7.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/6


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 716/2012

tat-30 ta’ Lulju 2012

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun previst li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni sal-iskadenza li stabbilixxa l-President,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fit-totalità tiegħu, u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Trab tal-kolostru b’lattożju mnaqqas f’kapsuli tal-ġelatina, 120 kapsula ppakkjati għall-bejgħ bl-imnut f’kontejner tal-plastik b’għatu kamin, bil-kompożizzjoni li ġejja (% skont il-piż):

Xaħam tal-ħalib

4,9

Proteini tal-ħalib

56,0

Lattożju

0,2

Id-doża ta’ kuljum li hija rrakomandata fuq it-tikketta hija ta’ żewġ kapsuli darbtejn kuljum.

Skont it-tikketta l-prodott huwa għall-konsum tal-bniedem.

1901 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1901 , 1901 90  u 1901 90 99 .

Il-forma tal-preżentazzjoni tat-trab f’kapsuli tal-ġelatina tiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala preparazzjoni alimentari. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0404 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-Kapitolu 4, Ġenerali, punt (I), it-tielet paragrafu, punt (a)).

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni alimentari taħt l-intestatura 2106 għaliex huwa deskritt b’mod aktar speċifiku mill-kliem tal-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari ta’ prodotti taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2106 , punt (1), it-tieni paragrafu). Billi l-prodott mhuwiex maħsub għal użu terapewtiku jew profilattiku fit-tifsira tal-Kapitolu 30, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3001 hija eskluża.

Għaldaqstant, meta jitqiesu l-karatteristiċi tiegħu dan il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-Kapitolu 19, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).

2.

Trab tal-kolostru f’kapsuli ta’ ċelluloża idrossipropilika ppakkjati għal bejgħ bl-imnut f’kaxxi tal-kartun ikkuluriti u li jintwew, li kull waħda jkun fiha bejn tliet u sitt pakketti “blister” ta’ għoxrin kapsula bil-kompożizzjoni li ġejja (% skont il-piż):

Xaħam tal-ħalib

6,9

Proteini tal-ħalib

35,7

Il-prodott fih ukoll il-lattożju.

Id-doża ta’ kuljum li hija rrakomandata fuq il-pakkett hija ta’ 1-2 kapsuli tliet darbiet kuljum.

Skont it-tikketta l-prodott huwa għall-konsum tal-bniedem.

1901 90 99

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1901 , 1901 90  u 1901 90 99 .

Il-forma tal-preżentazzjoni tat-trab f’kapsuli taċ-ċelluloża idrossipropilika tiddetermina l-użu u n-natura tal-prodott bħala preparazzjoni alimentari. Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 0404 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) għall-Kapitolu 4, Ġenerali, punt (I), it-tielet paragrafu, punt (a)).

Il-prodott ma jistax jiġi kklassifikat bħala preparazzjoni alimentari taħt l-intestatura 2106 għaliex huwa deskritt b’mod aktar speċifiku mill-kliem tal-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari ta’ prodotti taħt l-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-intestatura 2106 , punt (1), it-tieni paragrafu). Billi l-prodott mhuwiex maħsub għal użu terapewtiku jew profilattiku fit-tifsira tal-Kapitolu 30, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 3001 hija eskluża.

Għaldaqstant, meta jitqiesu l-karatteristiċi tiegħu dan il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 1901 bħala preparazzjoni alimentari tal-prodotti tal-intestaturi 0401 sa 0404 (ara wkoll in-NSSA tal-Kapitolu 19, Ġenerali, l-ewwel paragrafu).