21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 527/2012

tal-20 ta’ Ġunju 2012

li jirtira s-sospensjoni tat-tressiq ta’ applikazzjonijiet ta’ ċerti liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (‘ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS’) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi Komunitarji fis-settur taz-zokkor (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tressiq ta’ applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni li jikkonċernaw in-numru/i tal-ordni 09.4321 ġew sospiżi mid-19 ta’ Jannar 2012 bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Jannar 2012 (UE) Nru 41/2012 li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni għall-prodotti fis-settur taz-zokkor li jaqgħu taħt ċerti kwoti tariffarji (3), skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009.

(2)

Wara n-notifiki dwar liċenzji mhux użati u/jew użati parzjalment, saru disponibbli mill-ġdid kwantitajiet għal dak in-numru tal-ordni. Is-sospensjoni tal-applikazzjonijiet għandha għalhekk tiġi rtirata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sospensjoni stipulata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 41/2012 tat-tressiq ta’ appplikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għan-numru/i tal-ordni 09.4321 mid-19 ta’ Jannar 2012 qed tiġi irtirata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2012.

Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

José Manuel SILVA RODRÍGUEZ

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 254, 26.9.2009, p. 82.

(3)  ĠU L 16, 19.1.2012, p. 40.