor. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu jekk jużawx liċenzi miftuħin jew mhux miftuħin u jniżżlu l-kundizzjonijiet li jridu jiġu milħuqa għall-ħruġ tagħhom. |
(6) |
Liċenzi ta’ esportazzjoni għandhom isiru f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 116/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
TAQSIMA I
FORMA TAL-LIĊENZA
Artikolu 1
1. Għandu jkun hemm tliet tipi ta’ liċenzi għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali li għandhom ikunu maħruġa u użati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 116/2009 u ma’ dan ir-Regolament:
(a) |
il-liċenza standard; |
(b) |
il-liċenza miftuħa speċifika; |
(c) |
il-liċenza miftuħa ġenerali. |
2. L-użu tal-liċenżi tal-esportazzjoni m’għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-obbligi konnessi mal-formalitajiet tal-esportazzjoni jew mad-dokumenti relatati.
3. Formuli tal-licenza ta’ esportazzjoni għandhom jingħataw, meta jintalbu, mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 116/2009.
Artikolu 2
1. Liċenza standard għandha normalment tiġi użata għal kull oġġett għall-esportazzjoni li hu suġġett għar-Regolament (KE) Nru 116/2009.
Madanakollu kull Stat Membru individwali kkonċernat jista’ jiddeċiedi jekk jixtieqx jew le li joħroġ xi liċenzi miftuħa speċifiċi jew ġenerali li jistgħu jintużaw minflok jekk il-kundizzjonijiet speċifiċi relatati magħhom huma milħuqa kif imniżżel fl-Artikoli 10 u 13.
2. Liċenza miftuħa speċifika għandha tkopri l-esportazzjoni temporanja ripetuta ta’ oġġett kulturali speċifiku minn persuna jew organizzazzjoni partikolari kif imniżżel fl-Artikolu 10.
3. Liċenza miftuħa ġenerali għandha tkopri kull esportazzjoni temporanja ta’ xi oġġetti kulturali minn dawk li jifformaw parti minn kollezzjoni permanenti ta’ mużew jew istituzzjoni oħra, kif imniżżel fl-Artikolu 13.
4. L-Istat Membru jista’ jirrevoka kull liċenza miftuħa speċifika jew ġenerali f’kull ħin jekk il-kundizzjonijiet taħt liema kienet inħarġet m’għadhomx sodisfatti. Huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni immedjatament jekk il-liċenza maħruġa mhix irkuprata u tista’ tiġi użata irregolarment. Il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri l-oħra.
5. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu liema miżuri raġonevoli li huma jaraw neċessarji fit-territorju nazzjonali tagħhom biex jimmonitorjaw l-użu tal-liċenzi miftuħa tagħhom.
TAQSIMA II
IL-LIĊENZA STANDARD
Artikolu 3
1. Liċenzi standard għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola, li mudell tagħha jinsab fl-Anness I. Il-formola għandha tkun stampata fuq karta bajda mingħajr polpa mekkanika, imħejjija biex issir kitba fuqha u tiżen mhux anqas minn 55 g/m2.
2. Il-qies tal-formoli għandu jkun ta’ 210 × 297 mm.
3. Il-formoli għandhom isiru f’forma stampata jew elettronika u jimtlew f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni nnominata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru emittenti.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tiġi ppreżentata l-formola jistgħu jitolbu li din tkun tradotta fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, ta’ dak l-Istat Membru. F’dan il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandhom jitħallsu mid-detentur tal-liċenza.
4. Stati Membri għandhom ikunu responsabbli:
(a) |
li jistampaw il-formoli, li jkollhom l-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka ta’ identifikazzjoni; |
(b) |
li jieħdu kull miżura meħtieġa sabiex jevitaw il-falsifikazzjoni ta’ formoli. Il-mezzi ta’ identifikazzjoni adottati minn Stati Membri għal dan il-għan għandhom ikunu notifikati lill-Kummissjoni, biex jiġu komunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra. |
5. Formoli għandhom preferibbilment jimtlew b’mezzi mekkaniċi jew elettroniċi. Iżda, l-applikazzjoni tista’ timtela bl-idejn b’mod leġġibbli; fil-każ tal-aħħar din għandha tkun miktuba bil-linka u b’ittri kbar.
Ikun x’ikun il-metodu użat, formoli m’għandhomx ikollhom tħassir, kitba fuq oħra jew alterazzjonijiet oħra.
Artikolu 4
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, għandha tinħareġ liċenza ta’ esportazzjoni separata għal kull kunsinna ta’ oġġetti kulturali.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kunsinna għandha tfisser jew oġġett kulturali wieħed jew numru ta’ oġġetti kulturali.
3. Fejn kunsinna tikkonsisti f’numru ta’ oġġetti kulturali, huma l-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu jekk liċenza ta’ esportazzjoni waħda jew aktar għandhomx jinħarġu għall-kunsinna kkonċernata.
Artikolu 5
Il-formola għandu jkollha tliet folji:
(a) |
folja waħda, immarkata Nru 1, li għandha tkun l-applikazzjoni; |
(b) |
folja waħda, immarkata Nru 2, għad-detentur; |
(c) |
folja waħda, immarkata Nru 3, li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti. |
Artikolu 6
1. L-applikant għandu jimla l-kaxxi 1, 3, 6 sa 21, 24 u, jekk ikun meħtieġ, 25 tal-applikazzjoni u l-folji l-oħra, minbarra fejn l-istampar minn qabel tal-kaxxa jew tal-kaxxi jkun awtorizzat.
Madankollu, Stati Membri jistgħu jeżiġu li l-applikazzjoni biss tkun teħtieġ li timtela.
2. L-applikazzjoni għandu jkollha magħha:
(a) |
dokumentazzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-oġġett(i) kulturali u l-istatus legali tiegħu (tagħhom) fiż-żmien meta ssir l-applikazzjoni, permezz ta’ xi dokumenti ta’ sostenn (fattura, stima esperta, eċċ), fejn ikun xieraq; |
(b) |
ritratt debitament awtentikat jew, meta jkun xieraq u fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, ritratti mhux tal-kulur jew tal-kulur (ta’ qies ta’ mill-inqas 8 cm bi 12 cm) tal-oġġetti kulturali kkonċernati. Din il-ħtieġa tista’ tkun sostitwita, meta jkun xieraq u fid-diskrezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, b’lista dettaljata tal-oġġetti kulturali. |
3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżiġu, għall-finijiet ta’ ħruġ ta’ liċenza ta’ esportazzjoni, il-preżentazzjoni fiżika tal-oġġetti kulturali li jkunu ser jiġu esportati.
4. L-ispejjeż kollha magħmula fir-rigward tal-paragrafi 2 u 3 għandhom jitħallsu mill-applikant li jitlob il-liċenza ta’ esportazzjoni.
5. Sabiex tingħata liċenza ta’ esportazzjoni, il-formola mimlija kif imiss għandha tigi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 116/2009. Meta l-awtorità tkun tat il-licenza ta’ esportazzjoni, folja 1i għandha tinżamm minn dik l-awtorità u l-folji li jifdal għandhom jintbagħtu lura lid-detentur tal-liċenza ta’ esportazzjoni jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.
Artikolu 7
Dawn li ġejjin għandhom jiġu ppreżentati insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni:
(a) |
il-folja tad-detentur; |
(b) |
il-folja li għandha tintbagħat lura lill-awtorità emittenti. |
Artikolu 8
1. L-uffiċċju doganali responsabbli biex jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jiżgura li l-entrati fuq id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew, jekk ikun applikabbli, il-carnet ATA, jikkorrispondi mal-entrati fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni u li referenza għal-liċenza ta’ esportazzjoni tiddaħħal fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jew fuq il-mamma tal-carnet ATA.
Dan għandu jieħu miżuri xierqa għall-finijiet ta’ identifikazzjoni. Il-miżuri jistgħu jikkonsistu fit-twaħħil ta’ siġill jew timbru tal-uffiċċju doganali. Il-folja tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni.
2. Wara li timtela l-kaxxa 23 fil- folji 2 u 3, l-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jirritorna lid-dikjarant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu/tagħha l- folja intiża għad-detentur.
3. Il-folja tal-formola tal-liċenza li għandha tingħata lura lill-awtorità emittenti, għandha takkompanja l-kunsinna sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni.
L-uffiċċju doganali għandu jagħmel it-timbru tiegħu mal-kaxxa 26 tal-formola u jirritornaha lill-awtorità emittenti.
Artikolu 9
1. Il-perjodu ta’ validità ta’ liċenzi ta’ esportazzjoni m’għandux jeċċedi tnax-il xahar mid-data tal-ħruġ.
2. Fil-każ ta’ applikazzjoni għal esportazzjoni temporanja, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jispeċifikaw il-limitu ta’ żmien li fih l-oġġetti kulturali għandhom jiġu ri-importati fl-Istat Membru li jkun ħariġhom.
3. Meta liċenza ta’ esportazzjoni tiskadi mingħajr ma tkun ġiet użata, id-detentur għandu minnufih jibgħat lura lill-awtorità li toħroġha l-folji li jkunu fil-pussess tiegħu.
TAQSIMA III
LIĊENZI MIFTUĦA SPEĊIFIĊI
Artikolu 10
1. Liċenzi miftuħa speċifiċi jistgħu jkunu maħruġa għal oġġett kulturali speċifiku li jista’ jkun temporanjament esportat mill-Unjoni fuq bażi regolari għall-użu u/jew għall-esibizzjoni f’pajjiż terz. L-oġġett kulturali jrid ikun proprjetà ta’, jew ikun fil-pussess leġittimu ta’, persuna jew organizzazzjoni partikolari li tuża u jew tesibixxi l-oġġett.
2. Liċenza tista’ tkun maħruġa biss bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet huma konvinti li dik il-persuna jew organizzazzjoni kkonċernata toffri l-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji għall-oġġett biex ikun irritornat f’kundizzjoni tajba lill-Unjoni u li dak l-oġġett jista’ jkun deskritt jew immarkat b’mod li ma jkunx hemm ebda dubju li fil-mument ta’ esportazzjoni temporanja dak l-oġġett li jkun esportat huwa dak deskritt fil-liċenza miftuħa speċifika.
3. Liċenza ma tistax tkun valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.
Artikolu 11
Il-liċenza għandha tkun ippreżentata insostenn ta’ dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni bil-miktub jew tkun disponibbli f’każijiet oħra għall-produzzjoni mal-oġġetti kulturali għal eżami fuq talba.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenza hija ppreżentata jistgħu jistaqsu li hija tiġi tradotta fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali, tal-Istat Membru. F’dak il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandu jkoprihom id-detentur tal-liċenza.
Artikolu 12
1. L-uffiċċju doganali awtorizzat biex jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jassigura li l-oġġetti ppreżentati huma dawk deskritti fuq il-liċenza ta’ esportazzjoni u li referenza tkun magħmula għal dik il-liċenza fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni jekk dikjarazzjoni bil-miktub hija meħtieġa.
2. Jekk dikjarazzjoni bil-miktub hija meħtieġa mbagħad il-liċenza għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni u takkompanja l-oġġett sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fejn il-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni hija disponibbli għall-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu, il-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f’okkażjoni li tiġi wara.
TAQSIMA IV
LIĊENZI MIFTUĦA ĠENERALI
Artikolu 13
1. Liċenzi miftuħa ġenerali jistgħu jkunu maħruġa lil mużewijiet jew istituzzjonijiet oħrajn biex ikopru l-esportazzjoni temporanja ta’ kull oġġett li jappartieni lill-kollezzjoni permanenti tagħhom li jista’ jkun temporanjament esportat mill-Unjoni fuq bażi regolari għall-esibizzjoni f’pajjiż terz.
2. Liċenza tista’ tiġi maħruġa biss jekk l-awtoritajiet huma konvinti li l-istituzzjoni toffri l-garanziji kollha kkunsidrati neċessarji biex l-oġġett ikun irritornat f’kundizzjoni tajba lejn l-Unjoni. Il-liċenza tista’ tiġi użata biex tkopri kull tagħqid ta’ oġġetti fil-kollezzjoni permanenti f’kull waħda mill-okkażjonijiet ta’ esportazzjoni temporanja. Hija tista’ tkun użata biex tkopri serje ta’ tagħqid differenti ta’ oġġetti kemm b’mod konsekuttiv jew konkorrenti.
3. Liċenza ma tistax tkun valida għal perjodu li jeċċedi ħames snin.
Artikolu 14
Il-liċenza għandha tkun ippreżentata insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-liċenza hija ppreżentata jistgħu jistaqsu biex hija tkun maqluba fil-lingwa, jew f’waħda mil-lingwi uffiċċjali, ta’ dak l-Istat Membru. F’dak il-każ, l-ispejjeż tat-traduzzjoni għandu jkoprihom id-detentur tal-liċenza.
Artikolu 15
1. L-uffiċċju doganali awtorizzat li jaċċetta d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni għandu jassigura li l-liċenza hija ppreżentata flimkien ma’ lista tal-oġġetti esportati u li huma deskritti wkoll fid-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni. Il-lista għandha tkun fuq karta miktuba fuq (headed paper) tal-istituzzjoni u kull paġna għandha tiġi ffirmata minn wieħed mill-persuni tal-istituzzjoni u msemmi fuq il-liċenza. Kull paġna għandha tkun ukoll ittimbrata bit-timbru tal-istituzzjoni kif impoġġija fuq il-liċenza. Referenza għal-liċenza għandha tkun magħmula fil-kaxxa 44 tad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni.
2. Il-liċenza għandha tkun mehmuża mal-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni u trid takkumpanja l-kunsinna sal-uffiċċju doganali fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fejn il-kopja 3 tad-dokument amministrattiv waħdieni hija disponibbli għall-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu l-liċenza għandha wkoll tkun disponibbli għalih għall-użu f’okkażjoni li tiġi wara.
TAQSIMA V
FORMOLI TAL-LIĊENZI MIFTUĦA
Artikolu 16
1. Liċenzi miftuħa speċifiċi għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola li mudell tagħha jinsab fl-Anness II.
2. Liċenzi miftuħa ġenerali għandhom ikunu maħruġa fuq il-formola li mudell tagħha jinsab fl-Anness III.
3. Il-formola tal-liċenza għandha ssir f’forma stampata jew elettronika b’lingwa uffiċjali waħda jew iżjed tal-Unjoni.
4. Il-liċenza għandha tkejjel 210 × 297 mm. Tolleranza ta’ tnaqqis ta’ 5 mm jew biż-żieda ta’ 8 mm fit-tul għandha tkun permessa.
Il-karta użata għandha tkun bajda u ħielsa minn polpa mekkanika, imħejjija għall-għanijiet tal-kitba u li tiżen mhux inqas minn 55 g/m2. Hija għandha tkun stampata b’disinn blu ċar guilloche fl-isfond sabiex tikxef kull falsifikazzjoni minn mezzi mekkanċi jew kimiċi.
5. It-tieni folja tal-liċenza, li m’għandux ikollha disinn guilloche fl-isfond, hija għall-użu jew rekords tal-esportatur biss.
Il-formola tal-applikazzjoni li trid tintuża għandha tkun preskritta mill-Istat Membru kkonċernat.
6. L-Istati Membri jistgħu jirriservaw id-dritt li jistampaw il-formoli tal-liċenza jew li jeħduhom biex jiġu stampati minn stampaturi approvati. Fl-aħħar każ, kull formola għandu jkollha referenza għal tali approvazzjoni.
Kull formola għandu jkollha l-isem u l-indirizz tal-istampatur jew il-marka li biha l-istampatur jista’ jiġi identifikat. Hija għandu jkollha wkoll numru tas-serje, jew stampat jew ittimbrat, li bih tista’ tkun identifikata.
7. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li jieħdu kull miżura neċessarja sabiex tiġi evitata l-falsifikazzjoni tal-liċenzi.
Il-mezz ta’ identifikazzjoni adottat mill-Istati Membri għal dan l-għan għandu jkun notifikat lill-Kummissjoni, għall-komunikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
8. Il-liċenzi għandhom ikunu magħmula minn mezzi mekkaniċi jew elettroniċi. F’ċirkostanzi eċċezzjonali huma jistgħu jkunu magħmula minn pinen suwed ball point b’ittri kapitali.
Huma m’għandhomx ikun fihom tħassir, kliem miktubin fuq xulxin jew alterazzjonijiet oħra.
TAQSIMA VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 17
Ir-Regolament (KEE) Nru 752/93 huwa mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 18
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 24.
(3) Ara l-Anness IV.
ANNESS I
Mudell tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni standard
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
NOTI TA’ SPJEGAZZJONI
1. Ġenerali
1.1. |
Huma meħtieġa liċenzi għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali biex jiġi protett il-wirt kulturali tal-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 116/2009. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1081/2012 jistabbilixxi l-forma li biha l-liċenzi ta’ esportazzjoni standard għandhom isiru. L-intenzjoni hija li jiġu ggarantiti verifiki standardizzati għall-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali barra l-fruntieri tal-Unjoni. Żewġ tipi oħra ta’ liċenza għall-esportazzjoni huma previsti, jiġifieri:
|
1.2. |
It-tliet folji tal-formola tal-liċenza ta’ esportazzjoni standard għandhom jimtlew b’mod li jinqraw u ma jitħassrux, preferibbilment b’mezzi elettroniċi jew mekkaniċi. Jekk jimtlew bl-idejn, dawn għandhom jinkitbu bil-linka u b’ittri kapitali. Dawn taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ jkun fihom tħassir, kliem miktub fuq ieħor jew tibdil ieħor. |
1.3. |
Il-kaxxi kollha li ma jintużawx għandhom ikunu ngassati b’linji biex xejn ma jiġi miżjud. Il-folji jistgħu jiġu identifikati bin-numerazzjoni u l-funzjoni tagħhom, indikati fil-marġini tax-xellug. L-ordni tagħhom fis-sett huwa kif ġej: — Folja Nru 1: applikazzjoni li għandha tinżamm mill-awtorità emittenti (indika f’kull Stat Membru l-identità ta’ dik l-awtorità); fil-każ ta’ listi addizzjonali, għandhom jintużaw daqstant folji Nru 1 daqs kemm ikun meħtieġ; huwa l-jedd tal-awtoritajiet emittenti kompetenti li jistabbilixxu jekk għandhiex tinħareġ liċenza ta’ esportazzjoni waħda jew aktar; — Folja Nru 2: li għandha tiġi ppreżentata b’appoġġ għad-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni fl-uffiċċju doganali kompetenti tal-esportazzjoni u tinżamm mid-detentur tal-liċenza wara li tiġi ttimbrata minn dak l-uffiċċju; — Folja Nru 3: li għandha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali kompetenti tal-esportazzjoni u għandha tmur mal-konsenja minn hemm ‘il quddiem sa ma din tasal fl-uffiċċju doganali tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni; l-uffiċċju doganali tal-ħruġ jittimbra din il-folja u mbagħad jirritornaha lill-awtorità emittenti. |
2. Intestaturi
Kaxxa 1: |
Applikant: Isem tal-individwu jew kumpannija u indirizz residenzjali sħiħ tal-kwartier ġenerali tal-kumpannija. |
||||||
Kaxxa 2: |
Liċenza ta’ esportazzjoni: Biex timtela mill-awtoritajiet kompetenti. |
||||||
Kaxxa 3: |
Destinatarju: Isem u indirizz sħiħ tad-destinatarju, inkluż il-pajjiż terz li lilu l-oġġett ikun qed jiġi esportat temporanjament jew permanentement. |
||||||
Kaxxa 4: |
Indika jekk l-esportazzjoni hijiex permanenti jew temporanja. |
||||||
Kaxxa 5: |
Awtorità emittenti: Isem tal-awtiorità kompetenti u l-Istat Membru li qed joħroġ l-awtorizzazzjoni. |
||||||
Kaxxa 6: |
Rappreżentant tal-applikant: Għandha timtela biss meta l-applikant ikun qed juża rappreżentant awtorizzat. |
||||||
Kaxxa 7: |
Sid tal-oġġetti(i): Isem u indirizz |
||||||
Kaxxa 8: |
Deskrizzjoni skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 116/2009. Kategorija(i) tal-oġġetti kulturali: Dawn l-oġġetti huma kklassifikati skont kategoriji enumerati mill-1 sal-15. Daħħal biss in-numru korrispondenti. |
||||||
Kaxxa 9: |
Deskrizzjoni tal-oġġett(i) kulturali: Agħti n-natura eżatta tal-oġġett(i) (pereżempju pittura, skultura, basso riljev, matriċi negattiva jew kopja pożittiva fil-każ ta’ pellikoli, għamara jew oġġetti, strumenti mużikali) u agħti deskrizzjoni oġġettiva dwar id-dehra tal-oġġett(i).
Jekk ma jkunx hemm spazju biex jiġu deskritti l-oġġetti kollha, l-applikant għandu jżid kemm paġni żejda jkun hemm bżonn. |
||||||
Kaxxa 10: |
Kodiċi NM: Bħala indikazzjoni, agħti l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda. |
||||||
Kaxxa 11: |
Numru/kwantità: Agħti n-numru tal-oġġetti, partikolarment fejn jikkostitwixxu sett. Fil-każ tal-pellikoli, agħti indikazzjoni tan-numru tal-irkiekel, il-format u t-tul. |
||||||
Kaxxa 12: |
Valur fil-munita nazzjonali: Agħti l-valur tal-oġġett(i) fil-munita nazzjonali. |
||||||
Kaxxa 13: |
Skop tal-esportazzjoni tal-oġġett(i) kulturali/Raġuni għaliex intalbet il-liċenza. Għid jekk l-oġġett li sa jiġi esportat inbiegħx jew jekk hemmx il-ħsieb li jinbiegħ, jiġi esibit, valutat, imsewwi jew użat b’xi mod ieħor, u jekk ir-ritorn tiegħu huwiex obbligatorju. |
||||||
Kaxxa 14: |
Titolu jew suġġett: Jekk ix-xogħol ma jkollux isem eżatt, indika s-suġġett tiegħu permezz ta’ sommarju tad-dehra tal-oġġett jew, fil-każ ta’ pellikoli, is-suġġett. Għal strumenti xjentifiċi jew oġġetti oħra li għalihom mhux possibbli li wieħed jispeċifika titolu jew suġġett, huwa biżżejjed li timtela l-kaxxa 9. |
||||||
Kaxxa 15: |
Qisien: Qisien (f’ċentimetri) tal-oġġetti u xi rfid. Fil-każ ta’ għamliet komplessi u mhux tas-soltu, agħti indikazzjoni tal-miżuri skont din l-ordni: Għ x W x F (għoli, wisa’, fond). |
||||||
Kaxxa 16: |
Datazzjoni: Fejn ma tkunx magħrufa data preċiża, indika s-seklu u parti mis-seklu (l-ewwel kwart, l-ewwel nofs) jew il-millenju (kategoriji 1 u 7). Għal oġġetti antiki li għalihom jgħoddu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ antikità (aktar minn 50 jew 100 sena jew bejn 50 u 100 sena), u li għalihom mhux biżżejjed li wieħed jindika s-seklu, speċifika s-sena, anke jekk bejn wieħed u ieħor (pereżempju madwar l-1890, bejn wieħed u ieħor tal-1950). Rigward pellikoli, jekk id-data ma tkunx magħrufa, speċifika d-deċennju. Fil-każ ta’ settijiet (arkivji u libreriji), indika d-dati l-aktar kmieni u l-aktar tard. |
||||||
Kaxxa 17: |
Karattersitiċi oħra: Agħti kwalunkwe informazzjoni oħra fuq aspetti formali li jistgħu jkunu siewja għall-identifkazzjoni, pereżempju anteċedenti storiċi, kondizzjonijiet tal-eżekuzzjoni, sidien preċedenti stat ta’ preservazzjoni u restawr, bibliografija, kodiċi jew marka elettronika. |
||||||
Kaxxa 18: |
Dokumenti ppreżentati/indikazzjonijiet speċifiċi relatati mal-identifikazzjoni: Indika bi slaleb fil-kaxex approprjati. |
||||||
Kaxxa 19: |
Artist, perjodu, bottega u/jew stil: Agħti l-isem tal-artist jekk ikun magħruf jew irreġistrat. Jekk l-opri jkunu prodotti jew kopji kollaborattivi, indika l-artisti jew l-artist ikkupjat, jekk ikun magħruf. Jekk l-opra tkun attribwita biss għal artist wieħed, niżżel “Attribwita lil […]”. Jekk l-artist ma jkunx magħruf, niżżel il-bottega, l-iskola jew l-istil (pereżempju bottega ta’ Velasquez, skola Venezjana, perjodu Ming, stil Luiġi XV jew stil Vittorjan). Fil-każ ta’ oġġetti stampati, agħti l-isem tal-pubblikatur, il-post u s-sena tal-pubblikazzjoni. |
||||||
Kaxxa 20: |
Materjal jew teknika: L-informazzjoni li tingħata f’din il-kaxxa għandha tkun preċiża kemm jista’ jkun. Indika l-materjali li ntużaw u speċifika t-teknika mħaddma (pereżempju pittura taż-żejt, kopja minn inċiżjoni fuq l-injam, disinn bil-lapis jew bil-faħma, forma biċ-ċera perduta, pellikola tan-nitrat, eċċ.). |
||||||
Kaxxa 21 |
(folja 1): Applikazzjoni: Għandha timtela mill-applikant jew minn rappreżentant tiegħu/tagħha, li għandu jidħol responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni fornuta fl-applikazzjoni u fid-dokumenti li jappoġġawha. |
||||||
Kaxxa 22: |
Firma u timbru tal-awtorità emittenti: Li għandhom jiġu mdaħħla mill-awtorità kompetenti, bil-post u d-data, fuq it-tliet folji tal-liċenza. |
||||||
Kaxxa 23: |
(folji 2 u 3): Għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-esportazzjoni: Għandha timtela mill-uffiċjju doganali fejn isiru t-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni u fejn tiġi ppreżentata l-liċenza ta’ esportazzjoni. “Uffiċċju doganali tal-esportazzjoni” tfisser l-uffiċċju fejn titressaq id-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni u fejn isiru l-formalitajiet tal-esportazzjoni. |
||||||
Kaxxa 24: |
Ritratti tal-oġġetti kulturali: Ritratt bil-kulur (tal-anqas 9 x 12 ċm) għandu jitwaħħal bil-kolla. Biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni tri-dimensjonali, jistgħu jkunu meħtieġa ritratti tad-diversi faċċati. L-awtorità kompetenti għandha tiċċertifika r-ritratt b’firma u bit-timbru tal-awtorità emittenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu jeħtieġu ritratti oħra. |
||||||
Kaxxa 25: |
Paġni supplimentari: Agħti n-numru ta’ paġni addizzjonali, jekk ikun hemm. |
||||||
Kaxxa 26: |
(folji 2 u 3): Uffiċċju doganali tal-ħruġ: Għandha timtela mill-uffiċċju doganali tal-ħruġ. “Uffiċċju doganali tal-ħruġ” tfisser l-aħħar uffiċċju doganali qabel ma l-oġġetti jħallu t-territorju doganali tal- Unjoni. |
ANNESS II
Mudell tal-formola tal-liċenzi speċifiċi miftuħa u tal-folji tagħha
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS III
Mudell tal-formola tal-liċenzi miftuħa ġenerali u tal-folji tagħha
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 752/93 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1526/98 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2004 |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 752/93 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) frażi tal-bidu |
Artikolu 1(1) frażi tal-bidu |
Artikolu 1(1) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 1(1) punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 1(2) u (3) |
Artikolu 1(2) u (3) |
Artikolu 2(1) l-ewwel sentenza |
Artikolu 2(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 2(1) it-tieni sentenza |
Artikolu 2(1) it-tieni subpargrafu |
Artikolu 2(2) sa (5) |
Artikolu 2(2) sa (5) |
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 3(1) u (2) |
Artikolu 3(3) l-ewwel sentenza |
Artikolu 3(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(3) it-tieni u t-tielet sentenzi |
Artikolu 3(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(4) kliem tal-bidu |
Artikolu 3(4) kliem tal-bidu |
Artikolu 3(4) l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 3(4) punti (a) u (b) |
Artikolu 3(5) l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 3(5) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(5) it-tielet sentenza |
Artikolu 3(5) it-tieni subpargrafu |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 kliem tal-bidu |
Artikolu 5 kliem tal-bidu |
Artikolu 5 l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiżi |
Artikolu 5 punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 6(1) l-ewwel sentenza |
Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 6(1) it-tieni sentenza |
Artikolu 6(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6(2) kliem tal-bidu |
Artikolu 6(2) kliem tal-bidu |
Artikolu 6(2) l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 6(2) punti (a) u (b) |
Artikolu 6(3), (4) u (5) |
Artikolu 6(3), (4) u (5) |
Artikolu 7 frażi tal-bidu |
Artikolu 7 frażi tal-bidu |
Artikolu 7 l-ewwel u t-tieni inċiżi |
Artikolu 7 punti (a) u (b) |
Artikoli 8(1) u (2) |
Artikolu 8 (1) u (2) |
Artikolu 8(3) l-ewwel sentenza |
Artikolu 8(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(3) it-tieni sentenza |
Artikolu 8(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikoli 10 sa 15 |
Artikoli 10 sa 15 |
Artikolu 16(1), (2) u (3) |
Artikolu 16(1), (2) u (3) |
Artikolu 16(4) l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 16(4) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(4) it-tielet u r-raba' sentenzi |
Artikolu 16(4) it-tieni subparagafu |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 16(5) |
Artikolu 16(6) l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 16(6) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(6) it-tielet u r-raba' sentenzi |
Artikolu 16(6) it-tieni subparagrafu |
Artiklu 16(7) l-ewwel sentenza |
Artikolu 16(7) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(7) it-tieni sentenza |
Artikolu 16(7) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 16(8) l-ewwel u t-tieni sentenzi |
Artikolu 16(8) l-ewwel subparagafu |
Artikolu 16(8) it-tielet sentenza |
Artikolu 16(8) it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Annessi I, II u III |
Annessi I, II u III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |