|
14.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 501/2012
tat-13 ta’ Ġunju 2012
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni taċ-Ċina tas-16 ta’ Lulju 2007 għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni
|
|
(2) |
Il-Ġermanja ressqet oġġezzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oġġezzjoni tqieset ammissibbli skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(3) tal-istess Regolament. |
|
(3) |
B’ittra rreġistrata tat-2 ta’ Awwissu 2011, il-Kummissjoni talbet lill-Partijiet ikkonċernati jilħqu ftehim bejniethom. |
|
(4) |
Billi ma ntlaħaq l-ebda qbil formali bejn il-Ġermanja u ċ-Ċina fiż-żmien u skont il-proċeduri previsti, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006. |
|
(5) |
Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni allegat li r-reġistrazzjoni ta’
|
|
(6) |
Fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni Ewropea, il-ħall b’aċidità iktar baxxa jista’ jiġi mmanifatturat u kkummerċjalizzat legalment fl-UE, u jista’ wkoll jiġi importat fl-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk,
|
|
(7) |
Il-Kummissjoni tifhem li ċ-Ċina tkun taċċetta rata minima ta’ aċidità ta’
|
|
(8) |
Bil-għan li jintlaħaq l-usa’ kunsens il-kontenut totali minimu tal-aċidu ta’
|
|
(9) |
Fid-dawl ta’ dan kollu, l-isem
|
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għandha tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Il-verżjoni aġġornata tad-dokument uniku tidher fl-Anness II għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.8: prodotti oħra fl-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.)
IĊ-ĊINA
ANNESS II
DOKUMENT UNIKU
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006
‘
Nru tal-KE: CN-PGI-0005-0630-16.07.2007
IĠP ( X ) DPO ( )
1. Isem
‘
2. L-Istat Membru jew il-pajjiż terz
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-ikel
3.1. It-tip tal-prodott
|
Klassi 1.8: |
prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) |
3.2. Id-deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Zhenjijang Xiang Cu huwa tip ta’ ħall tar-ross imsajjar magħmul minn; ross li jwaħħal bħala l-materja prima prinċipali. Għandu riħa distinta u togħma delikata. Il-kulur huwa kannella ħamrani qawwi, ileqq u skur. Għandu fwieħa qawwija ta’ ross moqli u ta’ prodotti tal-birrerija. It-togħma hija densa u mhux qawwija, qarsa imma mhux strinġenti, delizzjuża u kemxejn ħelwa. Skont l-ispeċifikazzjonijiet, l-aċidità totali (abbażi tal-aċidu aċetiku) tkun fil-medda ta’ bejn 5,00 gm — 6,00 gm għal kull 100 ml (mhux iktar minn 15,50 g), l-aċidu fiss (abbażi tal-aċidu lattiku) 1,20 gm — 1,60 gm kull 100 ml, aċidu amminiku nitroġenu (abbażi tan-nitroġenu) 0,12 gm u 0,18 gm kull 100 ml, u zokkor ta’ riduzzjoni (abbażi tad-destrożju) ’il fuq minn 2,20 gm kull 100 ml.
Skont it-tul taż-żmien ta’ ħżin, iz-Zhenjiang Xiang Cu huwa maqsum f’żewġ kategoriji, jiġifieri fi ‘Fragrant Vinegar’ (Ħall Ifuħ), li huwa l-forma regolari b’perjodu ta’ ħżin ta’ aktar minn 180 ġurnata, u ‘Mature Vinegar’ (Ħall Matur), li jirreferi għaz-‘Zhenjiang Fragrant Vinegar b’perjodu’ ta’ ħżin ta’ aktar minn 365 ġurnata.
3.3. Il-materja prima
1. Ross li jwaħħal: mir-reġjun ta’ Zhenjiang. Għandu kwalità tajba b’mod konsistenti bi glutinużità qawwija u proteina mhux maħduma xierqa. Il-kontenut ta’ amylopectin jista’ jkun għoli daqs 100°.
2. Nuħħala tal-qamħ: minn qamħ lokali pproċessat tal-aqwa kwalità, rikk fl-elementi nutrittivi meħtieġa għall-fermentazzjoni tal-batterji tal-aċidu aċetiku.
3. Ħliefa tar-ross: mill-ipproċessar tar-ross lokali; isservi bħala t-trasportatur u tifforma l-ambjent li fih il-gass u li huwa speċjali għat-tkabbir tal-batterji tal-acidu acetiku fil-fermentazzjoni.
4. Daqu: trasportatur tat-tkabbir tal-partijiet fit-taħlita li jsiru zokkor permezz tal-fermentazzjoni bl-użu ta’ tekniki tradizzjonali minn materjali tal-aqwa kwalità lokali bħall-qamħ, ix-xgħir u l-piżelli ħodor.
5. Ross tal-qali: pejst tar-ross li jwaħħal u huwa artab u mbaskat magħmul minn ross lokali tal-aqwa kwalità; dan huwa l-ingredjent ewlieni fil-fwieħa u l-kulur karatteristiċi taz-Zhenjiang Fragrant Vinegar.
6. Ilma: ilma pur akkumulat fil-fattizzi naturali ta’ wiċċ l-art u fil-ġeoloġija li hija partikolari għar-reġjun taz-Zhenjiang, rikk f’diversi sustanzi minerali. Għandu togħma kemxejn ħelwa, għebusija u valur tal-pH xierqa, tajjeb għas-sajran tal-ħall.
3.4. L-għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Il-passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata
Il-produzzjoni taz-Zhenjiang Xiang Cu, inkluża l-preparazzjoni tad-Daqu u tal-brodu tal-inbid tar-ross, il-fermentazzjoni tal-massa msajra, l-estrazzjoni tal-ħall, it-tifwir u l-ħżin/il-maturazzjoni tal-ħall mhux ipproċesat, ilkoll iridu jseħħu fiż-żona ġeografika definita.
3.6. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Fliexken tal-ħġieġ skont ir-rekwiżiti tal-iġjene tal-ikel; l-imballaġġ ta’ fuq barra jista’ jkun magħmul minn kaxxi tal-kartun.
3.7. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
It-tikketta taz-Zhenjiang Xiang Cu hija stampata u mħawla b’mod permanenti fuq il-flixkun. Id-dettalji prinċipali fuq it-tikketta inkluż l-isem tal-prodott (Zhenjiang Xiang Cu), it-tekniki tal-produzzjoni (il-fermentazzjoni solida), il-kategorija tal-ħall (ħall misjur), l-ingredjenti prinċipali, il-piż nett, l-isem u l-indirizz tal-manifattur, id-data tal-produzzjoni u l-kodiċi standard tal-prodott.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Ir-reġjun ta’ Zhenjiang jinsab fix-Xlokk taċ-Ċina u fuq ix-xatt tan-Nofsinhar tax-Xmara Yangtze. Jinsab bejn 31°37′-32°19′ north latitude (latitudni tat-Tramuntana) u 118°58′-119°58′ east longitude (lonġitudni tal-Lvant). Ir-reġjun jinkludi il-Belt ta’ Jurong, il-Belt ta’ Danyang, il-Belt ta’ Yangzhong, id-Distrett ta’ Dantu, id-Distrett ta’ Jingkou, id-Distrett ta’ Runzhou u ż-Żona ta’ Żvilupp ta’ Zhenjiang.
5. Ir-rabta maż-żona ġeografika
5.1. L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika
Zhenjiang jinsab fix-Xlokk taċ-Ċina, fejn jingħaqdu x-Xmara Yangtze u l-Grand Canal. Għandu klima tipikament umda tal-monsun bi tranżizzjoni minn żona moderatament sħuna għal żona subtropikali. Il-medja annwali ta’ xemx hija ta’ 2 050,7 sigħat, ir-rata ta’ dawl tax-xemx hija ta’ 46,8 %, it-temperatura medja annwali hija 15,4 °C, il-medja tal-umdità hija 77 % u l-inżul tax-xita medju annwali huwa ta’ aktar minn 1 000 mm. Ir-reġjun ta’ Zhenjiang huwa magħmul minn għoljiet baxxi mifruxin, art agrikola fertili, netwerk kumpless tax-xmara, u għadd kbir ta’ gżejjer u portijiet żgħar matul ix-xmara; iż-żona hija ħadra bi klima li tagħti pjaċir, imdawla u umda.
5.2. L-ispeċifiċità tal-prodott
Il-kulur taz-Zhenjiang Xiang Cu huwa kannella ħamrani qawwi, ileqq u skur. Il-ħall għandu fwieħa qawwija ta’ ross moqli u ta’ prodotti tal-birrerija. It-togħma hija densa u mhux qawwija, għalkemm ftit qarsa li tinkludi l-aċidu aċetiku, l-aċidu lattiku, l-aċidu tat-tuffieħ, l-aċidu suċċiniku, l-aċidu ċitriku u l-aċidu glukoniku, li però mhux partikolarment strinġenti. Huwa fin u frisk, delizzjuż u kemxejn ħelu.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott
Iz-Zhenjiang jinsab fix-Xlokk taċ-Ċina u għandu klima tipikament umda tal-monsun bi tranżizzjoni minn żona moderatament sħuna għal żona subtropikali. Jinsab fejn jiltaqgħu ix-Xmara Yangtze u l-Grand Canal, f’kampanja b’għoljiet baxxi u ħodor, art agrikola fertili, netwerk kumpless tax-xmara, u għadd kbir ta’ gżejjer u portijiet żgħar matul ix-xmara. Hu mimli uċuħ tar-raba’ bħar-ross, il-qamħ, ix-xgħir u l-piżelli ħodor, bi prodotti sekondarji rikki bħan-nuħħala tal-qamħ u l-ħliefa tar-ross. Il-fatt li Zhenjiang huwa umdu u aħdar jista’ jwassal għar-rendiment u r-riproduzzjoni ta’ batterji tal-aċidu aċetiku. L-ilma mill-għoljiet u l-fawwarijiet jinġabar fix-xmajjar, fil-lagi u fl-artijiet mistgħadra wara li jgħaddi mill-ġebel u l-blat, u b’hekk ikollu kontenut rikk ta’ materjali minerali u jipproduċi togħma qawwija u kemxejn ħelma, li hija l-aktar adattata għall-ħall imsajjar.
Il-Belt ta’ Zhenjiang ilha ħafna magħrufa bħala ‘il-Belt fil-foresta tal-muntanja u d-Dar tal-Ħall’. In-nies fi Zhenjiang bdiet tagħmel il-ħall 1 400 sena ilu. L-użu ta’ Zhenjiang Xiang Cu ġie stabbilit fid-Dinastija Liang; kien meqjus bħala l-aqwa ħall tar-ross fil-Klassiċi tal-Mediċina taċ-Ċina bikrija u rebaħ premju internazzjonali tad-deheb fid-Dinastija Qing. Iz-Zhenjiang Xiang Cu sar l-aktar ħaġa li biha hija rikonoxxuta l-belt. Hemm kważi 100 impjant tal-manifattura li jipproduċu l-ħall fil-belt, fejn il-fwieħa tal-ħall qiegħdha fl-arja u l-abitudnijiet u l-kultura tal-ikel relatati mal-ħall jidrhu kullimkien.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)