|
20.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/26 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 521/2012
tad-19 ta’ Ġunju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1187/2009 dwar liċenzji tal-esportazzjoni għal ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika skont ċerti kwoti tal-GATT
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 170 u 171(1), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima 2 tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2) tinkludi l-kundizzjonijiet għall-applikanti biex japplikaw għal-liċenzji tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti u l-proċedura ta’ allokazzjoni ta’ dawk il-liċenzji tal-esportazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-kwota. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 789/2011 tal-5 ta’ Awwissu 2011 li jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat lejn l-Istati Uniti tal-Amerika fl-2012 skont ċerti kwoti tal-GATT (3), kien adottat għas-sena tal-kwota 2012. |
|
(3) |
Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, huwa xieraq li fit-Taqsima 2 tal-Kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jiġi inkluż mekkaniżmu permanenti dwar il-ftuħ ta’ proċedura annwali għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni, minflok jiġi adottat Regolament separat kull sena. |
|
(4) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Kapitolu III, it-Taqsima 2 tinbidel b’dan li ġej: “ TAQSIMA 2 Esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti Artikolu 21 Prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 għandhom ikunu suġġetti għal preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-esportazzjoni skont din it-Taqsima meta jkunu esportati lejn l-Istati Uniti fil-kuntest tal-kwoti li ġejjin:
Artikolu 22 1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sal-10 ta’ Settembru tas-sena li tippreċedi s-sena tal-kwota u li għaliha jkunu allokati l-liċenzji tal-esportazzjoni. L-applikazzjonijiet kollha għandhom jiġu ppreżentati fl-istess ħin lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru wieħed. Il-kwoti tariffarji, imsemmija fl-Artikolu 21, jinfetħu fuq bażi annwali għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. It-Taqsima 16 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandha turi l-kodiċi tal-prodotti ta’ tmien ċifri tan-Nomenklatura Magħquda. Madankollu, il-liċenzji għandhom ikunu validi wkoll għal kwalunkwe kodiċi ieħor taħt il-kodiċi NM 0406 . L-applikazzjoni għal-liċenzja u l-liċenzja, fit-taqsima 20, għandu jkun fihom dan li ġej: “Għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika:
2. Għal kull kwota identifikata fil-kolonna (3) tal-Anness IIa, kull applikant jista’ jippreżenta applikazzjoni għal liċenzja waħda jew aktar sakemm il-kwantità totali li għaliha tkun saret applikazzjoni għal kull kwota ma taqbiżx il-limiti massimi stabbiliti fl-Artikolu 22a. Għal dan il-għan, fejn, għall-istess grupp ta’ prodotti msemmija fil-kolonna (2) tal-Anness IIa, il-kwantità disponibbli fil-kolonna (4) tinqasam bejn il-kwotà tal-Assemblea tal-Urugwaj u l-kwota tal-Assemblea ta’ Tokjo, iż-żewġ kwoti jridu jitqiesu bħala żewġ kwoti separati. 3. L-applikazzjonijiet huma suġġetti għall-preżentazzjoni ta’ garanzija skont l-Artikolu 9. 4. L-applikanti għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jipprovdu evidenza li esportaw il-prodotti tal-kwota inkwistjoni lejn l-Istati Uniti matul, mill-inqas, sena waħda mit-tliet snin kalendarji preċedenti u li l-importatur innominat tagħhom huwa sussidjarju tal-applikant. Il-prova ta’ kummerċ kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*1). 5. L-applikanti għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jindikaw fl-applikazzjonijiet:
6. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandu jkollhom mehmuż magħhom dikjarazzjoni mill-importatur innominat li fiha jiddikjara li huwa eliġibbli skont ir-regoli fis-seħħ fl-Istati Uniti dwar il-kwistjoni tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 21. 7. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli biss jekk ikunu jirrispettaw il-limiti tal-kwantità massima, ikunu jinkludu l-informazzjoni kollha u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti msemmija f’dan l-Artikolu. 8. L-informazzjoni msemmija f’dan l-Artikolu għandha tiġi preżentata skont il-mudell stipulat fl-Anness IIb. Artikolu 22a Fir-rigward tal-kwoti identifikati bħala 22-Tokjo, 22-Urugwaj, 25-Tokjo u 25-Urugwaj fil-kolonna (3) tal-Anness IIa, il-kwantità totali li għaliha tkun saret applikazzjoni għal kull applikant u għal kull kwota għandha tkopri mill-inqas 10 tunnellati u ma għandhiex taqbeż il-kwantità disponibbli taħt il-kwota kkonċernata stipulata fil-kolonna (4) ta’ dak l-Anness. Fir-rigward tal-kwoti l-oħra indikati fil-kolonna (3) tal-Anness IIa, il-kwantità totali li għaliha tkun saret applikazzjoni għal kull applikant u għal kull kwota għandha tkopri mill-inqas 10 tunnellati u mhux iktar minn 40 % tal-kwantità disponibbli taħt il-kwota konċernata stipulata fil-kolonna (4) ta’ dak l-Anness. Artikolu 22b 1. Sat-18 ta’ Settembru, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-applikazzjonijiet ippreżentati għal kull kwota identifikata fl-Anness IIa, jew li ma jkunux ġew ippreżentati applikazzjonijiet. 2. Għal kull kwota, in-notifika għandha tinkludi:
Artikolu 23 1. Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal kwota msemmija fl-Artikolu 21 jaqbżu l-kwantità disponibbli għas-sena konċernata, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi koeffiċjent ta’ allokazzjoni sal-31 ta’ Ottubru. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent għandu jinġieb sal-eqreb kg. Fil-każ ta’ applikazzjonijiet li jiġu rrifjutati jew għal kwantitajiet li jaqbżu l-limitu tal-allokazzjoni, il-garanziji għandhom jiġu rrilaxxati sħaħ jew għandha tiġi rrilaxxata parti minnhom. 2. Fejn ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni jkun li jiġu allokati kwantitajiet għal anqas minn 10 tunnellati għal kull kwota u kull applikant, il-kwantitajiet korrispondenti disponibbli għandhom jingħataw billi jittellgħu bix-xorti mill-Istat Membru konċernat, skont il-kwota. L-Istat Membru għandu jtella’ bix-xorti għal 10 tunnellati għal kull wieħed mill-applikanti li kienu se jiġu allokati anqas minn 10 tunnellati għal kull kwota b’riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni. Il-kwantitajiet ta’ anqas minn 10 tunnellati li jibqgħu meta jiġu stabbiliti l-lottijiet għandhom jitqassmu ndaqs bejn il-lottijiet ta’ 10 tunnellati qabel ma jittellgħu bix-xorti. Meta r-riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni jkun tali li titħalla kwantità ta’ anqas minn 10 tunnellati għal kull kwota, dik il-kwantità għandha titqies bħala lott uniku. Il-garanzija, għall-applikazzjonijiet li fl-allokazzjoni ma jitilgħux bix-xorti, għandha tiġi rrilaxxata minnufih. 3. L-Istati Membri konċernati bit-tlugħ bix-xorti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara l-pubblikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni, u għal kull kwota, bil-kwantitajiet allokati mill-applikant, bil-kodiċi tal-prodott, bin-numru ta’ referenza tal-applikant u n-numru ta’ referenza tal-importatur innominat. Il-kwantitajiet allokati bix-xorti għandhom jitqassmu bejn il-kodiċi NM individwali fi proporzjon mal-kwantitajiet tal-prodotti bil-kodiċi NM li saret applikazzjoni għalihom. 4. Fejn l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 21 ma jaqbżux il-kwantità disponibbli għas-sena konċernata, il-Kummissjoni għandha talloka l-kwantitajiet li jifdal lill-applikanti b’mod li jkun proporzjonat għall-kwantitajiet li għalihom ikunu applikaw, billi jiġi ffissat koeffiċjent ta’ allokazzjoni. L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-koeffiċjent għandu jinġieb sal-eqreb kg. F’dak il-każ, l-operaturi għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat dwar il-kwantità supplementari li huma jaċċettaw, fi żmien ġimgħa mill-pubblikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni. Il-garanzija preżentata għandha tiżdied skont dan. Artikolu 24 1. L-ismijiet tal-importaturi nnominati msemmija fl-Artikolu 22(5)(c) u l-kwantitajiet allokati għandhom jiġu kkomunikati mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti. 2. Fil-każ li ma tiġix allokata liċenzja tal-importazzjoni għall-kwantitajiet konċernati lill-importatur innominat, f’ċirkostanzi li ma jixħtu l-ebda dubju fuq ir-rieda tajba tal-operatur li jissottometti d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(6), l-operatur jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru li jinnomina importatur ieħor sakemm dan tal-aħħar ikun jidher fuq il-lista kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Uniti skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun bil-bidla fl-importatur innominat u l-Kummissjoni għandha tinnotifika din il-bidla lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti. Artikolu 25 1. Il-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jinħarġu sal-15 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena tal-kwota għall-kwantitajiet li għalihom jkunu ġew allokati l-liċenzji. Il-liċenzji għandhom ikunu validi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-kwota.’ It-Taqsima 20 tal-liċenzji għandha tinkludi dan li ġej: ‘valida mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru ......... (sena).’ 2. Il-garanziji għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom jiġu rilaxxati meta tiġi ppreżentata l-prova msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 flimkien mad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 612/2009 fejn l-Istati Uniti tal-Amerika jitniżżel bħala d-destinazzjoni. 3. Il-liċenzji li jinħarġu skont dan l-Artikolu għandhom ikunu validi biss għall-esportazzjonijiet tal-prodotti fil-kuntest tal-kwoti msemmija fl-Artikolu 21. Artikolu 26 Il-Kapitolu II għandu japplika, għajr l-Artikoli 7 u 10. |
|
(2) |
L-Annessi II u IIb, li t-test tagħhom jinsab fl-Anness għal dan r-Regolament, għandhom jiġu inklużi. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika għal-liċenzji tal-esportazzjoni mitluba b’applikazzjoni mill-1 ta’ Settembru 2012 għal prodotti li għandhom jiġu esportati fis-sena tal-kwota 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
“ANNESS IIa
|
Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali mogħtija fil-Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika |
Identifikazzjoni tal-Kwota |
Kwantità annwali disponibbli Kg |
|
|
Numru tal-Grupp |
Deskrizzjoni tal-grupp |
||
|
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
|
16 |
Not specifically provided for (NSPF) |
16-Tokyo |
908 877 |
|
16-Uruguay |
3 446 000 |
||
|
17 |
Blue Mould |
17-Uruguay |
350 000 |
|
18 |
Cheddar |
18-Uruguay |
1 050 000 |
|
20 |
Edam/Gouda |
20-Uruguay |
1 100 000 |
|
21 |
Italian type |
21-Uruguay |
2 025 000 |
|
22 |
Swiss or Emmenthaler cheese other than with eye formation |
22-Tokyo |
393 006 |
|
22-Uruguay |
380 000 |
||
|
25 |
Swiss or Emmenthaler cheese with eye formation |
25-Tokyo |
4 003 172 |
|
25-Uruguay |
2 420 000 |
||
“ANNESS IIb
Preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22
Identifikazzjoni tal-kwota msemmija fil-kolonna (3) tal-Anness IIa …
Isem tal-grupp imsemmi fil-kolonna (2) tal-Anness IIa
|
Oriġini tal-kwota |
L-Assemblea tal-Urugwaj |
L-Assemblea ta’ Tokjo |
|
Isem/indirizz tal-applikant |
Kodiċi tal-prodott mogħti fin-Nomenklatura Magħquda |
Kwantità li saret applikazzjoni għaliha f’kg |
Kodiċi mogħti fl-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika |
Isem/indirizz tal-importatur innominat |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Total: |
|
|
|