9.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/14


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 201 tas-27 ta' Lulju 2012 )

F'paġna 14, l-Artikolu 1(1),

minflok:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (“OTC”), ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta' attivitajiet ta' kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.”,

aqra:

“1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ikklerjar u tal-immaniġġjar bilaterali tar-riskju għall-kuntratti tad-derivati negozjati barra l-Borża (“OTC”), ir-rekwiżiti ta' rappurtar għall-kuntratti tad-derivati u rekwiżiti uniformi għat-twettiq ta' attivitajiet ta' kontropartijiet ċentrali (“CCPs”) u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.”;

F'paġna 14, l-Artikolu 2(1),

minflok:

“(1)

“kontroparti ċentrali” tfisser persuni ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;”,

aqra:

“(1)

“kontroparti ċentrali” (“CCP”) tfisser persuna ġuridika li tqiegħed lilha nnifisha bejn il-kontropartijiet għall-kuntratti nnegozjati f'suq finanzjarju wieħed jew iktar, li ssir ix-xerrejja għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħa għal kull xerrej;”.