|
18.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 287/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 959/2012
tas-17 ta’ Ottubru 2012
dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Diċembru 2012 sat-28 ta’ Frar 2013
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Arġentina u mill-pajjiżi terzi kollha għajr iċ-Ċina u l-Arġentina. |
|
(3) |
Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2012 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' Ottubru 2012 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta’ Ottubru 2012 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
|
Oriġini |
Nru tas-serje |
Koeffiċjent ta' allokazzjoni |
||
|
L-Arġentina |
||||
|
09.4104 |
92,505965 % |
||
|
09.4099 |
1,338084 % |
||
|
Iċ-Ċina |
||||
|
09.4105 |
42,208055 % |
||
|
09.4100 |
0,385076 % |
||
|
Pajjiżi terzi oħra |
||||
|
09.4106 |
100 % |
||
|
09.4102 |
3,949315 % |