10.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 614/2012

tad-9 ta’ Lulju 2012

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Falukorv (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(1), tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa mill-Isvezja għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni “Falukorv”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/2001 (2).

(2)

Minħabba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament imsemmi (3). Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, għalhekk l-emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ippublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni mniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 328, 13.12.2001, p. 29.

(3)  ĠU C 251, 27.8.2011, p. 6.


ANNESS

Prodotti tal-Anness I għat-Trattat maħsuba għall-konsum mill-bniedem:

Klassi 1.2.   Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

L-ISVEZJA

Falukorv (STG)