|
16.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 945/2012
tal-15 ta’ Ottubru 2012
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Waqt li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
|
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran, u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal 15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (2), il-Kunsill jikkunsidra li għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħrajn fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stipulati fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. Għaldaqstant l-Intestatura I fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha tiġi emendata. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-entrata għal entità waħda inkluża fil-lista stipulata fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha tiġi emendata filwaqt li ċerti persuni u entitajiet għandhom jitneħħew minn dik il-lista. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta’ Ottubru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Ara paġna 58 00 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
I.
L-intestatura I fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:"Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran"
II.
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista stipulata fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.A. Persuna
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Majid NAMJOO |
Twieled fil-5 ta' Jannar 1963 f'Teheran, l-Iran |
Ministru tal-Enerġija. Membru tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali li jifformula l-politika nukleari tal-Iran. |
16.10.2012 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||||||||||||||||||||
|
1. |
Ministru tal-Enerġija |
|
Responsabbli għall-politika fis-settur tal-enerġija, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul għall-Gvern Iranjan. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Ministeru taż-Żejt |
|
Responsabbli għall-politika fis-settur tal-enerġija, li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul għall-Gvern Iranjan. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
National Iranian Oil Company (NIOC) |
|
Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt hu d-Direttur tal-Bord tal-NIOC u l-Viċi Ministru taż-Żejt hu d-Direttur Maniġerjali tal-NIOC. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
4. |
National Iranian Oil Company (NIOC) PTE LTD |
Reġistrazzjoni ID 199004388C Singapor |
Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
National Iranian Oil Company (NIOC) International Affairs Limited |
Numru tal-Kumpannija fir-Renju Unit 02772297 (Renju Unit) |
Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
6. |
Iran Fuel Conservation Organization (IFCO) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
7. |
Karoon Oil & Gas Production Company |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
8. |
Petroleum Engineering & Develop-ment Company (PEDEC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
9. |
North Drilling Company (NDC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
10. |
Khazar Expl & Prod Co (KEPCO) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
11. |
National Iranian Drilling Company (NIDC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
12. |
South Zagros Oil & Gas Production Company |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
13. |
Maroun Oil & Gas Company |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
14. |
Masjed-soleyman Oil & Gas Company (MOGC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
15. |
Gachsaran Oil & Gas Company |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
16. |
Aghajari Oil & Gas Production Company (AOGPC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
17. |
Arvandan Oil & Gas Company (AOGC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
18. |
West Oil & Gas Production Company |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
19. |
East Oil & Gas Production Company (EOGPC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
20. |
Iranian Oil Terminals Company (IOTC) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
21. |
Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
22. |
Iran Liquefied Natural Gas Co. |
|
Sussidjarja tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
23. |
Naftiran Intertrade Company (a.k.a. Naftiran Trade Company) (NICO) |
|
Sussidjarja (100 %) tan-National Iranian Oil Company (NIOC). |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
24. |
Naftiran Intertrade Company Srl |
|
Sussidjarja (100 %) tan-Naftiran Intertrade Company Ltd. Petroiran Development Company (PEDCO) Ltd (magħrufa wkoll bħala PetroIran; magħrufa wkoll bħala "PEDCO") |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
25. |
Petroiran Development Company (PEDCO) Ltd (a.k.a. PetroIran; a.k.a. "PEDCO") |
Reġistrazzjoni ID 67493 (Jersey) |
Sussidjarja ta' Naftiran Intertrade Company Ltd. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
26. |
Petropars Ltd. (a.k.a. Petropasr Limited; a.k.a. "PPL") |
l-uffiċċji kollha madwar id-dinja |
Sussidjarja ta' Naftiran Intertrade Company Ltd. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
27. |
Petropars International FZE (magħrufa wkoll bħala PPI FZE) |
l-uffiċċji kollha madwar id-dinja |
Sussidjarja ta' Petropars Ltd. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
28. |
Petropars UK Limited |
Numru tal-Kumpannija fir-Renju Unit 03503060 (Renju Unit); l-uffiċċji kollha madwar id-dinja |
Sussidjarja ta' Petropars Ltd. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
29. |
National Iranian Gas Company (NIGC) |
|
Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt hu l-President tal-Bord tal-NIGC u l-Viċi Ministru taż-Żejt huwa d-Direttur Maniġerjali u l-Viċi President tal-NIGC. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
30. |
National Iranian Oil Refining and Distribution Company (NIORDC) |
|
Entità proprjetà ta' u mmexxija mill-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. Il-Ministru taż-Żejt huwa l-President tal-Bord tan-NIORDC. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
31. |
National Iranian Tanker Company (NITC) |
|
Effettivament ikkontrollata mill-Gvern tal-Iran. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran permezz tal-azzjonisti tagħha li jżommu rabtiet mal-Gvern. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
32. |
Trade Capital Bank |
|
Tel: Fax +375 (17) 3121008 |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
33. |
Bank of Industry and Mine |
|
Kumpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. |
16.10.2012 |
||||||||||||||||||||||||||
|
34. |
Cooperative Development Bank (magħruf ukoll bħala Tose’e Ta’avon Bank) |
|
Kumpannija proprjetà tal-Istat li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. |
16.10.2012 |
III.
L-entrata għall-entità stipulata fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkata hawn taħt għandha tiġi sostitwita bis-segwenti:B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
||||
|
Central Bank of Iran (magħruf ukoll bħala Central Bank of the Islamic Republic of Iran) |
Switchboard: +98 21 299 51 Indirizz bil-Cable: MARKAZBANK Telex: 216 219-22 MZBK IR Indirizz SWIFT: BMJIIRTH Website: http://www.cbi.ir Posta elettronika: G.SecDept@cbi.ir |
Involut f'attivitajiet biex jiġu evitati sanzjonijiet. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. |
23.1.2012 |
IV.
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista stipulata fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012:|
1. |
Mohammad MOKHBER |
|
2. |
Hassan BAHADORI |
|
3. |
Dr. Peyman Noori BROJERDI |
|
4. |
Dr. Mohammad JAHROMI |
|
5. |
Mahmoud Reza KHAVARI |
|
6. |
Dr M H MOHEBIAN |
|
7. |
Bahman VALIKI |
|
8. |
Pouya Control |
|
9. |
Boustead Shipping Agencies Sdn Bhd |
|
10. |
OTS Steinweg Agency. |