|
21.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 223/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 755/2012
tas-16 ta’ Awwissu 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż speċifiċi tal-azzjonijiet ambjentali skont programmi operattivi ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103h, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli li tinkludi s-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Skont l-Artikolu 103c(3) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri jridu jistabbilixxu li l-programmi operattivi fis-settur tal-frott u l-ħaxix għandhom jinkludu żewġ azzjonijiet ambjentali jew aktar jew li għall-inqas, 10 % tan-nefqa skont il-programmi operattivi jkopru l-azzjonijiet ambjentali. Dak ir-Regolament jistipula wkoll li l-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2), l-Anness IX ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi l-lista ta’ azzjonijiet jew ta’ nfiq mhux eliġibbli għall-appoġġ skont il-programmi operattivi. Madanakollu, dan jindika li l-ispejjeż speċifiċi għall-miżuri ambjentali, inklużi l-ispejjeż iġġenerati mill-ġestjoni ambjentali tal-imballaġġ huma eċċezzjonalment eliġibbli. |
|
(3) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tal-azzjonijiet ambjentali relatati mal-ġestjoni tal-imballaġġ turi li hemm inċertezzi dwar il-benefiċċji ambjentali netti li jirriżultaw minn dawk l-azzjonijiet u/jew dwar il-fatt li effettivament jirriżultaw fi spejjeż addizzjonali u dħul mitluf li jibda mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, għalhekk, ġiet stabbilita l-ġustifikazzjoni għall-appoġġ pubbliku pprovdut. Barra minn hekk, kemm il-ġestjoni kif ukoll il-kontroll ta’ dawk l-azzjonijiet urew li huma kumplessi, b’mod partikolari, fir-rigward tal-kalkolu tal-appoġġ li jista’ jiġi mogħti. Abbażi ta’ dik l-esperjeza u sabiex jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ambjentali aktar kost-effiċjenti u biex inaqqsu l-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tar-reġim tal-Unjoni, huwa xieraq li jitneħħa l-appoġġ għall-azzjonijiet ambjentali relatati mal-ġestjoni tal-imballaġġ. |
|
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 60(4) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IX, ir-raba’ inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. L-azzjonijiet ambjentali relatati mal-ġestjoni tal-imballaġġ li huma inklużi fi programm operattiv approvat qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu eliġibbli għall-appoġġ sa tmiem il-programm operattiv, sakemm dawn ikunu konformi mar-regoli applikabbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jemendaw il-qafas nazzjonali tagħhom imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 sabiex jadattawh għall-bidliet ipprovduti fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-Artikolu 56(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-emendi li saru għall-qafas nazzjonali skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx ikunu suġġetti għall-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103f(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO