24.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 976/2012

tat-23 ta’ Ottubru 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 165/2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 105(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 165/2011 tat-22 ta’ Frar 2011 li jipprovdi għal tnaqqis minn ċerti kwoti tal-kavalli allokati lil Spanja għall-2011 u fis-snin sussegwenti minħabba s-sajd żejjed fl-2010 (2), jistabbilixxi li l-kwota tas-sajd għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żona VIIIc, IX u X; fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 (minn issa ’l quddiem, “il-kwota tas-sajd għall-kavalli”) li kienet allokata lil Spanja fl-2011 għandha titnaqqas b’4 500 tunnellata.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 jistipula wkoll li l-kwota tas-sajd għall-kavalli li tista’ tiġi allokata lil Spanja fis-snin bejn l-2012 u l-2015 u, fejn xieraq, fis-snin sussegwenti għandha titnaqqas b’5 500 tunnellata fl-2012, b’9 748 tunnellata fl-2013 u b’9 747 tunnellata fl-2014 u fl-2015 rispettivament u, fejn xieraq, fis-snin sussegwenti.

(3)

Fil-21 ta’ Diċembru 2011, l-awtoritajiet Spanjoli infurmaw lill-Kummissjoni li l-kwota tas-sajd tagħhom għall-kavalli għas-sena 2011 kienet għadet ma ntużatx totalment, u għall-fini tal-ħlas lura għas-sajd żejjed tal-kavalli fl-2010, talbu lill-Kummissjoni biex tqis it-tunnellaġġ mhux utilizzat, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 165/2011. Il-kwantità mhux utilizzata tammonta għal 5 755 tunnellata.

(4)

Spanja, min-naħa l-oħra, kienet talbet, skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tal-TAC u l-kwoti (3) li, fil-limiti indikati f’dak ir-Regolament, tinżamm parti mill-kwota tas-sajd għall-kavalli tagħhom għall-2011 u tiġi ttrasferita għas-sena ta’ wara.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 319/2012 tat-13 ta’ April 2012 li jżid mal-kwoti tas-sajd tal-2012 ċerti kwantitajiet miżmuma matul is-sena 2011 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4) ittrasferixxa 2 511-il tunnellata tal-kwota tas-sajd mhux utilizzata ta’ Spanja għall-2011 għas-sena 2012. Għalhekk, il-bqija tat-tunnellaġġ mhux utilizzat għall-2011 tammonta għal 3 244.

(6)

L-ammont ta’ 3 244 tunnellata għandu jintuża biex jiskeda mill-ġdid it-tnaqqis previst fir-Regolament (UE) Nru 165/2011. Din il-kwantità għandha tiġi miżjuda mal-ammont ta’ tnaqqis għall-2011, li jikkostitwixxi total ta’ 7 744, u għandha simultanjament tiġi mnaqqsa mill-ammont ta’ tnaqqis ta’ snin sussegwenti.

(7)

Spanja talbet li t-tunnellaġġ mhux utilizzat jitnaqqas mill-ammonti ta’ tnaqqis għall-2013 u l-2014. Din hija kompatibbli mar-raġunament espress fil-premessa 7 tar-Regolament (UE) Nru 165/2011. Ir-Regolament (UE) Nru 165/2011 għandu għalhekk, jigi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 165/2011 għandu jiġi sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 48, 23.2.2011, p. 11.

(3)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(4)  ĠU L 104, 14.4.2012, p. 2.


ANNESS

“ANNESS

Stokk

Kwota Inizjali għall-2010 (*)

Kwota adattata għall-2010

Qabdiet stabbiliti għall-2010

Differenza fil-kwota tal-qabdiet

(sajd żejjed)

Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

(sajd żejjed (*) 2)

Tnaqqis għall-2011

Tnaqqis għall-2012

Tnaqqis għall-2013

Tnaqqis għall-2014

Tnaqqis għall-2015 u, fejn xieraq, għas-snin sussegwenti

MAC/8C3411

27 919

24 604

44 225

–19 621

(79,7 % tal-kwota għall-2010)

–39 242

7 744

5 500

8 126

8 125

9 747


(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 53/2010”.