|
13.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 630/2012
tat-12 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur li jużaw l-idroġenu u taħlitiet ta' idroġenu u gass naturali bħala fjuwil fir-rigward ta' emissjonijiet, u l-inklużjoni ta' informazzjoni speċifika dwar vetturi mgħammra b'power train elettrika fid-dokument ta' informazzjoni għall-għan tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(3)(a)(f), u (i) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew - Strateġija Ewropea dwar vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija (2), tirrikonoxxi l-eżistenza ta' firxa wiesgħa ta' teknoloġiji (l-elettriku, l-idroġenu, il-bijogass, u l-bijofjuwils likwidi) li x'aktarx jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-prioritajiet tal-Ewropa 2020 tal-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni (tkabbir intelliġenti) u l-promozzjoni ta' ekonomija iktar effiċjenti fir-riżorsi, iktar ekoloġika u iktar kompetittiva (tkabbir sostenibbli). |
|
(2) |
Il-magna ta' kombustjoni interna (ICE) x'aktarx li tibqa' dominanti fil-vetturi tat-triq fil-perspettiva qasira u dik medja; għalhekk, tranżizzjoni bla xkiel mill-ICE għal tipi oħra ta' power-trains ibbażati fuq l-elettriku (il-batterija tal-elettriku, iċ-ċellola tal-fjuwil) tista' tiġi ffaċilitata billi l-ICE tiġa adattata biex tnaddaf il-fjuwils, bħall-idroġenu (H2) jew it-taħlitiet tal-idroġenu u tal-gass naturali (H2NG). |
|
(3) |
Minħabba l-inċertezza li hemm madwar il-futur tat-teknoloġija tal-power-train u l-probabbiltà li t-teknoloġiji ġodda se jirrappreżentaw sehem dejjem akbar mis-suq, huwa neċessarju li l-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE kurrenti tiġi adattata għal dawk it-teknoloġiji. |
|
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (3) fil-preżent ma jinkludix l-H2 u l-H2NG fost it-tipi ta' fjuwils ikkunsidrati. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi estiża l-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita f'dak ir-Regolament biex tkopri dawk il-fjuwils. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE (4) stabbilixxa rekwiżiti ta' sikurezza għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-propulsjoni tal-idroġenu. Il-protezzjoni ambjentali għandha tinkiseb ukoll billi l-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu mill-idroġenu użat bħala fjuwil fl-ICEs jistgħu ikollhom impatt fuq l-ambjent. |
|
(6) |
It-taħlitiet tal-H2NG jirrilaxxaw fl-arja ċertu ammont ta' sustanzi niġġiesa, prinċipalment l-idrokarburi, il-monossidi tal-karbonju, l-ossidi tan-nitroġenu u l-materja f'partikoli; jeħtieġ li dawn l-emissjonijiet jiġu indirizzati. |
|
(7) |
Il-formuli u l-parametri differenti li jintużaw għad-determinazzjoni tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet għandhom jiġu adattati għall-każijiet speċifiċi tal-H2 u H2NG li jintużaw fl-ICEs billi dawn il-formuli u l-parametri huma dependenti sew fuq it-tip u l-karatteristiċi tal-fjuwil użat. |
|
(8) |
Id-dokumenti pprovduti mill-manifattur għall-awtoritajiet ta' approvazzjoni nazzjonali għandhom jiġu aġġornati sabiex jinkorporaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-vetturi li jużaw l-H2, l-H2NG u l-elettriku. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 huwa b'dan emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Annessi għandhom jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) COM(2010) 186 finali
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 692/2008 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
Fl-ewwel subparagrafu tal-punt 2.2, tal-Appendiċi 1, tal-Anness IV, għandu jiżdied it-test li ġej:
A tirrappreżenta l-kwantità ta' NG/bijometan fit-taħlita tal-H2NG, espressa f'perċentwali tal-volum"; |
|
4. |
Fis-Subtaqsima 1, tat-Taqsima A, tal-Anness IX, għandu jiżdied il-punt li ġej: "It-tip: Idroġenu għal magni ta' kombustjoni interni
It-Tip: Idroġenu għal vetturi biċ-ċelloli tal-fjuwil
It-tip: H2NG Il-fjuwils tal-idroġenu u tal-NG/bijometan li jikkomponu taħlita H2NG, għandhom jikkonformaw separatament mal-karatteristiċi korrispondenti tagħhom, espressi f'dan l-Anness."; |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
5. |
L-Anness XII, huwa emendat kif ġej:
|
(*1) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn xejn ma għandu għalfejn jitħassar meta aktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli).
(*2) Bħala fjuwil il-vetturi jistgħu jingħataw kemm petrol kif ukoll fjuwil gassuż iżda, fil-każ fejn is-sistema tal-petrol tkun mgħammra għal għanijiet ta' emerġenza jew ta' startjar biss u li t-tank tal-petrol tagħha ma jesax aktar min 15-il litru ta' petrol, għat-test jiġu kkunsidrati bħala vetturi li jaħdmu biss bi fjuwil gassuż."
(*3) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn xejn ma għandu għalfejn jitħassar meta aktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli).
(*4) ĠU L 72, 14.3.2008, p. 113 ";
(*5) ĠU L 158, 19.6.2007, p. 34."
(*6) Ħassar fejn mhux applikabbli (hemm każijiet fejn xejn ma għandu għalfejn jitħassar meta aktar minn annotazzjoni waħda tkun applikabbli )"
(1) Meta vettura li tieħu żewġ fjuwils tkun ikkombinata ma’ vettura flex fuel, ikunu applikabbli ż-żewġ rekwiżiti tat-test.
(2) Din id-dispożizzjoni hija temporanja, iktar rekwiżiti għall-bijodiżil se jiġu proposti iktar tard.
(3) It-test bil-petrol biss qabel id-dati stabbiliti fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007. It-test se jitwettaq biż-żewġ fjuwils wara dawn id-dati. Se jintuża l-fjuwil tat-test ta' referenza E75 speċifikat fit-Taqsima B tal-Anness IX.
(4) L-emissjonijiet NOx biss għandhom jiġu ddeterminati meta l-vettura tkun qed taħdem bl-idroġenu.";
(5) M'għandux jiġi kkundensat
(6) L-ilma, l-ossiġnu, in-nitroġenu u l-argon ikkumbinati: 1 900 μmol/mol
(7) L-idroġenu m'għandux ikun fih trab, ramel, ħmieġ, gomom, żjut, jew sustanzi oħra f'ammont kbir biżżejjed biex jikkawża ħsara lill-apparat tal-istazzjon tal-fjuwil tal-vettura (magna) li qed tieħu l-fjuwil.
(8) L-indiċi tal-fjuwil tal-idroġenu huwa ddeterminat billi jitnaqqas il-kontenut totali tal-kostitwenti gassużi mhux tal-idroġenu elenkati fit-tabella (Il-gassijiet totali), espressi fil-perċentwali ta’ mole, minn 100 perċentwali ta’ mole. L-indiċi huwa inqas mis-somma tal-limiti massimi ammissibbli tal-konstitwenti li mhumiex idroġeni murija fit-Tabella.
(9) Il-valur tal-gassijiet totali huwa s-somma tal-valuri tal-kostitwenti li mhumiex idroġenu elenkati fit-tabella, minbarra l-partikoli.