|
28.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 231/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 777/2012
tas-27 ta’ Awwissu 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 li jirrigwarda iktar miżuri restrittivi li għandhom x'jaqsmu mal-Liberja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 872/2004 tad-29 ta' April 2004 dwar iktar miżuri restrittivi li għandhom x’jaqsmu mal-Liberja (1), u partikolarment l-Artikolu 11(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 827/2004 jelenka l-persuni, korpi u entitajiet fiżiċi u ġuridiċi li huma koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-3, l-10 u l-20 ta' Lulju 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1521 (2003) dwar il-Liberja ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandhom japplikaw l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk jiġi emendat kif jixraq. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I ta’ mar-Regolament (KE) Nru 872/2004 hu b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 872/2004 huwa emendat kif ġej:
Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jitneħħew:
|
(1) |
‘Leonid Yukhimovich Minin (alias (a) Blavstein, (b) Blyuvshtein, (c) Blyafshtein, (d) Bluvshtein, (e) Blyufshtein, (f) Vladamir Abramovich Kerler (g) Vladimir Abramovich Kerler, (h) Vladimir Abramovich Popilo-Veski (i) Vladimir Abramovich Popiloveski, (j) Vladimir Abramovich Popela, (k) Vladimir Abramovich Popelo, (l) Wulf Breslan, (m) Igor Osols). Data tat-twelid: (a) 14.12.1947, (b) 18.10.1946. Post tat-twelid: Odessa, USSR (issa l-Ukraina). Nazzjonalità: Israeljana. Passaporti Ġermaniżi foloz (isem: Minin): (a) 5280007248D, (b) 18106739D. Passaporti Iżraeljani: (a) 6019832 (validu mis-6.11.1994 sal-5.11.1999), (b) 9001689 (validu mit-23.1.1997 sat-22.1.2002), (c) 90109052 (maħruġ fis-26.11.1997). Passaport Russu: KI0861177; Passaport Bolivjan: 65118; Passaport Grieg: l-ebda dettalji. Tagħrif ieħor: sid ta’ Exotic Tropical Timber Enterprises.’ |
|
(2) |
‘Valeriy Naydo (alias Valerii Naido). Indirizz: c/o CET Aviation, P.O. Box 932-20C, Ajman, United Arab Emirates. Data tat-twelid: 10.8.1957. Nazzjonalità: Ukraina. Numru tal-passaport: (a) AC251295 (Ukraina), (b) KC024178 (Ukraina). Tagħrif ieħor: (a) pilota, (b) wieħed mid-diretturi ta' Air Pass (Pietersburg Aviation Services and Systems), (c) Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' CET Aviation.’ |
|
(3) |
‘Edwin M., Snowe jr. Indirizz: Elwa Road, Monrovia, il-Liberja. Data tat-twelid: 11.2.1970. Post tat-twelid: Mano River, Grand Cape Mount, il-Liberja. Nazzjonalità: Liberjana. Nru tal-passaport: (a) OR/0056672-01, (b) D/005072, (c) D005640 (passaport diplomatiku), (d) D-00172 (Passaport ECOWAS-DPL, validu bejn is-7.8.2008 u s-6.7.2010). Tagħrif ieħor: Rappreżentant, Liberian House of Representatives. Direttur Eżekuttiv tal-Liberian Petroleum and Refining Corporation (LPRC). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 10.9.2004.’ |
|
(4) |
‘Agnes Reeves Taylor (alias Agnes Reeves-Taylor). Data tat-twelid: 27.9.1965. Nazzjonalità: Liberjana. Tagħrif ieħor: eks-mara tal-eks-President Charles Taylor. Eks-Rappreżentant Permanenti tal-Liberja għall-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali; Eks-Membru Anzjan tal-Gvern Liberjan. (c) Bħalissa residenti fir-Renju Unit.‧ |
|
(5) |
‘Tupee Enid Taylor. Data tat-twelid: (a) 17.12.1960, (b) 17.12.1962. Nru tal-passaporti: (a) L014670 (Passaport Liberjan, validu bejn it-28.12.2009 u t-28.12.2014) (b) D/002216 (Passaport diplomatiku Liberjan, validu bejn is-17.10.2007 u s-17.10.2009). Tagħrif ieħor: eks-mara tal-eks-President Charles Taylor’ |
|
(6) |
‘Jewell Howard Taylor (alias Howard Taylor). Data tat-twelid: 17.1.1963. Passaport diplomatiku Liberjan: (a) D/003835-04 (validu mill-4.6.2004 sat-3.6.2006), (b) D/00536307. Tagħrif ieħor: Mara tal-eks-President Charles Taylor.‧ |
|
(7) |
‘Myrtle Francelle Gibson. Data tat-twelid: 3.11.1952. Tagħrif ieħor: eks-Senatriċi, konsulenta tal-eks-President Liberjan Charles Taylor.‧ |
|
(8) |
‘Martin George. Tagħrif ieħor: (a) Eks-Ambaxxatur tal-Liberja għar-Repubblika Federali tan-Niġerja; (b) Assoċjat tal-eks-President Charles Taylor b'rabtiet kurrenti miegħu; (c) Allegat li pprovda fondi lill-eks-President Taylor. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 6(b): 9.6.2005.’ |
|
(9) |
‘Cyril A. Allen. Data tat-twelid: 26.7.1952. Tagħrif ieħor: eks-President, National Patriotic Party.‧ |
|
(10) |
‘Randolph Cooper (alias Randolf Cooper). Data tat-twelid: 28.10.1950. Tagħrif ieħor: eks-Direttur Eżekuttiv ta' Robertsfield International Airport.’ |
|
(11) |
‘Reginald B. Goodridge (Senior) (alias Goodrich). Data tat-Twelid: 11.11.1952. Tagħrif ieħor: eks-Ministru għall-Kultura, l-Informazzjoni, u t-Turiżmu.‧ |
|
(12) |
‘Emmanuel (II) Shaw. Data tat-twelid: (a) 26.7.1956, (b) 26.7.1946. Tagħrif ieħor: direttur ta' Lonestar Airways. Assoċjat ma' Lone Star Communication Cooperation.’ |