|
6.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 593/2012
tal-5 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru [ajrunavigabbli] u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (2), waqt li jżomm livell għoli uniformi tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, ġie emendat sabiex inġenji tal-ajru mhux komplessi li jaħdmu b'mutur, inġenji tal-ajru rikreattivi, u prodotti, partijiet u tagħmir relatati, jiġu suġġetti għall-miżuri proporzjonali għad-disinn sempliċi u t-tip ta' operazzjoni tagħhom. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li tintuża fl-ajru [l-ajrunavigabbiltà kontinwa] ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol (3) għandu jiġi emendat biex jibqa’ konsistenti mat-tibdil introdott fir-Regolament (KE) Nru 1702/2003, b’mod partikulari fir-rigward tad-definizzjoni l-ġdida tal-inġenji tal-ajru ELA1 u l-possibbiltà li jiġu aċċettati ċerti partijiet mhux kritiċi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sikurezza għal installazzjoni mingħajr il-Formula 1 tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (European Aviation Safety Agency — EASA). |
|
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) ippreparat abbozz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni u ppreżentathom lill-Kummissjoni bħala l-opinjoni Nru 01/2011 tagħha dwar il-“Proċess ELA u t-tibdil u t-tiswija Standard”. |
|
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-punt (k) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness I (il-Parti-M) u l-Anness II (il-Parti-145) jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
1)
L-Anness I (il-Parti-M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Fil-punt M.A.302, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(b) |
Il-punt M.A.304 jinbidel b'li ġej: “M.A.304 Dejta għal modifiki u tiswijiet Għandha ssir valutazzjoni tal-ħsara, u l-modifiki u t-tiswijiet jitwettqu bl-użu skont kif xieraq ta':
|
|
(c) |
Il-punt M.A.502 huwa emendat kif ġej:
|
|
(d) |
Fil-punt M.A.613, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(e) |
Il-punt M.A.614, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(f) |
Fil-punt M.A.710, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(g) |
Il-punt M.A.802, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(h) |
Il-punt M.A.902, il-paragrafu (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(i) |
Fil-punt (b) (xogħlijiet) tal-Appendiċi VIII tal-Anness I (il-Parti-M), il-paragrafu (8) jinbidel b’dan li ġej:
|
2)
L-Anness II (il-Parti-145) għar-Regolament (KE) Nru 2402/2003 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Il-punt 145.A.42 huwa emendat kif ġej:
|
|
(b) |
Fil-punt 145.A50, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(c) |
Fil-punt 145.A.55, il-paragrafu (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(d) |
Fil-punt 145.A.65, il-paragrafu (b) jinbidel b'dan li ġej:
|