26.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 542/2012

tal-25 ta’ Ġunju 2012

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (2), li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lill-persuni, gruppi u entitajiet kollha, li għalihom dan kien possibbli fil-prattika, b’dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 li hu ddeċieda li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom. Fil-każ ta’ ċerti persuni u gruppi, ġiet magħmula disponibbli dikjarazzjoni emendata tar-raġunijiet.

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel din, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, gruppi u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament kienu involuti f’atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (3), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu suġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 għandu jitħassar,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1375/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  ĠU L 343, 23.12.2011, p. 10.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   Persuni

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.08.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Għarabja Sawdija

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis- 16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin tal-Għarabja Sawdija

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.03.1955 l-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, tiskadi fil-15.03.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep"

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwieled fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) – membru ta’ "al-Takfir" u "al-Hijra"

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.03.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

12.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah, magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (il-Pajjiżi l-Baxxi), Nru tal-passaport (il-Pajjiżi l-Baxxi) Nru NE8146378 – membru tal-"Hofstadgroep"

2.   Gruppi u entitajiiet

1.

L-Organizzazzjoni Abu Nidal ("ANO"), (magħrufa ukoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti")

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa"

3.

"Al-Aqsa e.V."

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra"

5.

"Babbar Khalsa"

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" - "NPA", il-Filippini

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Islamiku" - "IG")

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi""IBDA-Ć" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant)

9.

"Hamas", inkluż "Hamas-Izz al-Din al-Qassem"

10.

"Hizbul Mujahideen" - "HM"

11.

"Hofstadgroep"

12.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp"

13.

Il-"Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh" ("ISYF")

14.

Il-"Forza Khalisan Zindabad" ("KZF")

15.

Il-"Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan" ("PKK"), (magħruf ukoll bħala "KADEK"; magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL")

16.

"Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam" - "LTTE"

17.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali")

18.

Il-"Jihad Islamika Palestinjana" - "PIJ"

19.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" - "PFLP"

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali")

21.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" - "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja")

22.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu (DHKP/C), (magħruf ukoll bħala Devrimci Sol (Xellug Rivoluzzjonarju), Dev Sol)

23.

"Sendero Luminoso" - "SL" It-("Triq li Tiddi")

24.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland")

25.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" - "TAK" magħruf ukoll bħala l-"Kurdistan Freedom Falcons", magħrufa wkoll bħala l-"Kurdistan Freedom Hawks"