10.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 613/2012

tad-9 ta’ Lulju 2012

li jemenda l-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kulur tal-mudell taċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali huwa ddefinit fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 bħala "Kulur Pantone stout fawn".

(2)

Jeħtieġ li l-kulur jiġi speċifikat b'mod aktar preċiż sabiex tiġi inkoraġġita l-omoġeneità u l-interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1071/2009, fit-tielet linja, is-sentenza "Kulur Pantone stout fawn — Format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed" tinbidel b'dan li ġej:

"Kulur Pantone stout fawn 467, jew kemm jista' jkun viċin dan il-kulur, format DIN A4 karta ċelluloża 100 g/m2 jew iżjed"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51.