26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 297/22


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 993/2012

tal-25 ta’ Ottubru 2012

dwar il-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Ottubru 2012 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u partikolarment l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3), fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tarriffarji tal-importazzjoni ta' ross u ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX ta' dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Ottubru huwa l-uniku subperjodu għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 ipprovdut skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011. Din il-kwota tikkonsisti fil-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati mill-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 - 09.4128 - 09.4129 - 09.4130 fis-subperjodu preċedenti. Ix-xahar ta’ Ottubru huwa l-aħħar subperjodu għall-kwoti pprovduti fl-Artikolu 1(1)(b) u (e) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, li jinkludu l-bilanċ tal-kwantitajiet mhux użati fis-subperjodu preċedenti.

(3)

In-notifiki li ntbagħtu skont il-punt (a) tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012 skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità akbar minn dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwota kkonċernati.

(4)

In-notifiki juru wkoll li, għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4148, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija anqas dik disponibbli.

(5)

Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota pprovduta fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2012 għandu jkun innotifikat ukoll.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għall-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li jaqgħu taħt il-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 imsemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, imressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' ħidma ta' Ottubru 2012, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-perċentwal finali ta’ użu ta’ kull kwota pprovduta fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 tul is-sena 2012 jingħata fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta’ Ottubru 2012 skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u l-perċentwal finali tal-użu għas-sena 2012

(a)

Kwota ta' ross mitħun għalkollox jew mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2012

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2012

L-Istati Uniti

09.4127

 

96,41  %

It-Tajlandja

09.4128

 

98,94  %

L-Awstralja

09.4129

 

64,72  %

Oriġini oħra

09.4130

 

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4138

1,109158  %

100  %

(b)

Kwota ta' ross bil-ħliefa kopert bil-kodiċi NM 1006 20 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2012

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2012

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (1)

0  %

(c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2012

It-Tajlandja

09.4149

23,81  %

L-Awstralja

09.4150

0  %

Il-Gujana

09.4152

0  %

L-Istati Uniti

09.4153

39,39  %

Oriġini oħra

09.4154

100  %

(d)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi NM 1006 30 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2012

It-Tajlandja

09.4112

100  %

L-Istati Uniti

09.4116

100  %

L-Indja

09.4117

100  %

Il-Pakistan

09.4118

100  %

Oriġini oħra

09.4119

100  %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

100  %

(e)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi NM 1006 40 00 kif ipprovdut fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Ottubru 2012

Perċentwal finali tal-użu tal-kwota għas-sena 2012

Il-pajjiżi kollha

09.4168

 (2)

100  %


(1)  L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni tal-liċenzja ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.