8.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/4 |
REGOLAMENT (UE) Nru 465/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Mejju 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004
(Test b’relevanza għaż-ŻEE u għal-Ftehim UE/Żvizzera)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Biex jiġu kkunsidrati l-bidliet legali f’ċerti Stati Membri u biex ikun hemm garanzija ta’ ċertezza legali għall-partijiet interessati, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jeħtieġu jiġu adattati. |
(2) |
Proposti rilevanti ġew riċevuti mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali li jirrigwardjaw il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali bil-ħsieb li jtejbu u jimmodernizzaw il-liġi tal-Unjoni u ġew inklużi f’dan ir-Regolament. |
(3) |
Bidliet fir-realtà soċjali jistgħu jaffettwaw il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali. Sabiex iwieġbu għal tali bidliet, jenħtieġu emendi fil-qasam tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u benefiċċji tal-qgħad. |
(4) |
Il-kunċett ta’ “bażi residenzjali” għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina skont il-liġi tal-Unjoni huwa definit fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (4). Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tat-Titolu II tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għal dan il-grupp ta’ persuni, huwa ġġustifikat li tinħoloq reġola speċjali fejn il-kunċett ta’ “bażi residenzjali” isir il-kriterju biex tiġi ddeterminata l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina. Madankollu, il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira u tal-ekwipaġġ tal-kabina għandha tinżamm stabbli u l-prinċipju ta’ “bażi residenzjali” ma għandux iwassal għal bidliet frekwenti tal-leġiżlazzjoni applikabbli minħabba l-mudelli ta’ ħidma tal-industrija jew domandi staġonali. |
(5) |
F’sitwazzjonijiet fejn persuna qed taħdem f’żewġ Stati Membri jew aktar, għandu jiġi ċċarat li l-kondizzjoni li tiġi segwita “parti sostanzjali” tal-attività fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tapplika wkoll għal persuni li jsegwu attivitajiet għal bosta impriżi jew persuni li jħaddmu. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu jiġi emendat billi tiddaħħal dispożizzjoni ġdida li tiżgura li ħaddiem transkonfinali li jaħdem għal rasu li jsir totalment qiegħed jirċievi benefiċċji, jekk huwa jkollu perjodi kompluti ta’ assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi ta’ ħidma għal rasu rikonoxxuti għall-finijiet tal-għoti tal-benefiċċji ta’ qgħad fl-Istat Membru kompetenti u jekk ma tkun teżisti l-ebda sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta’ residenza.Dik id-dispożizzjoni għandha tiġi rieżaminata fid-dawl tal-esperjenza wara sentejn ta’ implimentazzjoni u, jekk meħtieġ, għandha tiġi emendata. |
(7) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ. |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-terminu “il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej” tinbidel bit-terminu “il-Kummissjoni Ewropea” fit-test kollu. |
(2) |
Tiddaħħal il-Premessa li ġejja:
|
(3) |
L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 9 Dikjarazzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-ambitu ta’ dan ir-Regolament 1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bil-miktub dwar id-dikjarazzjonijiet li saru f’konformità mal-punt (1) tal-Artikolu 1, il-leġiżlazzjoni u l-iskemi msemmija fl-Artikolu 3, il-konvenzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 8(2), il-benefiċċji minimi msemmija fl-Artikolu 58, u n-nuqqas ta’ sistema tal-assigurazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 65a(1), kif ukoll dwar emendi sostanzjali li jsiru sussegwentement. Tali notifiki għandhom jindikaw id-data li minnha ser japplika dan ir-Regolament għall-iskemi speċifikati mill-Istati Membri fihom. 2. Dawn in-notifiki għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni Ewropea kull sena u għandhom jingħataw il-pubbliċità meħtieġa.”. |
(4) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 11: “5. Attività li ssir minn membru tal-ekwipaġġ tat-titjira jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għall-passiġġieri jew għall-merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fi Stat Membru fejn tinsab il-bażi residenzjali, kif definit f’Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.”. |
(5) |
Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f’isem min iħaddem, li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemmhekk, u li tintbagħat minn dak li jħaddem fi Stat Membru ieħor biex taħdem f’isem minn iħaddem, għandha tibqa’ soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm ix-xogħol mhux maħsub li jdum aktar minn 24 xahar u sakemm din il-persuna ma ntbagħtitx biex tieħu post persuna stazzjonata oħra.”. |
(6) |
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta:
|
(7) |
Fl-Artikolu 36, il-paragrafu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej: “2a. L-istituzzjoni kompetenti ma tistax tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 20(1) lil persuna li kellha aċċident fuq il-post tax-xogħol jew li qabditha marda kkaġunata mix-xogħol u li hija intitolata għal benefiċċji li ħa tagħmel tajjeb għalihom dik l-istituzzjoni, fejn it-trattament xieraq għall-kundizzjoni tagħha ma jistax jingħata fl-Istat Membru li hija toqgħod fih f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istat attwali ta’ saħħitha u l-iżvilupp probabbli tal-marda.”. |
(8) |
L-Artikolu 63 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 63 Dispożizzjonijiet speċjali għat-tneħħija tar-regoli dwar ir-residenza Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 7 għandu japplika biss f’każijiet previsti mill-Artikoli 64, 65 u 65a u fil-limiti preskritti fihom.”. |
(9) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 65a Dispożizzjoni speċjali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom li jinsabu totalment qiegħda fejn ma teżisti l-ebda sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta’ residenza 1. B’deroga mill-Artikolu 65, persuna totalment qiegħda li, bħala ħaddiema transkonfinali, reċentement wettqet perjodi sħaħ ta’ assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi ta’ ħidma għal rasha rrikonoxxuti għall-finijiet tal-għoti ta’ benefiċċji ta’ qgħad fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ residenza tagħha u li l-Istat Membru ta’ residenza tagħha bagħat notifika li ma hemm l-ebda possibbilità li kwalunkwe kategorija ta’ persuni li jaħdmu għal rashom tiġi koperta mis-sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad ta’ dak l-Istat Membru, għandha tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi u tagħmel lilha nnifisha disponibbli għalihom fl-Istat Membru li fih hija wettqet l-aħħar attività bħala persuna li taħdem għal rasha u, meta hija tapplika għall-benefiċċji, għandha kontinwament taderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar. Il-persuna totalment qiegħda tista’, bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tar-residenza. 2. Il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti lill-persuna totalment qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 mill-aħħar Stat Membru li l-persuna kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni li dak l-Istat Membru japplika. 3. Jekk il-persuna totalment qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 ma tixtieqx issir jew tibqa’ disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aħħar attività wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru tar-residenza, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis, minbarra għall-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sal-aħħar tal-perjodu tad-dritt għall-benefiċċji.”. |
(10) |
Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha taġixxi b’maġġoranza kwalifikata kif iddefinit fit-Trattati, minbarra meta tkun qed tadotta r-regoli tagħha li għandhom jitfasslu bi qbil reċiproku fost il-membri tagħha. Id-Deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni msemmija fl-Artikolu 72(a) għandhom jingħataw il-pubbliċità meħtieġa.”. |
(11) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 87a Dispożizzjoni transizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 465/2012 1. Jekk, bħala riżultat tar-Regolament (UE) 465/2012, persuna tkun soġġetta, skont it-Titolu II ta’dan ir-Regolament, għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li għalih kienet soġġetta qabel dak id-dħulfis-seħħ, il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru applikabbli qabel dik id-data għandha tkompli tapplika għaliha għal perjodu tranżitorju sa meta s-sitwazzjoni rilevanti tibqa’ ma tinbidilx u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn għaxar snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 465/2012. Tali persuna tista’ titlob li l-perjodu tranżitorju ma jibqgħax jgħodd għaliha. Din it-talba għandha tiġi ppreżentata lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza. Talbiet ippreżentati sad-29 ta’ Settembru 2012 għandhom jitqiesu li ħadu effett mit-28 ta’ Ġunju 2012. Talbiet ippreżentati wara d-29 ta’ Settembru 2012 għandhom jieħdu effett fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara dak tal-preżentazzjoni tagħhom. 2. Mhux aktar tard mid-29 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 65a ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tagħhom. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea, tista’, kif adatt, tippreżenta proposti biex temenda dawn id-dispożizzjonijiet.”. |
(12) |
L-Annessi X u XI huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 6(1), il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 15(1), it-tieni sentenza għandha tinbidel b’dan li ġej: “Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament ta’ implimentazzjoni lill-persuna kkonċernata u għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lil dik il-persuna, skont l-Artikolu 11(3)(b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività.”. |
(4) |
Fl-Artikolu 54, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 62(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tagħha matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha għandha, mingħajr dewmien, fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkalkula l-benefiċċji għall-qgħad li hija tista’ tikseb fl-Istat Membru fejn tinsab, partikolarment is-salarju jew id-dħul professjonali riċevut.”. |
(5) |
L-Artikolu 55 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Fl-Artikolu 56, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: “1. Fejn il-persuna qiegħda tiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 65(2) jew l-Artikolu 65a(1) tar-Regolament bażiku, li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji billi tirreġistra hemm bħala persuna li qed tfittex impjieg, hija għandha tinforma lill-istituzzjoni u lis-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji. Fuq it-talba tas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru li mhux qed jipprovdi l-benefiċċji, is-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna r-reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda u t-tfittxija tagħha għall-impjieg. 2. Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta’ ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru li qed jipprovdi l-benefiċċji għandu jkollhom prijorità. In-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi kollha u/jew tal-attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru li ma jipprovdix il-benefiċċji m’għandhomx jaffettwaw il-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru l-ieħor.”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it- 22 ta’ Mejju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2012 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2012.
(2) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.
(4) ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.
ANNESS
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness XI huwa emendat kif ġej:
|