|
19.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 841/2012
tat-18 ta’ Settembru 2012
dwar l-awtorizzazzjoni tal-Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u l-Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 10, minn (1) sa (4), tiegħu jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-furrajna minn dakinhar li daħal fis-seħħ ir-Regolament. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 10(1)(b) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) iddaħħlu fir-Reġistru Komunitarju tal-Addittivi fl-Għalf bħala prodotti eżistenti li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali tal-addittivi tal-furrajna, għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġew ippreżentati applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “additivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikazzjonijiet jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2011 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) ma għandhomx effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent, u li dawn il-mikroorganiżmi għandhom il-potenzjal li jtejbu l-produzzjoni tal-furrajna minn kull magħlef billi jżidu l-preservazzjoni ta’ materja xotta u jnaqqsu t-telf ta’ proteini. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf, f’għalf ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza li twaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-mikroorganiżmi Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta’ dawk il-mikroorganiżmi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Minħabba li saru xi modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tal-mikroorganiżmu Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) u Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) u billi ma hemm l-ebda effetti immedjati diretti fir-rigward tas-sigurtà, qabel l-awtorizzazzjoni, għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. Huwa wkoll xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għar-rimi tal-ħażniet eżistenti ta’ dawk il-mikroorganiżmi u l-għalf li fih dawn il-mikroorganiżmi. |
|
(8) |
Huwa ferm kumpless għall-operaturi li jadattaw ripetutament u minn jum għall-ieħor għat-tikketti tal-għalf li fih addittivi differenti li jkunu ġew awtorizzati suċċessivament skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u li għalihom iridu jitħarsu regoli ġodda dwar it-tikkettar. Għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-operaturi billi jiġi pprovdut perjodu ta’ żmien li jippermetti konverżjoni bla xkiel tat-tikkettar. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-mikroorganiżmu speċifikat fl-Anness I, li jagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Il-mikroorganiżmu speċifikat fl-Anness II, li jagħmel parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-furrajna”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 3
Ir-rekwżiti tat-tikkettar
L-għalf li fihom il-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttikkettati skont dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mid-19 ta' Mejju 2013.
Madankollu, għalf li fih il-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 li ġie ttikkettat skont il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni preċedenti qabel id-19 ta' Mejju 2013 jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq sakemm il-ħażniet jispiċċaw.
Artikolu 4
Miżuri tranżitorji
Il-ħażniet eżistenti tal-mikroorganiżmi msemmija fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 u tal-għalf li fih dawn il-mikroorganiżmi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jibqa’ jitqiegħdu fis-suq u jintużaw skont il-kundizzjonijiet preċedenti ta’ awtorizzazzjoni sa ma jispiċċaw.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta' Novembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2012; 10(1):2529.
ANNESS I
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materja friska |
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: additivi tal-furrajna. |
|||||||||||||||||||||||||
|
1k20713 |
— |
Lactobacillus plantarum (NCIMB 41028) |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Id-19 ta' Novembru 2022 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx
ANNESS II
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija ta’ annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
CFU/kg ta’ materja friska |
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Il-grupp funzjonali: additivi tal-furrajna |
|||||||||||||||||||||||||
|
1k20714 |
— |
Lactobacillus plantarum (NCIMB 30148) |
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Id-19 ta' Novembru 2022 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx