24.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 673/2012

tat-23 ta’ Lulju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 36/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u f'konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/424/PESK tat-23 ta’ Lulju 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p.1

(2)  Ara paġna 81 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Brigadier

Sha’afiq Masa

 

Direttur tal-fergħa 215 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti. Jipparteċipa fir-repressjoni taċ-ċittadini.

24.7.2012

2.

Brigadier

Burhan Qadour

 

Direttur tal-fergħa 291 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

3.

Brigadier

Salah Hamad

 

Viċi Direttur tal-Fergħa 291 tas-Servizzi tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

4.

Brigadier Muhammed

(jew: Mohammed) Khallouf (magħruf ukoll bħala Abou Ezzat)

 

Direttur tal-fergħa 235 imsejħa "Palestina" (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art, li tinsab fil-qalba tal-mezzi repressivi tal-armata. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni tal-avversarji. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

5.

Maġġur Ġeneral Riad al-Ahmed

 

Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Art. Responsabbli mit-tortura u mill-qtil ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

6.

Brigadier

Abdul Salam Fajr Mahmoud

 

Direttur tal-fergħa ta' Bab Touma (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

7.

Brigadier

Jawdat al-Ahmed

 

Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

8.

Kurunell

Qusay Mihoub

 

Direttur tal-fergħa ta' Deraa (mibgħut minn Damas għal Deraa fil-bidu tar-rewwixti f'din il-belt) tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

9.

Kurunell Suhail

Al-Abdullah

 

Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

10.

Brigadier

Khudr Khudr

 

Direttur tal-fergħa ta' Lattaquié tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

11.

Brigadier

Ibrahim Ma’ala

 

Direttur tal-fergħa 285 (Damas) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali (issostitwixxa l-Brigadier Hussam Fendi fl-aħħar tal-2011). Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

12.

Brigadier

Firas Al-Hamed

 

Direttur tal-fergħa 318 (Homs) tas-Servizz tal-Intelligence Ġenerali. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

13.

Brigadier

Hussam Luqa

 

Direttur tal-fergħa ta' Homs sa minn April 2012 (suċċesser tal-Brigadier Nasr al-Ali) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

14.

Brigadier

Taha Taha

 

Responsabbli mis-sit tal-fergħa ta' Lattaquié tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

15.

Brigadier

Nasr al-Ali

 

Responsabbli mis-sit ta' Deraa sa minn April 2012 (ex-Direttur tal-fergħa ta' Homs) tat-Tmexxija tas-Sigurtà Politika. Responsabbli mit-tortura ta' avversarji detenuti.

24.7.2012

16.

Bassel Bilal

 

Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

24.7.2012

17.

Ahmad Kafan

 

Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib. Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

24.7.2012

18.

Bassam al-Misri

 

Uffiċjal tal-pulizija fil-ħabs ċentrali ta' Idlib; Ipparteċipa direttament f'atti ta' tortura fuq avversarji detenuti tal-ħabs ċentrali ta' Idlib.

24.7.2012

20.

Ahmed al-Jarroucheh

Data tat-Twelid: 1957

Direttur tal-fergħa esterna tal-Intelligence Ġenerali (fergħa 279). Bħala tali, huwa responsabbli mill-mezzi tal-Intelligence Ġenerali fl-ambaxxati Sirjani. Jipparteċipa direttament fir-repressjoni mill-awtoritajiet Sirjani tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż.

24.7.2012

20.

Michel Kassouha

(magħruf ukoll bħala Ahmed Salem; magħruf ukoll bħala Ahmed Salem Hassan)

Data tat-Twelid: 1 ta' Frar 1948

Membru tas-servizzi ta' sigurtà Sirjana sa mill-bidu tas-snin 1970, huwa involut fil-ġlieda kontra l-avversarji fi Franza u fil-Ġermanja. Sa minn Marzu 2006, huwa responsabbli mir-relazzjonijiet tal-Fergħa 273 tal-Intelligence Ġenerali Sirjana. Uffiċjal tat-Tmexxija storiku, huwa qrib tad-Direttur tal-Intelligence Ġenerali Ali Mamlouk, wieħed mill-uffiċjali ewlenin tas-sigurtà tar-reġim, soġġett għal miżuri restrittivi mill-UE sa mid-9 ta' Mejju 2011. Jappoġġa direttament ir-repressjoni mir-reġim tal-avversarji u huwa b'mod partikolari inkarigat mir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana barra mill-pajjiż.

24.7.2012

21.

Ġeneral Ghassan Jaoudat Ismail

Data tat-Twelid: 1960

Post tal-oriġini: Derikich, reġjun ta' Tartous.

Responsabbli mill-fergħa tal-missjonijiet tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li f'kooperazzjoni mal-fergħa tal-operazzjonijiet speċjali, tmexxi t-truppi élite tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li għandhom rwol importanti fir-repressjoni mir-reġim. Bħala tali Ghassan Jaoudat Ismail jagħmel parti mir-responsabbli militari li jwettqu direttament ir-repressjoni mir-reġim kontra l-oppożizzjoni.

24.7.2012

22.

Ġeneral Amer al-Achi (magħruf ukoll bħala Amis al Ashi; magħruf ukoll bħala Ammar Aachi; magħruf ukoll bħala Amer Ashi)

 

Gradwat mill-iskola tal-gwerra ta' Alep, Kap tal-fergħa tal-intelligence tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru (sa mill-2012), qrib ta' Daoud Rajah, ministru tad-difiża Sirjan. Permezz tal-funzjonijiet tiegħu fis-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, Amer al- Achi huwa involut fir-repressjoni tal-oppożizzjoni Sirjana.

24.7.2012

23.

Ġeneral Mohammed Ali Nasr (jew: Mohammed Ali Naser)

Data tat-Twelid: madwar 1964

Qrib ta' Maher al-Assad, l-akbar wieħed mill-aħwa tal-president. Għamel il-biċċa l-kbira tal-karriera tiegħu fil-Gwardja Repubblikana. Fl-2010 integra l-fergħa interna (jew il-fergħa 251) tal-Intelligence Ġenerali, li hija responsabbli mill-ġlieda kontra l-oppożizzjoni politika. Bħala wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli tagħha, il-Ġeneral Mohammed Ali jipparteċipa direttament fir-repressjoni kontra l-avversarji.

24.7.2012

24.

Ġeneral Issam Hallaq

 

Kap tal-Istat-Maġġur tal-Armata tal-Ajru sa mill-2010. Jikkmanda l-operazzjonijiet tal-ajru kontra l-avversarji.

24.7.2012

25.

Ezzedine Ismael

Data tat-Twelid: f'nofs is-snin 1940 (probabbilment 1947).

Post tat-Twelid: Bastir. Reġjun ta' Jableh.

Ġeneral irtirat u uffiċjal tat-tmexxija storiku tas-Servizz tal-Intelligence tal-Armata tal-Ajru, li kien il-kap tagħha fil-bidu tas-snin 2000. Inħatar kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President 2006. Bħala kunsillier politiku u tas-sigurtà tal-President Sirjan, Ezzedine Ismael huwa involut fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji.

24.7.2012

26.

Samir Joumaa (magħruf ukoll bħala Abou Sami)

Data tat-Twelid: madwar 1962

Ilu madwar 20 sena direttur tal-kabinett ta' Mohammad Nassif Kheir Bek, wieħed mill-kunsillieri tas-sigurtà ewlenin ta' Bachar al-Assad (li għandu uffiċjalment il-kariga ta' viċi tal-Viċi President Farouk al-Chareh). Il-fatt li huwa qrib ta' Bachar al-Asad u Mohammed Nassif Kheir Bek jinvolvi lil Samir Joumaa fil-politika repressiva mir-reġim kontra l-avversarji.

24.7.2012


Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Drex Technologies S.A.

Data ta' Inkorporazzjoni: 4 ta' Lulju 2000

Numru ta' Inkorporazzjoni: 394678

Direttur: Rami Makhlouf

Aġent Irreġistrat: Mossack Fonseca & Co (BVI) Ltd

Drex Technologies hija kompletament proprjetà ta' Rami Makhlouf, li huwa elenkat taħt is-sanzjonijiet tal-UE minħabba l-għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan. Rami Makhlouf juża Drex Technologies biex jiffaċilita u jmexxi l-holdings finanzjarji internazzjonali tiegħu, li jinkludu sehem maġġuri minn SyriaTel, preċedentement elenkata mill-UE fuq raġunijiet ta' għoti ta' appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

24.7.2012

2.

Cotton Marketing Organisation

Indirizz: Bab Al-Faraj P.O. Box 729, Alep

Tel: +96321 2239495/6/7/8

Cmo-aleppo@mail.sy

www.cmo.gov.sy

Kumpannija proprjetà tal-Istat. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

 

3.

Syrian Arab Airlines (magħrufa wkoll bħala SAA, magħrufa wkoll bħala Syrian Air)

Al-Mohafazeh Square, P.O. Box 417, Damasku, is-Sirja

Tel: +963112240774

Kumpannija pubblika kkontrollata mir-reġim. Tappoġġa finanzjarjament lir-reġim.

24.7.2012