7.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1016/2012

tas-6 ta’ Novembru 2012

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/687/PESK tas-6 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), għandha tiġi inkluża entità addizzjonali fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-entità elenkata fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiżdied mat-taqsima B tal-parti I tal-lista stabbilita fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

A. D. MAVROYIANNIS


(1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 82 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

National Iranian Oil Company Nederland (magħrufa wkoll bħala: NIOC Netherlands Representation Office)

Blaak 512, 3011 TA and Weena 333, 3013 AL Rotterdam, Netherlands.

Tel. +31 (10) 225 0177, +31 (10) 225 0308.

http://www.nioc-intl.com/Offices_Rotterdam.htm.

Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC).

7.11.2012