|
19.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/23 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 843/2012
tat-18 ta’ Settembru 2012
rigward l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir u għall-għasafar għat-tiżjin (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għall-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713). Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir u għall-għasafar għat-tiżjin, li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
|
(4) |
L-użu ta’ din il-preparazzjoni kien awtorizzat għal 10 snin għat-tiġieġ għas-simna u għall-papri permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 (2) u għad-dundjani għas-simna permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1380/2007 (3). |
|
(5) |
Tressqet dejta ġdida bħala appoġġ għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għad-dundjani mrobbija għat-tgħammir, għall-ispeċijiet minuri tat-tjur għas-simna u mrobbija għall-bajd jew għat-tgħammir u għall-għasafar għat-tiżjin. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 (4) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) ma għandux effetti mhux mixtieqa fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tiegħu jista’ jtejjeb il-proporzjon tal-għalf maż-żieda fil-piż fl-ispeċijiet fil-mira. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà” hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 301, 17.11.2009, p. 3.
(3) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.
(4) EFSA Journal 2012; 10(2):2575.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||||||||||||
|
4a62 |
BASF SE |
Endo-1,4-beta ksilanażi EC 3.2.1.8 |
|
Dundjani mrobbija għat-tgħammir |
— |
560 TXU |
— |
|
Id-9 ta’ Ottubru 2022 |
||||||||||||||||
|
Għasafar għat-tiżjin, speċijiet minuri tat-tjur għajr il-papri u l-għasafar għall-bajd. |
280 TXU |
||||||||||||||||||||||||
(1) 1 TXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5 μmol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta b’pH 3,5 u 55 °C.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx