22.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/4 |
REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 862/2012
tal-4 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kunsens biex jintuża l-prospett, l-informazzjoni dwar l-indiċi sottostanti u r-rekwiżit għal rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004, li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (2), jistabbilixxi l-informazzjoni minima li trid tiġi inkluża f’prospett għal tipi differenti ta’ titoli sabiex jikkonforma mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/71/KE. |
(2) |
Id-Direttiva 2003/71/KE ġiet emendata mid-Direttiva 2010/73/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 2003/71/KE dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u 2004/109/KE dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat (3) sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta jżidu l-kapital fis-swieq tat-titoli fl-Unjoni u tiżdied l-effiċjenza fir-reġim tal-prospett. Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu għalhekk jiġi emendat fir-rigward tal-kunsens tal-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett għall-użu tal-prospett minn intermedjarji finanzjarji u l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-prospett rigward l-indiċi ta’ riferiment u t-tbassir jew l-istimi tal-profitt. |
(3) |
Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jispeċifika x’informazzjoni għandha tiġi pprovduta fejn l-emittent jew il-persuna responsabbli mit-tfassil tal-prospett tagħti kunsens permezz ta’ ftehim bil-miktub għall-użu tiegħu minn intermedjarji finanzjarji. |
(4) |
Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, u b’mod partikolari ż-żieda fl-użu ta’ indiċi ta’ riferiment ta’ titoli strutturati, ċerti rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandhom jiġu rreveduti u ċċarati. Billi tingħata aktar responsabbiltà fil-kompożizzjoni tal-indiċi lil entità jew grupp ieħor, l-emittenti jistgħu jevitaw ir-rekwiżit li jinkludu fil-prospett deskrizzjoni tal-indiċi kompost mill-emittent (is-subpunt 4.2.2 tal-Anness XII) u b’hekk jevitaw ir-responsabbiltà fejn id-deskrizzjoni mhijiex preċiża. Skont dan, dak ir-rekwiżit għandu jiġi estiż anke għal indiċijiet komposti minn entità li tagħmel parti mill-istess grupp tal-emittent. |
(5) |
Fid-dawl tal-għanijiet għaż-żieda fl-effiċjenza u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, dan ir-Regolament għandu wkoll jistabbilixxi kundizzjonijiet li skonthom deskrizzjoni tal-indiċi fil-prospett ma tkunx meħtieġa meta l-indiċi jkun kompost minn entitajiet li jaġixxu flimkien mal-emittent jew f’ismu. Barra minn hekk, minħabba li s-subpunt 2.10 tal-Anness XV jirreferi biss għal indiċi ppubblikat, ibbażat u rikonoxxut b’mod wiesa’, dikjarazzjoni li fil-prospett tispeċifika fejn tinsab l-informazzjoni dwar l-indiċi għandha tkun suffiċjenti mingħajr ma tkun meħtieġa deskrizzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-indiċi. |
(6) |
Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi għall-emittenti meta jinġabar il-kapital, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet li skonthom ir-rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jakkumpanja t-tbassir jew l-istimi tal-profitti ma jkunx meħtieġ, b’mod partikolari meta accountants jew awdituri indipendenti ma jkunux jistgħu jiffirmaw ir-rapport tal-awditjar għaliex is-sett sħiħ tad-dokumenti li jikkostitwixxu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ma jkunux disponibbli għalihom. |
(7) |
Id-Direttiva 2010/73/UE sostitwiet it-terminu “informazzjoni prinċipali” bit-terminu “informazzjoni essenzjali” f’għadd ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/71/KE. Għaldaqstant, l-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(8) |
Sabiex tiġi evitata kwalunkwe applikazzjoni inkonsistenti ulterjuri tad-Direttiva 2003/71/KE, b’mod partikolari għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tiegħu, u biex jiġi evitat dewmien addizzjonali fl-iżgurar ta' protezzjoni aqwa għall-investituri u t-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi għall-kumpaniji meta jiġbru kapital mis-swieq tat-titoli fl-Unjoni, huwa essenzjali li jiġi pprovdut għal dħul fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 809/2004
Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Prospett għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII u fl-Annessi XX sa XXX skont it-tip ta’ emittent jew ħruġ u titoli involuti. Soġġett għall-Artikolu 4a(1), awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ li prospett jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII jew fl-Annessi XX sa XXX.” |
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej: “Artikolu 20a Il-modulu tal-informazzjoni addizzjonali għall-kunsens mogħti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE 1. Għall-finijiet tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE, il-prospett għandu jinkludi dan li ġej:
2. Fejn intermedjarju finanzjarju ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet mehmuża mal-kunsens kif żvelat fil-prospett, ikun meħtieġ prospett ġdid skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2003/71/KE.” |
(3) |
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Prospett ta’ bażi għandu jkun fih il-punti ta’ informazzjoni meħtieġa fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX u fl-Annessi XXIII sa XXX skont it-tip ta’ emittent u titoli involuti. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jesiġu li prospett ta’ bażi jinkludi punti ta’ informazzjoni li mhumiex inklużi fl-Annessi I sa XVII, fl-Anness XX jew fl-Annessi XXIII sa XXX.” |
(4) |
L-Annessi huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-approvazzjoni ta' suppliment għal prospett jew prospett ta' bażi fejn il-prospett jew il-prospett ta' bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
2. Fejn skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/71/KE, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tinnotifika l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti b’ċertifikat ta’ approvazzjoni fir-rigward ta’ prospett jew prospett ta' bażi approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha biċ-ċar u espliċitament tindika fiċ-ċertifikat li l-prospett jew il-prospett ta' bażi kien approvat qabel id-data msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 327, 11.12.2010, p. 1.
ANNESS
L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 809/2004/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 13.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni meħtieġa ta’ spjegazzjoni għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Anness III, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “3. INFORMAZZJONI ESSENZJALI”. |
(3) |
Fl-Anness IV, is-subpunt 9.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 9.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata, u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti b’mod sostanzjali maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(4) |
Fl-Anness V, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “3. INFORMAZZJONI ESSENZJALI”. |
(5) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Anness XI, is-subpunt 8.2 jiġi sostitwit b’dan li ġej: 8.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(7) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
Fl-Anness XIII, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “3. INFORMAZZJONI ESSENZJALI”. |
(9) |
Fl-Anness XV, is-subpunt 2.10 huwa sostitwit b’dan li ġej: 2.10. Il-punt (a) tas-subpunt 2.2 ma japplikax għall-investiment kollettiv li l-għan tal-investiment tiegħu huwa li jittraċċa, mingħajr modifika materjali, dak ta’ indiċi ppubblikat u bbażat u rikonoxxut b’mod wiesa’. Dikjarazzjoni li tistabbilixxi dettalji dwar minn fejn tista’ tinkiseb l-informazzjoni dwar l-indiċi għandha tiġi inkluża.” |
(10) |
L-Anness XX huwa emendat kif ġej:
|
(11) |
Fl-Anness XXII, it-Taqsima A, jiżdied l-Element A.2 li ġej:
|
(12) |
Fl-Anness XXIII, is-subpunt 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 8.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(13) |
Fl-Anness XXIV, l-intestatura tat-Taqsima 3 hija sostitwita b’dan li ġej: “3. INFORMAZZJONI ESSENZJALI”. |
(14) |
Fl-Anness XXV, is-subpunt 13.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 13.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(15) |
Fl-Anness XXVI, is-subpunt 9.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 9.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awditjati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(16) |
L-Anness XXVIII huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
Fl-Anness XXIX, is-subpunt 8.2 huwa sostitwit b’dan li ġej: 8.2. Rapport imħejji minn accountants jew awdituri indipendenti li jiddikjaraw li fl-opinjoni tal-accountants jew l-awdituri indipendenti, it-tbassir jew l-istima nġabru kif xieraq fuq il-bażi ddikjarata u li l-bażi tal-kontabilità użata għat-tbassir jew l-istima tal-profitt hija konsistenti mal-politiki tal-kontabilità tal-emittent. Fejn l-informazzjoni finanzjarja tirrigwarda s-sena finanzjarja preċedenti u fiha biss ċifri li ma jfixklux u li huma konsistenti biżżejjed maċ-ċifri finali li għandhom jiġu ppubblikati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali awdijati li jmiss għas-sena finanzjarja preċedenti, u l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni taċ-ċifri, mhux se jkun meħtieġ rapport sakemm il-prospett ikun jinkludi d-dikjarazzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(18) |
Jiżdied l-Anness XXX li ġej: “ANNESS XXX Informazzjoni addizzjonali rigward il-kunsens kif imsemmi fl-Artikolu 20a (Modulu addizzjonali) 1 INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA RIGWARD IL-KUNSENS MILL-EMITTENT JEW IL-PERSUNA RESPONSABBLI MIT-TFASSIL TAL-PROSPETT
2 A INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN IL-KUNSENS JINGĦATA LIL INTERMEDJARJU SPEĊIFIKAT WIEĦED JEW AKTAR
2B INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA FEJN KUNSENS JINGĦATA LILL-INTERMEDJARJI FINANZJARJI KOLLHA Notifika b’tipa grassa li tinforma l-investituri li kwalunkwe intermedjarju finanzjarju li qed juża l-prospett għandu jiddikjara fuq il-websajt tiegħu li qed juża l-prospett skont il-kunsens u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu.” |