|
1.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 235/8 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 788/2012
tal-31 ta’ Awwissu 2012
dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2013, l-2014 u l-2015 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u partikolarment l-Artikoli 28 u 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali u kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm kompla taħt Regolamenti konsekuttivi tal-Kumissjoni. L-aktar wieħed reċenti kien ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta’ kontroll għall-2012, l-2013 u l-2014 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (3). |
|
(2) |
Fl-Unjoni, bejn 30 u 40 prodott tal-ikel jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, il-pestiċidi għandhom ikunu mmonitorjati f’dawk il-prodotti tal-ikel fuq sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin sabiex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
|
(3) |
Fuq il-bażi ta’ distribuzzjoni ta’ probabbiltà binomjali, jista’ jiġi kkalkulat li l-eżaminar ta’ 642 kampjun jippermetti, b’ċertezza ta’ aktar minn 99 %, l-iżvelar ta’ kampjun li jkun fih ammont ta’ residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % mill-prodotti jkun fihom residwi ta’ livell ogħla minn dak il-limitu. Il-ġbir ta’ dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena. |
|
(4) |
Ir-riżultati analitiċi mill-programm ta’ kontroll uffiċjali tal-Unjoni tal-2010 (4) wrew li huwa aktar komuni li ċerti pestiċidi jkunu preżenti fuq prodotti agrikoli minn qabel, dan jindika bidliet fix-xejra tal-użu ta’ dawk il-pestiċidi. Dawk il-pestiċidi għandhom ikunu inklużi fil-programm ta’ kontroll flimkien ma’ dawk li kienu koperti mir-Regolament (UE) Nru 1274/2011 sabiex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
|
(5) |
L-analiżi ta’ ċerti pestiċidi, b’mod partikolari dawk miżjuda mal-programm ta’ kontroll minn dan ir-Regolament jew dawk b’definizzjoni tar-residwu diffiċli ħafna, għandhom ikunu fakultattivi fl-2013 sabiex jitħalla ħin biex il-laboratorji uffiċjali jivvalidaw il-metodi mitluba mill-analiżi ta’ dawk il-pestiċidi, f’każ li jkunu għadhom ma għamluhiex. |
|
(6) |
Fejn id-definizzjoni tar-residwu tal-pestiċidi tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jitfarrku, dawk il-metaboliti għandhom jiġu rrapurtati separatament. |
|
(7) |
Gwida dwar il-“Validazzjoni tal-Metodu u Proċeduri għall-Kontroll tal-Kwalità għall-Analiżi tar-Residwu tal-Pestiċidi fl-ikel u fl-għalf” hija ppubblikata fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5). L-Istati Membri għandhom jitħallew, taħt ċerti kundizzjonijiet, jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv. |
|
(8) |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel qablu mal-miżuri ta’ implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6) biex jintbagħtu r-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li jirreletaw mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri. |
|
(9) |
Għall-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (7) li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri ta’ teħid ta’ kampjuni rrakkomandati mill-Kummissjoni Codex Alimentarius. |
|
(10) |
Huwa wkoll neċessarju li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment (8) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (9), humiex jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet ta’ residwu kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Huwa neċessarju wkoll li jiġu vvalutati l-effetti aggregati, kumulattivi u sinerġistiċi possibbli tal-pestiċidi meta l-metodoloġija ssir disponibbli. Din l-evalwazzjoni għandha tibda b’xi organofosfati, karbamati, trijażoli u piretrojdi, kif stipulat fl-Anness I. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jirrikorru għal-laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalutati meħtieġa. |
|
(13) |
L-Istati Membri għandhom jippreżentaw sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena, l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti. |
|
(14) |
Sabiex tkun evitata kwalunkwe konfużjoni minħabba koinċidenza bejn il-programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament (UE) Nru 1274/2011 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Dan għandu, madankollu, jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2012. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Istati Membri għandhom, matul is-snin 2013, 2014 u 2015, jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinazzjonijiet ta’ prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.
L-għadd ta’ kampjuni għal kull prodott għandu jkun skont kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 2
1. Il-lott li għandu jittieħed minnu l-kampjun għandu jintgħażel b’mod każwali.
Il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.
2. Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati skont id-definizzjonijiet ta’ residwu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Fejn l-ebda definizzjoni espliċita ta’ residwu ma tkun stabbilita f’dak ir-Regolament għal pestiċida partikolari, għandha tapplika d-definizzjoni tar-residwu kif stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2013, l-2014 u l-2015 sal-31 ta’ Awwissu 2014, 2015 u 2016 rispettivament. Dawk ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD), kif stabbilit fl-Anness III.
2. Fejn id-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi, metaboliti u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni legali ta’ residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-isomeri jew metaboliti prinċipali msemmija fid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sakemm ikunu kkalkulati individwalment.
Artikolu 4
Ir-Regolament (UE) Nru 1274/2011 huwa mħassar.
Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni ttestjati fl-2012.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9.
(3) ĠU L 325, 8.12.2011, p. 24.
(4) Ir-rapport tal-Unjoni Ewropea tal-2010 dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi fl-Ikel, http://ec.europa.eu/food/plant/protection/pesticides/docs/2010_eu_report_ppesticide_residues_food_en.pdf
(5) Dokument Nru SANCO/12495/2011, Implimentat sal-1.1.2012. http://ec.europa.eu/food/plant/protection/pesticides/docs/qualcontrol_en.pdf
(6) Gwida ġenerali dwar l-SSD għall-ġbir tad-dejta kollha tal-EFSA hija disponibbli fil-ġurnal tal-EFSA 2010; 8(1):1457 [54 pp.] fuq http://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/1457.htm
(7) ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30.
ANNESS I
PARTI A
Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti ta’ oriġini mill-pjanti
|
|
2013 |
2014 |
2015 |
Rimarki |
|
2,4-D |
Nota (8) 2,4-D għandu jiġi analizzat fl-2013 fl-inbid; fl-2014 fil-larinġ/mandolin u fl-2015 fil-brunġiel, fil-pastard u fl-għeneb tal-mejda. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
2-Fenilfenol |
|
|||
|
Abamektina |
Nota (8) |
|||
|
Aċefat |
|
|||
|
Aċetamiprid |
|
|||
|
Akrinatrina |
|
|||
|
Aldikarb |
|
|||
|
Amitraz |
Għandu jiġi analizzat fl-2013 fit-tuffieħ u fit-tadam; fl-2014 fil-lanġas u fl-2015 fil-bżar ħelu. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. Dan huwa aċċettat jekk l-amitraż (prekursur) u l-metaboliti tiegħu riduċibbli għal metodu multiresidwu 2,4 dimetilformanilid (DMF) u N-(2,4 –dimetilfenil)-N’-metilformammid (DMPF) huma individwati u ddikjarati separatament. |
|||
|
Amitrol |
Nota (9) |
|||
|
Ażinfosmetil |
|
|||
|
Ażossistrobina |
|
|||
|
Benfurakarb |
||||
|
Bifentrin |
|
|||
|
Bifenil |
|
|||
|
Bitertanol |
|
|||
|
Boskalid |
|
|||
|
Jonju tal-bromur |
Għandu jiġi analizzat fl-2013 fil-ħass u t-tadam; fl-2014 fir-ross u fl-2015 fil-bżar ħelu biss. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Bromopropilat |
|
|||
|
Bromukonażol |
Nota (9) |
|||
|
Bupirimat |
|
|||
|
Buprofeżin |
|
|||
|
Kaptan |
Id-definizzjoni speċifika tar-residwu tat-total ta’ kaptan u folpet għandha tapplika għall-frott taż-żerriegħa, il-frawli, it-tadam u l-fażola, għall-bqija tal-prodotti d-definizzjoni tar-residwu tinkludi biss il-kaptan. Il-kaptan u l-folpet għandhom jiġu rrappurtati kemm individwalment kif ukoll bħala t-total. |
|||
|
Karbaril |
|
|||
|
Karbendażim |
|
|||
|
Karbofuran |
|
|||
|
Karbosulfan |
||||
|
Klorantraniliprol |
Nota (7) |
|||
|
Klorfenapir |
|
|||
|
Klorfenvinfos |
Nota (9) |
|||
|
Klormekwat |
Għandu jiġi analizzat fl-2013 fis-segala/il-ħafur, it-tadam u l-inbid; fl-2014 fiz-zunnarija, il-lanġas, ir-ross u d-dqiq tal-qamħ u fl-2015 fil-brunġiel, l-għeneb tal-mejda u l-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Klorotalonil |
|
|||
|
Klorprofam |
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: klorprofam u 3-kloroanilina espressi bħala klorprofam. Għall-patata (elenkata għall-2014) id-definizzjoni tar-residwu hija prekursur biss. |
|||
|
Klorpirifos |
|
|||
|
Klorpirifosmetil |
|
|||
|
Klofenteżina |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Klotijanidin |
Ara wkoll it-tijametossam |
|||
|
Ċiflutrin |
|
|||
|
Ċimossanil |
Nota (7) |
|||
|
Ċipermetrina |
|
|||
|
Ċiprokonażol |
|
|||
|
Ċiprodinil |
|
|||
|
Ċiromażina |
Nota (7) |
|||
|
Deltametrina (ċisdeltametrina) |
|
|||
|
Diażinon |
|
|||
|
Diklofluwanid |
Nota (9) Il-metabolit DMSA (N,N-dimetil-N-fenilsulfammid), li ma jagħmilx parti mid-definizzjoni tar-residwu, għandu jkun immonitorjat u rrappurtat sa fejn il-metodu jkun ivvalidat. |
|||
|
Diklorvos |
|
|||
|
Dikloran |
Nota (9) |
|||
|
Dikofol |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Dikrotofos |
Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. Fl-2014 għandu jiġi analizzat fuq il-fażola u fl-2015 fuq il-brunġiel u l-pastard. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Dietofenkarb |
Nota (7) |
|||
|
Difenokonażol |
|
|||
|
Diflubenżuron |
Nota (7) |
|||
|
Dimetoat |
Definizzjoni tar-residwu: it-total tad-dimetoat u l-ometoat espress bħala dimetoat. |
|||
|
Dimetomorf |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Dinikonażol |
Nota (7) |
|||
|
Difenilammina |
|
|||
|
Ditijanon |
Nota (7) |
|||
|
Ditiokarbammati |
Għandu jiġi analizzat fil-prodotti elenkati kollha ħlief fil-meraq tal-larinġ u ż-żejt taż-żebbuġa. |
|||
|
Dodina |
Nota (7) |
|||
|
Endosulfan |
|
|||
|
EPN |
|
|||
|
Epossikonażol |
|
|||
|
Etefon |
Għandu jiġi analizzat fl-2013 fit-tuffieħ, is-segala/il-ħafur, it-tadam u l-inbid; fl-2014 fil-larinġ/mandolin, ir-ross u dqiq tal-qamħ u fl-2015 fil-meraq tal-larinġ, il-bżar ħelu, il-qamħ u l-għeneb tal-mejda. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Etjon |
|
|||
|
Etirimol |
Nota (7) Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. Innota li l-etirimol huwa ffurmat ukoll bħala prodott ta’ degradazzjoni tal-bupirimat. |
|||
|
Etoprofos |
|
|||
|
Etofenpross |
|
|||
|
Famossadon |
Nota (7) |
|||
|
Fenamifos |
|
|||
|
Fenamidon |
|
|||
|
Fenarimol |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Fenażakwin |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Fenbukonażol |
|
|||
|
Ossidu tal-fenbutatin |
Nota (8) Għandu jiġi analizzat fl-2013 fil-tuffieħ u t-tadam; fl-2014 fil-larinġ/mandolin u l-lanġas u fl-2015 fil-brunġiel, il-bżar ħelu u l-għeneb tal-mejda. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Feneżamid |
|
|||
|
Fenitrotijon |
|
|||
|
Fenossikarb |
|
|||
|
Fenpropatrina |
|
|||
|
Fenpropimorf |
|
|||
|
Fenpirossimat |
Nota (7) |
|||
|
Fentijon |
|
|||
|
Fenvalerat/Esfenvalerat (it-total) |
Nota (8) |
|||
|
Fipronil |
Nota (8) |
|||
|
Flonikamid |
||||
|
Fluważifop |
Nota (8) Il-fluważifop għandu jiġi analizzat fl-2013 fil-kaboċċi u l-frawli; fl-2014 fil-fażola, il-karrotti u l-patata u l-ispinaċi u fl-2015 fil-pastard, il-piżelli u l-bżar ħelu. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Flubendiammid |
Nota (7) |
|||
|
Fludiossonil |
|
|||
|
Flufenossuron |
|
|||
|
Fluwopiram |
Nota (7) |
|||
|
Flukwinkonażol |
|
|||
|
Flusilażol |
|
|||
|
Flutrijafol |
|
|||
|
Folpet |
Id-definizzjoni tar-residwu speċifiku tat-total tal-kaptan u tal-folpet għandha tapplika għall-fażola, il-frott taż-żerriegħa, il-frawli u t-tadam. Għall-bqija tal-prodotti d-definizzjoni tar-residwu tinkludi folpet biss. |
|||
|
Formetanat |
Nota (7) |
|||
|
Formotjon |
||||
|
Fostijażat |
|
|||
|
Glifosat |
Fl-2013 għandu jiġi analizzat fis-segala/il-ħafur; fl-2014 fid-dqiq tal-qamħ u fl-2015 fuq il-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Alossifop inkluż alossifop-R |
Nota (8) L-alossifop għandu jiġi analizzat fl-2013 fil-kaboċċi u l-frawli; fl-2014 fil-fażola (fil-miżwed), il-karrotti u l-patata u l-ispinaċi u fl-2015 fil-pastard u l-piżelli. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Eżakonażol |
|
|||
|
Eżitiażoss |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Imażalil |
|
|||
|
Imidakloprid |
|
|||
|
Indossakarb |
|
|||
|
Iprodion |
|
|||
|
Iprovalikarb |
|
|||
|
Isokarbofos |
Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. |
|||
|
Isofenfosmetil |
||||
|
Isoprokarb |
Nota (7) |
|||
|
Kreżossimmetil |
|
|||
|
Lambda-Ċjalotrina |
|
|||
|
Linuron |
|
|||
|
Lufenuron |
|
|||
|
Malatijon |
|
|||
|
Mandipropamid |
Nota (7) |
|||
|
Mepanipirim |
|
|||
|
Mepikwat |
Fl-2013 għandu jiġi analizzat fis-segala/il-ħafur u t-tadam; fl-2014 fil-lanġas, ir-ross u d-dqiq tal-qamħ u fl-2015 fil-qamħ. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Meptildinokap |
Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ 2,4- DNOPC u 2,4- DNOP espress bħala meptildinokap. |
|||
|
Metalassil |
|
|||
|
Metkonażol |
Nota (9) |
|||
|
Metamidofos |
|
|||
|
Metidatjon |
|
|||
|
Metijokarb |
|
|||
|
Metomil |
Definizzjoni tar-residwu: metomil u tiodikarb (it-total ta’ metomil u tiodikarb espress bħala metomil. |
|||
|
Metossiklor |
|
|||
|
Metossifenożid |
|
|||
|
Metobromuron |
Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. |
|||
|
Monokrotofos |
|
|||
|
Miklobutanil |
|
|||
|
Nitenpiram |
Nota (9) Fl-2013 għandu jiġi analizzat fil-ħawħ; fl-2014 fil-fażola (fil-miżwed) u l-ħjar; fl-2015 fil-bżar ħelu. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. |
|||
|
Ossadissil |
Nota (9) |
|||
|
Ossamil |
|
|||
|
Ossidemetonmetil |
|
|||
|
Paklobutrażol |
|
|||
|
Paratjon |
Nota (9) |
|||
|
Paratjonmetil |
|
|||
|
Penkonażol |
|
|||
|
Penċikuron |
|
|||
|
Pendimetalin |
|
|||
|
Fentoat |
Nota (9) |
|||
|
Fosalun |
Nota (9) |
|||
|
Fosmet |
|
|||
|
Fossim |
Nota (9) |
|||
|
Pirimikarb |
|
|||
|
Pirimifosmetil |
|
|||
|
Prokloraż |
Nota (8) |
|||
|
Proċimidon |
|
|||
|
Profenofos |
|
|||
|
Propamokarb |
Fl-2013 għandu jiġi analizzat fit-tuffieħ, il-kaboċċi, il-ħass, it-tadam u l-inbid; fl-2014 fil-fażola, il-karrotti, il-ħjar, il-larinġ/il-klementina, il-patata u l-frawli u fl-2015 fil-brunġiel, il-pastard u l-bżar ħelu. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Proparġit |
|
|||
|
Propikonażol |
|
|||
|
Propossur |
||||
|
Propiżammid |
|
|||
|
Protijokonażol |
Nota (9) Definizzjoni tar-residwu: protijokonażol (protijokonażol-destio). |
|||
|
Protjofos |
Nota (7) Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. |
|||
|
Pimetrożina |
Nota (7) Fl-2013 għandu jkun analizzat fil-kaboċċi, il-ħass, il-frawli u t-tadam; fl-2014 il-pimetrożina għandha tiġi analizzata fil-ħjar u fl-2015 fil-brunġiel u l-bżar ħelu. Fil-bqija tal-prodotti għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja. |
|||
|
Piraklostrobin |
|
|||
|
Piretrini |
Nota (8) |
|||
|
Piridaben |
|
|||
|
Pirimetanil |
|
|||
|
Piriprossifen |
|
|||
|
Kwinossifen |
|
|||
|
Rotenon |
Nota (7) |
|||
|
Spinosad |
|
|||
|
Spirodiklofen |
Nota (7) |
|||
|
Spiromesifen |
Nota (7) |
|||
|
Spirossammina |
|
|||
|
Taw-Fluvalinat |
|
|||
|
Tebukonażol |
|
|||
|
Tebufenożid |
|
|||
|
Tebufenpirad |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Teflubenżuron |
|
|||
|
Teflutrina |
Nota (9) |
|||
|
Terbutilażina |
|
|||
|
Tetrakonażol |
|
|||
|
Tetradifon |
Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Tetrametrina |
Id-definizzjoni tar-residwu li għandha tapplika tinkludi l-kompost prekursur biss. |
|||
|
Tijabendażol |
|
|||
|
Tijakloprid |
|
|||
|
Tijametossam |
Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ tijametossam u klotijanidin espress bħala tijametossam. |
|||
|
Tijofanatmetil |
|
|||
|
Tolklofosmetil |
|
|||
|
Tolilfluwanid |
Nota (9) Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Trijadimefon u trijadimenol |
Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ trijadimefon u t-trijadimenol. |
|||
|
Trijażofos |
|
|||
|
Triklorfon |
Nota (7) |
|||
|
Triflossistrobin |
|
|||
|
Triflumuron |
|
|||
|
Trifluralina |
|
|||
|
Tritikonażol |
Nota (9) |
|||
|
Vinklożolin |
Nota (8) Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fiċ-ċereali. |
|||
|
Żossammid |
|
PARTI B
Kombinazzjonijiet ta’ pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu mmonitorjati fi/fuq prodotti ta’ oriġini mill-annimali
|
|
2013 |
2014 |
2015 |
Rimarki |
|
Aldrin u Dieldrin |
Nota (9) Definizzjoni tar-residwu: aldrin u dieldrin ikkombinati, espressi bħala dieldrin. |
|||
|
Ażinfosetil |
Nota (9) |
|||
|
Bifentrin |
Nota (9) |
|||
|
Bissafen |
|
Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ bissafen u bissafen desmetil espress bħala bissafen. Irid jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib u l-laħam tal-majjal (2013) u l-butir u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Boskalid |
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ boskalid u M 510F01 inklużi l-konjugati tiegħu espress bħala boskalid. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-laħam tal-majjal (2013) u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Karbendażim u tijofanatmetil, espressi bħala karbendażim |
Nota (7) Definizzjoni tar-residwu: karbendażim u tijofanatmetil, espressi bħala karbendażim. |
|||
|
Klordan |
Nota (9) Definizzjoni tar-residwu: it-total taċ-ċisisomeri u t-transisomeri u l-ossiklordan espress bħala klordan. |
|||
|
Klormekwat |
|
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib tal-baqar (2013) u l-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-laħam tal-majjal (2013) u l-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Klorobenżilat |
||||
|
Klorprofam |
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: klorprofam u 4'-idrossiklorprofam-O-aċidu sulfoniku (4-HSA), espressi bħala klorprofam. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib u fil-laħam tal-majjal (2013) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Klorpirifos |
|
|||
|
Klorpirifosmetil |
Nota (9) |
|||
|
|
|
|
|
|
|
Ċiflutrin |
Nota (9) |
|||
|
Ċipermetrina |
|
|||
|
Ċiprokonażol |
|
|
Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
DDT |
|
|||
|
Deltametrina |
Nota (9) |
|||
|
Diażinon |
|
|||
|
Diklorprop (inkl. Diklorprop-P) |
|
Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
||
|
Endosulfan |
Nota (9) |
|||
|
Endrin |
|
|||
|
Epossikonażol |
|
Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
||
|
Etofenpross |
|
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-laħam tal-majjal (2013) u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Famossadon |
Għandu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013), il-fwied (2014) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-bajd (2015). |
|||
|
Fenpropidin |
|
|
Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-fenpropidin u ta’ CGA289267 express bħala fenpropidin. Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Fenpropimorf |
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: aċidu karbossiliku fenpropimorf (BF 421-2) espress bħala fenpropimorf. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal (2013) u l-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-ħalib (2013) u l-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Fentijon |
Nota (9) |
|||
|
Fenvalerat/Esfenvalerat |
Nota (8) |
|||
|
Fluważifop |
|
Nota (8) Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u fil-butir (2015). Ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013) u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Flukwinkonażol |
Għandu jiġu analizzati fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013), il-fwied (2014) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-bajd (2015). |
|||
|
Fluwopiram |
Nota (7) Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ fluwopiram u fluwopiram benżammid espress bħala fluwopiram |
|||
|
Flusilażol |
|
Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ flusilażol u l-metabolit tiegħu IN-F7321 ([bis-(4-fluworofenil)metil]silanol) espress bħala flusilażol. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal (2013) u l-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-ħalib (2013) u l-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Ammonju glufosinat |
|
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-glufosinat, l-imluħ tiegħu, MPP u NAG espress bħala ekwivalenti tal-glufosinat. Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Glifosat |
|
|
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fl-2014. Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Alossifop |
Definizzjoni tar-residwu: alossifop-R u l-konjugati ta’ alossifop-R espressi bħala alossifop-R. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013), il-fwied (2014) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-bajd (2015). |
|||
|
Eptaklor |
Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-eptaklor u l-eptaklor epossidu espress bħala eptaklor. |
|||
|
Eżaklorobenżen |
|
|||
|
Eżaklorċikloeżan (HCH), isomeru alfa |
|
|||
|
Eżaklorċikloeżan (HCH), isomeru beta |
|
|||
|
Eżakloroċikloeżan (HCH) (isomeru gamma) (lindan) |
|
|||
|
Indossakarb |
|
Definizzjoni tar-residwu: indossakarb bħala t-total tal-isomeri S u R. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-laħam tal-majjal (2013) u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Jossinil |
|
Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-jossinil, l-imluħ tiegħu u l-esteri tiegħu, espress bħala jossinil. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal (2013), il-fwied (2014) u l-laħam tat-tajr (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-ħalib (2013). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Idrażidu malejku |
Għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib id-definizzjoni tar-residwu hija idrażidu malejku u l-konjugati tiegħu definiti bħala idrażidu malejku. |
|||
|
Mepikwat |
|
|
Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Metaflumiżon |
Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-isomeri E u Z. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-bajd (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-ħalib (2013), il-fwied (2014) u l-butir (2015). |
|||
|
Metażaklor |
|
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: metażaklor inklużi l-prodotti ta’ degradazzjoni u ta’ reazzjoni, li jistgħu jkunu ddeterminati bħala 2,6-dimetilanilina, ikkalkulat fit-total bħala metażaklor Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Metidatjon |
Nota (9) |
|||
|
Metossiklor |
Nota (9) |
|||
|
Paratjon |
Nota (9) |
|||
|
Paratjonmetil |
Nota (9) Definizzjoni tar-residwu: it-total ta’ paratjonmetil u paraossonmetil espress bħala paratjonmetil. |
|||
|
Permetrin |
Definizzjoni tar-residwu: it-total taċ-ċispermetrin u t-transpermetrin. |
|||
|
Pirimifosmetil |
|
|||
|
Prokloraż |
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: prokloraż (it-total tal-prokloraż u l-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni tat-2,4,6-triklorofenol express bħala prokloraż) Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-ħalib (2013). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Profenofos |
Nota (9) |
|||
|
Protijokonażol |
|
|
Definizzjoni tar-residwu: It-total tal-protijokonażol-destio u l-konjugat glukuronid tiegħu, espress bħala protijokonażol-destio. Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Pirażofos |
Nota (9) |
|||
|
Resmetrina |
Nota (9) Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-isomeri. |
|||
|
Spinosad |
|
|
Definizzjoni tar-residwu: it-total tal-ispinosin A u l-ispinosin D, espress bħala spinosad. Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Spirossammina |
|
Definizzjoni tar-residwu: aċidu karbossiliku spirossammina espress bħala spirossammina. Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u l-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013) u l-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2015. |
||
|
Taw-Fluvalinat |
|
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzati fil-laħam tal-majjal (2013) u l-bajd (2015). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2014. |
||
|
Tebukonażol |
|
|
Għandu jiġ analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Tetrakonażol |
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-ħalib (2013), il-fwied (2014) u l-butir (2015), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tal-majjal (2013), il-laħam tat-tajr (2014) u l-bajd (2015). |
|||
|
Tijakloprid |
|
|
Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Toprameżon |
|
|
Nota (8) Definizzjoni tar-residwu: toprameżon (BAS 670H) Għandu jiġi analizzat fuq bażi volontarja fil-fwied (2014), ma hemmx għalfejn jiġi analizzat fil-laħam tat-tajr (2014). Mhux rilevanti għall-prodotti elenkati fl-2013/2015. |
|
|
Trijażofos |
Nota (9) |
(1) Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata), karrotti, ħjar, larinġ jew mandolin, lanġas, patata, ross, spinaċi (friska jew iffriżata) u dqiq tal-qamħ.
(2) Brunġiel, banana, pastard jew brokkli, għeneb tal-mejda, meraq tal-larinġ, piżelli mingħajr miżwed (friski jew iffriżati), bżar (ħelu) qamħ u żejt taż-żebbuġa verġni (fattur tal-ipproċessar taż-żejt = 5, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta’ 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ).
(3) Tuffieħ, kaboċċi, kurrat, ħass, ħawħ inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili; segala jew ħafur, frawli, tadam u nbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, fattur ta’ inadempjenza ta’ 1 jista’ jiġi applikat. L-Istati Membri huma mitluba li jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport sommarju nazzjonali”).
(4) Butir u bajd tat-tiġieġ.
(5) Ħalib tal-baqar u laħam tal-majjal.
(6) Laħam tat-tajr, fwied (annimali bovini u annimali oħra li jixtarru, majjal u tajr).
(7) Għandhom jiġu analizzati fuq bażi volontarja fl-2013.
(8) Sustanzi b’definizzjoni tar-residwu diffiċli. Il-laboratorji uffiċjali għandhom janalizzawhom għad-definizzjoni sħiħa tar-residwu skont il-kapaċità u r-riżultati tar-rapport kif maqbul fl-SSD.
(9) Sustanzi bl-ebda livell għoli ta’ sejbiet skont il-programm ta’ kontroll uffiċjali tal-2010 għandhom jiġu analizzati minn dawk il-laboratorji uffiċjali li diġà għandhom il-metodu meħtieġ ivvalidat. Għal-laboratorji li ma għandhom l-ebda metodu vvalidat, mhuwiex obbligatorju li jiġi vvalidat metodu fl-2013 u l-2014.
ANNESS II
Għadd ta’ kampjuni msemmija fl-Artikolu 1
|
(1) |
L-għadd ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull prodott u jiġu analizzati minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5). |
|
(2) |
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2013 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar.
Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2014 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni, b’kollox, ta’ formuli u formuli ta’ prosegwiment għat-trabi. Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2015 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta’ ikel tat-trabi pproċessat b’bażi ta’ ċereali. |
|
(3) |
Kampjun għal kull prodott bażiku li għandu jittieħed u jiġi analizzat skont it-tabella fil-punt (5) għandu jkun, fejn ikun possibbli, minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika. |
|
(4) |
L-Istati Membri li jużaw metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta’ skrining kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta’ skrining kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta’ metodi ta’ analiżi ta’ residwi multipli.
Jekk ir-riżultati tal-iskrining kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu tas-soltu ta’ mmirar biex jikkwantifikaw is-sejbiet. |
|
(5) |
Għadd ta’ kampjuni għal kull Stat Membru:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwu uniku.
(*2) Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull metodu applikat għal residwi multipli.
ANNESS III
(1)
Id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) għall-ikel u l-għalf huwa l-format ta’ rrappurtar tar-riżultati tal-analiżijiet għal residwu tal-pestiċidi.
(2)
L-SSD tinkludi lista ta’ elementi ta’ dejta standardizzati (oġġetti li jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-kampjuni jew ir-riżultati analitiċi bħall-pajjiż tal-oriġini, il-prodott, il-metodu analitiku, il-limitu tad-detezzjoni, ir-riżultat), it-terminoloġiji kkontrollati u r-regoli ta’ validazzjoni biex tisaħħaħ il-kwalità tad-dejta.Tabella
Lista tal-elementi tad-dejta tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni għall-ġbir tad-dejta dwar ir-residwu tal-pestiċidi
|
Il-kodiċi tal-Element |
Isem l-Element |
It-tabella tal-Element |
It-tip ta’ Dejta (1) |
It-terminoloġija kkontrollata |
Id-deskrizzjoni |
|
S.01 |
labSampCode |
Il-kodiċi tal-kampjun tal-laboratorju |
xs:string (20) |
|
Il-kodiċi alfanumeriku tal-kampjun analizzat. |
|
S.03 |
lang |
Il-lingwa |
xs:string (2) |
LANG |
Il-lingwa użata biex jimtlew is-sezzjonijiet li ma fihomx test (ISO-639-1). |
|
S.04 |
sampCountry |
Il-pajjiż tat-teħid tal-kampjuni |
xs:string (2) |
PAJJIŻ |
Il-pajjiż fejn inġabar il-kampjun. (ISO 3166-1-alfa-2). |
|
S.06 |
origCountry |
Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott |
xs:string (2) |
PAJJIŻ |
Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott (il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1-alfa-2). |
|
S.13 |
prodCode |
Il-kodiċi tal-prodott |
xs:string (20) |
MATRIX |
Il-prodott tal-ikel analizzat deskritt skont il-katalogu MATRIX. |
|
S.14 |
prodText |
Id-deskrizzjoni tat-test sħiħ tal-prodott |
xs:string (250) |
|
Test liberu għad-deskrizzjoni fid-dettall tal-prodott fil-kampjun. Dan l-element isir obbligatorju jekk “il-kodiċi tal-prodott” ikun “XXXXXXA” (Mhux fil-lista). |
|
S.15 |
prodProdMeth |
Il-metodu ta’ produzzjoni |
xs:string (5) |
PRODMD |
Il-kodiċi li jipprovdi tagħrif addizzjonali dwar it-tip ta’ produzzjoni għall-ikel li qed jiġi analizzat. |
|
S.17 |
prodTreat |
It-trattament tal-prodott |
xs:string (5) |
PRODTR |
Użat biex jiddeskrivi t-trattamenti jew il-proċessi tal-prodott tal-ikel. |
|
S.21 |
prodCom |
Il-kumment dwar il-prodott |
xs:string (250) |
|
Informazzjoni addizzjonali dwar il-prodott, partikolarment dettalji ta’ preparazzjoni jekk huma disponibbli. |
|
S.28 |
sampY |
Is-sena tat-teħid tal-kampjuni |
xs:decimal (4,0) |
|
Is-sena tat-teħid tal-kampjuni. |
|
S.29 |
sampM |
Ix-xahar tat-teħid tal-kampjuni |
xs:decimal (2,0) |
|
Ix-xahar tat-teħid tal-kampjuni. Jekk il-miżura tkun ir-riżultat ta’ teħid ta’ kampjuni matul perjodu ta’ żmien, din is-sezzjoni għandu jkun fiha x-xahar meta nġabar l-ewwel kampjun. |
|
S.30 |
sampD |
Il-ġurnata tat-teħid tal-kampjuni |
xs:decimal (2,0) |
|
Il-ġurnata tat-teħid tal-kampjuni. Jekk il-miżura tkun ir-riżultat ta’ teħid ta’ kampjuni matul perjodu ta’ żmien, din is-sezzjoni għandu jkun fiha l-ġurnata ta’ meta nġabar l-ewwel kampjun. |
|
S.31 |
progCode |
In-numru tal-programm |
xs:string (20) |
|
Il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-ispeditur tal-programm jew tal-proġett li għalih ittieħed il-kampjun analizzat. |
|
S.32 |
progLegalRef |
Ir-referenza ġuridika għall-programm |
xs:string (100) |
|
Ir-referenza għal-leġiżlazzjoni għall-programm identifikat min-numru tal-programm. |
|
S.33 |
progSampStrategy |
L-istrateġija għat-teħid tal-kampjuni |
xs:string (5) |
SAMPSTR |
L-istrateġija għat-teħid tal-kampjuni (ref. Eurostat - Tipoloġija tal-istrateġija tat-teħid tal-kampjun, verżjoni ta’ Lulju 2009) li sar fil-programm jew fil-proġett identifikat mill-kodiċi tal-programm. |
|
S.34 |
progType |
It-tip tal-programm għat-teħid tal-kampjuni |
xs:string (5) |
SRCTYP |
Indika t-tip ta’ programm li l-kampjuni nġabru għalih. |
|
S.35 |
sampMethod |
Il-metodu għat-teħid tal-kampjuni |
xs:string (5) |
SAMPMD |
Il-kodiċi li jiddeskrivi l-metodu għat-teħid tal-kampjuni |
|
S.39 |
sampPoint |
Il-punt għat-teħid tal-kampjuni |
xs:string (10) |
SAMPNT |
Il-punt fil-katina alimentari minn fejn ittieħed il-kampjun. (Doc. ESTAT/F5/ES/155 “Dizzjunarju tad-dejta tal-attivitajiet tal-istabbilimenti”). |
|
L.01 |
labCode |
Il-laboratorju |
xs:string (100) |
|
Il-kodiċi tal-laboratorju (Il-kodiċi tal-laboratorju nazzjonali jekk ikun disponibbli). Dan il-kodiċi għandu jkun uniku u konsistenti tul it-trażmissjonijiet. |
|
L.02 |
labAccred |
L-akkreditazzjoni tal-laboratorju |
xs:string (5) |
LABACC |
L-akkreditazzjoni tal-laboratorju għal ISO/IEC 17025. |
|
R.01 |
resultCode |
Il-kodiċi tar-riżultat |
xs:string (40) |
|
In-numru ta’ identifikazzjoni uniku ta’ riżultat analitiku (ringiela tat-tabella tad-dejta) fil-fajl trażmess. Il-kodiċi tar-riżultat irid jinżamm fil-livell organizzattiv u se jintuża f’operazzjoni ulterjuri ta’ aġġornament/tħassir mill-ispedituri. |
|
R.02 |
analysisY |
Is-sena tal-analiżi |
xs:decimal (4,0) |
|
Is-sena meta tlestiet l-analiżi. |
|
R.06 |
paramCode |
Il-kodiċi tal-parametru |
xs:string (20) |
PARAM |
Il-parametru/analita tal-analiżi deskritta skont il-Kodiċi tas-Sustanza tal-katalogu PARAM. |
|
R.07 |
paramText |
It-test tal-parametru |
xs:string (250) |
|
Test liberu għad-deskrizzjoni tal-parametru. Dan l-element isir obbligatorju jekk “il-kodiċi tal-parametru” ikun “RF-XXXX-XXX-XXX” (Mhux fil-lista). |
|
R.08 |
paramType |
It-tip tal-parametru |
xs:string (5) |
PARTYP |
Indika jekk il-parametru rrappurtat huwa residwu/analita individwali, is-somma ta’ definizzjoni ta’ residwu jew parti minn somma. |
|
R.12 |
accredProc |
Il-proċedura tal-akkreditazzjoni għall-metodu analitiku |
xs:string (5) |
MDSTAT |
Il-proċedura ta’ akkreditazzjoni għall-metodu analitiku użat. |
|
R.13 |
resUnit |
L-unità tar-riżultat |
xs:string (5) |
UNIT |
Ir-riżultati kollha għandhom ikunu rrappurtati bħala mg/kg. |
|
R.14 |
resLOD |
Ir-riżultat tal-LOD |
xs:double |
|
Limitu ta’ detezzjoni rrappurtata fl-unità speċifikata mill-varjabbli “Unità tar-riżultat”. |
|
R.15 |
resLOQ |
Ir-riżultat tal-LOQ |
xs:double |
|
Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni rrappurtat fl-unità speċifikata mill-varjabbli “Unità tar-riżultat”. |
|
R.18 |
resVal |
Il-valur tar-riżultat |
xs:double |
|
Ir-riżultat tal-miżura analitika rrappurtat f’mg/kg jekk ir- resType = “VAL”. |
|
R.19 |
resValRec |
L-irkupru tal-valur tar-riżultat |
xs:double |
|
Il-valur ta’ rkupru assoċjat mal-kejl tal-konċentrrazzjoni espressa bħala perċentwali (%). jiġifieri rrapporta 100 għal 100 %. |
|
R.20 |
resValRecCorr |
Il-valur tar-riżultat ikkoreġut għall-irkupru |
xs:string (1) |
YESNO |
Iddefinixxi jekk il-valur tar-riżultat tranġa bil-kalkolu għall-irkupru. |
|
R.21 |
resValUncertSD |
Id-devjazzjoni Standard mill-inċertezza tal-valur tar-riżultat |
xs:double |
|
Id-devjazzjoni standard għall-miżura ta’ inċertezza |
|
R.22 |
resValUncert |
L-inċertezza tal-valur tar-riżultat |
xs:double |
|
Indika l-valur tal-inċertezza mwessa’ (normalment intervall ta’ kunfidenza ta’ 95 %) assoċjat mal-kejl espress fl-unità rrappurtata fis-sezzjoni “Unità tar-riżultat”. |
|
R.23 |
moistPerc |
Il-perċentwali ta’ umdità fil-kampjun oriġinali |
xs:double |
|
Il-perċentwali ta’ umdità fil-kampjun oriġinali. |
|
R.24 |
fatPerc |
Il-perċentwali ta’ xaħam fil-kampjun oriġinali |
xs:double |
|
Il-perċentwali ta’ xaħam fil-kampjun oriġinali. |
|
R.25 |
exprRes |
L-espressjoni tar-riżultat |
xs:string (5) |
EXRES |
Il-kodiċi li jiddeskrivi kif ir-riżultat ġie espress: Il-piż sħiħ, il-piż tax-xaħam, il-piż niexef, eċċ… |
|
R.27 |
resType |
It-tip ta’ riżultat |
xs:string (3) |
VALTYP |
Indika t-tip ta’ riżultat, jekk jistax ikun ikkwantifikat/iddeterminat jew le. |
|
R.28 |
resLegalLimit |
Il-limitu legali għar-riżultat |
xs:double |
|
Irrapporta l-limitu legali għall-analita fil-prodott fil-kampjun |
|
R.29 |
resLegalLimitType |
It-tip ta’ limitu legali |
xs:string (5) |
LMTTYP |
It-tip tal-limitu legali applikat għall-valutazzjoni tar-riżultat. ML, MRPL, MRL, limitu ta’ azzjoni eċċ. |
|
R.30 |
resEvaluation |
Il-valutazzjoni tar-riżultat |
xs:string (5) |
RESEVAL |
Indika jekk ir-riżultat jaqbiżx il-limitu legali. |
|
R.31 |
actTakenCode |
L-azzjoni meħuda |
xs:string (5) |
ACTION |
Iddeskrivi kwalunkwe azzjonijiet ta’ segwitu li ttieħdu b’riżultat ta’ eċċess tal-limitu legali. |
|
R.32 |
resComm |
Il-kumment dwar ir-riżultat |
xs:string (250) |
|
Il-kummenti addizzjonali għar-riżultat analitiku. |
(1) It-tip ta’ dejta doppja tikkorrispondi għat-tip tal-punt mobbli 64-bit bi preċiżjoni doppja, il-punt deċimali jirrappreżenta numri deċimali bi preċiżjoni arbitrarja, it-tip ta’ dejta bil-faxex jirrappreżenta faxex tal-karattri f’XML. It-tip ta’ dejta xs: it-tipi ta’ dejta doppji u dawk numeriċi li jippermettu separatur deċimali jirrikjedu li s-separatur deċimali jkun “.” filwaqt li s-separatur deċimali “,” mhuwiex permess.