30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/37


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 999/2012

tad-9 ta’ Ottubru 2012

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd taħt il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/670/UE (1) dwar l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (“il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd”). Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (“il-Protokoll”) jifforma parti integrali tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

(2)

Il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perijodu ta’ applikazzjoni tal-Protokoll.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (2), fejn ikun jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll mhumiex utilizzati kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ risposta fi żmien id-data ta’ skadenza stabbilita mill-Kunsill jitqies bħala konferma li l-bastimenti tas-sajd tal-Istat Membru kkonċernat ma jagħmlux użu sħiħ tal-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu mgħoti. Dik l-iskadenza għandha għalhekk tiġi stabbilita mill-Kunsill.

(4)

Ladarba l-Protokoll japplika għal perijodu ta’ tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet ta’ sajd stipulati fil-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Mawrizju (“il-Protokoll”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-purse seine

Spanja

22 bastiment

Franza

16-il bastiment

L-Italja

2 bastimenti

Ir-Renju Unit

bastiment wieħed (1)

Total

41 bastiment

(b)

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Spanja

12-il bastiment

Franza

29 bastiment

Il-Portugall

4 bastimenti

Total

45 bastiment

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u tal-Protokoll.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd minn Stati Membri oħrajn skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   Id-data ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandha tkun 10 ijiem tax-xogħol mill-jum li fih il-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri li l-opportunitajiet tas-sajd ma’ ġewx użati kollha.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

V. SHIARLY


(1)  Ara paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.