30.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/17


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 448/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(4)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jeħtieġ li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jpoġġu ċerta informazzjoni dwar id-dejta tal-prestazzjoni storika disponibbli fir-repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (minn hawn ’il quddiem “AETS”). Din l-informazzjoni hija meħtieġa li tkun ipprovduta f’forma standard kif previst mill-AETS u li hija disponibbli għall-pubbliku mill-AETS li għandha tippubblika informazzjoni fil-qosor dwar l-iżviluppi ewlenin osservati. Dawn ir-rekwiżiti jeħtieġ li jiġu supplimentati fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni pprovduta, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rapportar.

(2)

L-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jappartjenu għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li jinsabu fl-Unjoni jistgħu jirrapportaw lir-repożitorju ċentrali separatament. Madankollu, minħabba l-organizzazzjoni funzjonali integrata ħafna tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-livell tal-Unjoni u sabiex ikun iffaċilitat il-fehim tal-istatistika, l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom ikunu mħeġġa jirrapportaw lir-repożitorju ċentrali fuq bażi globali għall-grupp kollu.

(3)

Is-sistema tar-repożitorju ċentrali tiġbor dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u taħżinha ċentralment. Sabiex tgħin lill-parteċipanti fis-suq jevalwaw aħjar l-affidabbiltà tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u b’hekk tgħinhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment, ir-repożitorju ċentrali għandu wkoll jaċċetta fuq bażi volontarja klassifikazzjonijiet ta’ kreditu maħruġa minn aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz li jappartjenu għall-istess grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu iżda mhux approvati fl-Unjoni.

(4)

Biex ikompli jiffaċilita l-fehim tal-istatistika prodotta, ir-rapportar tad-dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu għandu jinkludi kwalunkwe dejta marbuta ma’ tal-anqas l-aħħar għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma għandhiex tkun meħtieġa tirrapporta din id-dejta jekk tista’ turi li din ma tkunx proporzjonata fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tagħha.

(5)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni mill-AETS skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(6)

L-AETS wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqhom dan ir-Regolament huwa bbażat u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Madankollu, l-AETS ma wettqitx analiżi tal-kosti u l-benefiċċji minħabba li qieset li dan kien sproporzjonat mal-impatt tal-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji peress li l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET) ilu jistabbilixxi r-repożitorju ċentrali sa mill-2010 u l-abbozz tal-istandards tekniċi jirrifletti l-operat tas-sistema eżistenti aktar milli japplika rekwiżiti materjali ġodda u għalhekk mhuwiex mistenni li jimponi spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-AETS jew l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jispeċifika r-regoli dwar il-preżentazzjoni tal-informazzjoni, inklużi l-istruttura, il-format, il-metodu u l-perjodu tar-rapportar, li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu huma mitluba jagħmlu disponibbli f’repożitorju ċentrali skont

(a)

l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;

(b)

il-punt 1 tal-Parti II tat-Taqsima E tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009.

KAPITOLU II

STRUTTURA TAR-RAPPORTAR

Artikolu 2

Prinċipji tar-rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti t-tipi ta’ rapporti li ġejjin lir-repożitorji ċentrali stabbiliti mill-AETS:

(a)

rapporti dwar id-dejta kwalitattiva kif stipulati fl-Artikolu 7 u l-Artikolu 9; u

(b)

rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjoni kif stipulati fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 10.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tkun responsabbli għall-preċiżjoni, il-kompletezza u d-disponibbiltà tad-dejta rapportata tagħha. Għandha tiżgura li r-rapporti jkunu pprovduti fil-ħin bl-użu tal-mezzi tar-rapportar fl-Artikolu 11 u skont il-proċedura tar-rapportar fl-Artikolu 13.

3.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tappartjeni għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, il-membri tal-grupp jistgħu jagħtu mandat lil wieħed mill-membri tagħhom biex jirrapporta l-informazzjoni meħtieġa għan-nom tal-grupp. Meta l-membru tal-grupp bil-mandat jirrapporta informazzjoni f’isem il-grupp għandu jidentifika kemm lilu nnifsu kif ukoll lill-membri tal-grupp li f’isimhom ikun qiegħed jirrapporta l-informazzjoni.

Artikolu 3

Klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu rrapportati

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar klassifikazzjoni tal-kreditu għal kull perjodu ta’ rapportar sakemm din il-klassifikazzjoni tal-kreditu tiġi rtirata.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta kemm il-klassifikazzjonijiet mitluba kif ukoll dawk mhux mitluba. Għandha tindika jekk klassifikazzjoni hijiex mitluba jew le.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tirrapporta f’isem grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tinkludi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiżi terzi li jappartjenu għall-istess grupp affiljat li mhumiex użati fl-Unjoni permezz ta’ approvazzjoni. Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tirrapportax tali dejta għandha tagħti spjegazzjoni fir-rapport tad-dejta kwalitattiva tagħha.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu li jkopru mill-inqas l-aħħar għaxar snin qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ma ħarġitx klassifikazzjonijiet tal-kreditu qabel is-7 ta’ Diċembru 1999, għandha tirrapporta dejta għall-perjodi ta’ rapportar wara l-ewwel data li fiha tkun ħarġet klassifikazzjoni tal-kreditu. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mhijiex meħtieġa tirrapporta fir-rigward ta’ perjodi tal-klassifikazzjoni li seħħew qabel ir-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 jekk tista’ turi li dan ir-rapportar ta’ dejta ma jkunx proporzjonat fid-dawl tal-iskala u l-kumplessità tagħha.

5.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dawn it-tipi ta’ klassifikazzjonijiet:

(a)

klassifikazzjonijiet korporattivi;

(b)

klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati;

(c)

klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

Artikolu 4

Klassifikazzjonijiet korporattivi

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar klassifikazzjonijiet korporattivi fuq il-bażi tal-emittent.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tittratta klassifikazzjonijiet ta’ sussidjarja ta’ intrapriża bħala klassifikazzjoni individwali jew le. Dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega l-politika magħżula.

3.   Meta tirrapporta klassifikazzjonijiet korporattivi l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjonijiet fi ħdan wieħed mis-segmenti industrijali speċifikati fl-element 18 tat-Tabella 1 tal-Anness II.

4.   Meta disponibbli għandha tiġi rapportata kemm dejta tal-klassifikazzjonijiet korporattivi għal perjodu ta’ żmien qasir kif ukoll għal perjodu ta’ żmien twil. Għal klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ zmien twil għandu jiġi rrapportat l-emittent. Fejn klassifikazzjoni tal-emittent mhijiex disponibbli, għandha tiġi rrapportata l-klassifikazzjoni tad-dejn fit-tul mhux garantit. Fejn klassifikazzjonijiet ta’ muniti barranin u lokali huma disponibbli, għandha tiġi rrapportata biss il-klassifikazzjoni tal-munita barranija.

Artikolu 5

Klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati

1.   Soġġett għall-karatteristiċi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 2 u 3, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien twil abbażi tal-ħruġ għal strumenti finanzjarji strutturati.

2.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien twil abbażi tal-emittent għal veikoli finanzjarji strutturati u strutturi simili.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien qasir abbażi tal-ħruġ għal karti kummerċjali abbażi ta’ assi.

4.   Meta tirrapporta klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjoni f’waħda minn dawn il-klassijiet ta’ assi li ġejjin:

(a)

Titoli abbażi ta’ assi. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet tas-subassi ta’ self għal vetturi/dgħajjes/ajruplani, self għall-istudenti, self għall-konsum, self għall-kura tas-saħħa, self għal djar mobbli, self għal films, self għal utilitajiet, kiri ta’ tagħmir, reċevibbli fuq karti tal-kreditu, rahan ta’ taxxa, self improduttiv, noti marbuta ma’ kreditu, self għal veikoli ta’ rikreazzjoni, u reċevibbli kummerċjali;

(b)

Titoli abbażi ipotekarja residenzjali. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet tas-subassi ta’ titoli abbażi ipotekarja residenzjali prima u titoli abbażi ipokaterja residenzjali mhux prima u self fuq l-ekwità tad-dar;

(c)

Titoli abbażi ipotekarja kummerċjali. Dan il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet subassi ta’ self għal proprjetà kummerċjali jew uffiċċji, self għal kura ġo sptar, residenzi tal-kura, faċilitajiet tal-ħżin, self għal lukandi, faċilitajiet ta’ infermerija, self industrijali, u proprjetajiet multifamiljari;

(d)

Obbligi kollateralizzati ta’ dejn. Din il-klassi ta’ assi tinkludi l-klassijiet ta’ subassi ta’ obbligi kollateralizzati ta’ dejn, obbligi kollateralizzati ta’ bonds, obbligi kollateralizzati sintetiċi, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ segment wieħed, obbligi kollateralizzati ta’ fondi, obbligi kollateralizzati ta’ bonds, obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ titoli abbażi ta’ assi u obbligi kollateralizzati ta’ dejn ta’ obbligi kollateralizzati ta’ dejn;

(e)

Karti kummerċjali abbażi ta’ assi;

(f)

Strumenti finanzjarji strutturati oħra li mhumiex inklużi fil-klassijiet tal-assi preċedenti, inklużi bonds strutturati koperti, veikoli ta’ investiment strutturat, titoli marbuta ma’ assigurazzjoni u kumpaniji ta’ prodotti derivattivi.

5.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispeċifika f’liema klassi ta’ assi u klassi ta’ subassi (fejn applikabbli) kull strument klassifikat jappartjeni.

6.   Għall-iskop tal-element 17 tat-Tabella 1 tal-Anness II, il-kodiċi tal-pajjiż użat għal strument għandu jkun dak tal-pajjiż tad-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottosanti. Fejn mhuwiex possibbli li jiġi identifikat id-domiċilju tal-maġġoranza tal-assi sottostanti, l-istrument klassifikat għandu jaqa’ taħt il-klassi “Internazzjonali”.

Artikolu 6

Klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi abbażi tal-emittent. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikklassifika l-klassifikazzjonijiet f’wieħed mis-setturi li ġejjin:

(a)

klassifikazzjonijiet sovrani tal-munita lokali;

(b)

klassifikazzjonijiet sovrani tal-munita barranija;

(c)

klassifikazzjonijiet subsovrani u ta’ muniċipalitajiet bħal stati u gvernijiet lokali;

(d)

klassifikazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet sovranazzjonali bħal dawk ta’ istituzzjonijiet stabbiliti, posseduti u kontrollati minn aktar minn azzjonist gvern sovran wieħed inklużi organizzazzjonijiet koperti mill-kodiċi U (Attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet u entitajiet ekstraterritorjali) skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ’il quddiem “NACE”); (3)

(e)

klassifikazzjonijiet ta’ entitajiet pubbliċi inklużi dawk koperti minn kodiċijiet NACE O (Amministrazzjoni pubblika u difiża; sigurtà soċjali obbligatorja), P (Edukazzjoni) u Q (Attivitajiet marbuta mas-saħħa umana u l-ħidma soċjal).

2.   F’kull settur għandhom jiġi rrapportati l-klassifikazzjonijiet għal perjodu ta’ żmien qasir u twil tal-emittent. Fejn klassifikazzjoni tal-emittent mhijiex disponibbli, għandha tiġi rrapportata l-klassifikazzjoni tad-dejn fit-tul.

3.   Għall-fini tal-element 17 tat-Tabella 1 tal-Anness II, fejn l-ebda pajjiż speċifiku ma jista’ jiġi identifikat bħala l-pajjiż tal-ħruġ fil-każ ta’ organizzazzjonijiet sovranazzjonali kif speċifikat fil-punt (d) tal-paragrafu (1), l-emittent klassifikat għandu jiġu kklassifikat bħala “Internazzjonali”.

KAPITOLU III

FORMAT TAR-RAPPORTAR

Artikolu 7

Dejta kwalitattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi rapporti dwar id-dejta kwalitattiva fil-format speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness I. B’mod partikolari, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi dejta kwalitattiva fuq l-iskala tal-klassifikazzjoni tagħha li tispjega l-karatteristiċi individwali u t-tifsira ta’ kull klassifikazzjoni. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tirrapporta sa sitt skali tal-klassifikazzjoni. Mhux aktar minn skala waħda tal-klassifikazzjoni tista’ tiġi rrapportata fir-rigward ta’ kwalunkwe kombinazzjoni partikolari ta’ orizzonti ta’ żmien u tip ta’ klassifikazzjoni.

2.   Meta aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu toħroġ klassifikazzjonijiet għal orizzont ta’ żmien u t-tip ta’ klassifikazzjoni partikolari u tuża iktar minn skala tal-klassifikazzjoni waħda, fir-rapporti dwar id-dejta kwalitattiva għandha tirrapporta biss l-iskala tal-klassifikazzjoni użata għall-maġġoranza numerika ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet. Klassifikazzjonijiet li jużaw skala tal-klassifikazzjoni li ma tkunx ġiet rrapportata skont dan il-paragrafu ma għandhomx jiġu rrapportati fir-rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjoni.

3.   Skala tal-klassifikazzjoni fiha għadd indeterminat ta’ kategoriji wiesgħa ta’ klassifikazzjoni li jistgħu jinkludu bħala subkategoriji għadd indeterminat ta’ livelli. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta ż-żewġ kategoriji ta’ klassifikazzjoni u livelli fejn applikabbli.

Artikolu 8

Dejta dwar il-klassifikazzjoni

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tipprovdi rapporti dwar id-dejta tal-klassifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 fil-format speċifikat fit-Tabella 1 tal-Anness II.

2.   Għall-fini tal-element 12 tat-Tabella 1 tal-Anness II, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta inadempjenza fir-rigward ta’ klassifikazzjoni fejn iseħħ wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:

(a)

il-klassifikazzjoni tindika li seħħet inadempjenza skont id-definizzjoni ta’ inadempjenza tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;

(b)

il-klassifikazzjoni ġiet irtirata minħabba l-insolvenza tal-entità kklassifikata jew minħabba ristrutturar tad-dejn;

(c)

kull meta l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tikkunsidra entità kklassifikata jew strument ikklassifikat bħala inadempjenti, materjalment indebolit jew ekwivalenti.

3.   Ir-rapporti kollha tal-klassifikazzjoni li jiġu rtirati matul perjodu speċifiku ta’ rapportar għandhom jingħataw raġuni għall-irtirar fl-element 11 tat-Tabella 1 tal-Anness II. Il-klassifikazzjonijiet li ġew irtirati qabel is-7 ta’ Settembru 2010 jistgħu jiddaħħlu fil-kategorija “tmiem tal-klassifikazzjoni minħabba raġunijiet oħra”.

Artikolu 9

Tibdil u kanċellazzjonijiet tad-dejta kwalitattiva

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta tibdil u kanċellazzjoni tad-dejta kwalitattiva rapportata fejn dan ikun meħtieġ biex:

(a)

jiġu riflessi l-bidliet f’dejta kwalitattiva;

(b)

jiġu kkoreġuti żbalji fattwali fir-rapportar tal-iskala tal-klassifikazzjoni.

2.   Għal bidliet fid-dejta kwalitattiva, minbarra dejta dwar l-iskala ta’ klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat rapport ġdid li jkun fih dejta aġġornata. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat rapport ġdid dwar id-dejta kwalitattiva biss jekk ikun hemm bidla fi kwalunkwe dejta, u għandha tiġi rapportata biss id-dejta li tkun inbidlet. Fil-każ ta’ bidla fil-metodoloġija, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta d-dejta kwalitattiva aġġornata u tista’ tirreferi għal informazzjoni addizzjonali dwar bidliet fil-metodoloġija storika pprovduti fil-websajt tagħha.

3.   Fejn bidla ta’ skala tal-klassifikazzjoni tkun limitata għat-titli tal-kategoriji jew il-livelli, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat ir-rapport dwar id-dejta kwalitattiva li jkun fih rekord aġġornat tal-skala tal-klassifikazzjoni preċedenti (identifikata permezz tal-identifikatur uniku tal-klassifikazzjoni tagħha) bit-titli u d-deskrizzjonijiet immodifikati kif xieraq. L-elementi l-oħra li jirrelataw mal-iskala tal-klassifikazzjoni għandhom jiġu inklużi fir-rapport mingħajr bidliet. Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness I.

4.   Fejn isseħħ bidla materjali fi skala tal-klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiddikjara skala ġdida tal-klassifikazzjoni u twettaq il-passi li ġejjin:

(a)

għandu jintbgħat fajl kwalitattiv b’rekord aġġornat tal-iskala tal-klassifikazzjoni preċedenti li jimmodifika d-data ta’ tmiem il-validità għad-data ta’ tmiem il-perjodu tar-rapportar preċedenti. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 1 tal-Anness I;

(b)

l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni b’identifikatur uniku ġdid u data tal-bidu tal-validità tal-ewwel perjodu ta’ rapportar li għalih hija valida;

(c)

ladarba aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tkun irċeviet fajl ta’ feedback mir-repożitorju ċentrali li jikkonferma li l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni ġiet aċċettata, għandha tibgħat il-fajls tad-dejta tal-klassifikazzjoni korrispondenti għall-ewwel perjodu ta’ rapportar li għalih tapplika l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni billi tuża l-skala l-ġdida tal-klassifikazzjoni.

5.   Fejn skala tal-klassifikazzjoni tiġi kkanċellata, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha twettaq il-passi li ġejjin:

(a)

il-kanċellazzjoni għandha sseħħ qabel l-aġenzija tal-klassiifkazzjoni tal-kreditu tirrapporta kwalunkwe dejta tal-klassifikazzjoni lir-repożitorju ċentrali b’rabta ma’ dik skala tal-klassifikazzjoni. Fil-każ li d-dejta tal-klassifikazzjoni kienet diġà ġiet irrapportata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkanċella d-dejta tal-klassifikazzjoni kollha li tuża l-iskala preċedenti tal-klassifikazzjoni;

(b)

l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat fajl tad-dejta kwalitattiva li fih il-kanċellazzjoni tal-skala tal-klassifikazzjoni. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness I.

Artikolu 10

Kanċellazzjoni tad-dejta tal-klassifikazzjoni u r-rapportar storiku tad-dejta tal-klassifikazzjoni

1.   Fejn jiġu identifikati żbalji fattwali fid-dejta tal-klassifikazzjoni li ġiet irrapportata, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta l-kanċellazzjoni ta’ dak id-dejta tal-klassifikazzjoni u għandha tibdel id-dejta tal-klassifikazzjoni kkanċellata.

2.   Meta tikkanċella dejta tal-klassifikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tieħu waħda mill-miżuri li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ rekord tal-klassifikazzjoni tal-perjodu ta’ rapportar attwali, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-elementi speċifikati fit-Tabella 2 tal-Anness II. Ladarba r-rekord oriġinal ikun ġie kkanċellat, għandha tibgħat verżjoni ġdida tar-rekord;

(b)

fil-każ ta’ rekord tal-klassifikazzjoni ta’ perjodi preċedenti ta’ rapportar, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tista’ tikkanċella d-dejta tal-klassifikazzjoni oriġinali għal perjodi kollha rapportati billi tuża l-element speċifikat fit-Tabella 2 tal-Anness II inkluża r-raġuni għall-kanċellazzjoni u mbagħad tibdel il-verżjoni oriġinali tar-rekord għall-perijodi kollha bl-użu tal-proċedura deskritta fl-Artikolu 3(4).

3.   Meta tirrapporta dejta dwar il-klassifikazzjoni retroattivament, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha żżid mal-elementi tal-klassifikazzjoni l-perjodu tar-rapportar storiku tal-klassifikazzjoni u r-raġuni għar-rapportar tad-dejta tal-klassifikazzjoni storika, kif speċifikat fl-elementi 24 u 25 tat-Tabella 1 tal-Anness II.

KAPITOLU IV

METODU TA’ RAPPORTAR

Artikolu 11

Mezzi tar-rapportar u t-trasferiment tad-dejta

1.   Sabiex tirrapporta dejta lir-repożitorju ċentrali, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tuża l-faċilitajiet tar-rapportar tas-sistema tar-repożitorju ċentrali.

2.   Il-fajls kollha mibgħuta lil u li jaslu mingħand ir-repożitorju ċentrali għandhom ikunu fil-format XML konformi mal-iskemi XSD maħruġa mill-AETS.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha ssemmi l-fajls skont il-konvenzjoni tal-ismijiet maħruġa mill-AETS.

4.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha taħżen il-fajls mibgħuta lil u li jaslu mingħand ir-repożitorju ċentrali f’forma elettronika għal mill-inqas ħames snin. Dawn il-fajls għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-AETS meta jintalbu.

Artikolu 12

Prinċipji tal-iskambju tal-fajls u l-perjodi tar-rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat il-fajls kollha li jkopru pejodu ta’ rapportar speċifiku fil-perjodu tal-prepubblikazzjoni sussegwenti lir-repożitorju ċentrali. Dan ir-rekwiżit ikopri kemm il-fajls tad-dejta kwalitattiva kif ukoll il-fajls tad-dejta tal-klassifikazzjoni.

2.   Il-perjodu tar-rapportar għandu jkopri perjodu ta’sitt xhur li jdum mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju jew mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru. Il-perjodu tal-prepubblikazzjoni huwa perjodu ta’ tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar rispettiv, li jibda mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu u mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru. Il-bidu u t-tmiem ta’ perjodu tal-prepubblikazzjoni u perjodu ta’ rapportar għandu jkun determinat mill-Ħin tal-Ewropa Ċentrali.

3.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-ewwel tibgħat dejta kwalitattiva. Għandha tibgħat fajls tad-dejta dwar il-klassifikazzjoni biss meta tkun irċeviet fajl ta’ feedback mir-repożitorju ċentrali li jivverifika d-dejta kwalitattiva.

4.   Matul kull perjodu ta’ prepubblikazzjoni, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tissottometti fajls tad-data dwar il-klassifikazzjoni lir-repożitorju ċentrali li jinkludu l-informazzjoni kollha kif speċifikat fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness II. Kanċellazzjonijiet ta’ dejta dwar il-klassifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati skont l-Artikolu 10.

5.   L-ewwel darba li aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tirrapporta lir-repożitroju ċentrali, għandha tibgħat fajl tad-dejta kwalitattiva li jinkludi d-dejta kwalitattiva kollha kif speċifikat fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness I. Sussegwentement, dik l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta biss skali ġodda tal-klassifikazzjoni, aġġornamenti u kanċellazzjonijiet tad-dejta kwalitattiva skont l-Artikolu 9.

6.   Barra minn hekk fl-ewwel rapport tagħha lir-repożitorju ċentrali, aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tirrapporta wkoll id-dejta storika skont l-Artikolu 3(4). Dak ir-rapportar għandu jitwettaq f’ordni kronoloġika tal-perjodi tar-rapportar u jibda mill-aktar wieħed antik.

Artikolu 13

Proċedura ta’ rapportar

1.   Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiżgura li l-informazzjoni mibgħuta lir-repożitorju ċentrali tikkorrispondi mar-rekords interni tagħha. F’kull perjodu tal-prepubblikazzjoni, il-fajls rilevanti kollha għandhom jintbagħtu f’ordni kronoloġika u l-iżbalji għandhom ikunu kkoreġuti fil-perjodu tal-prepubblikazzjoni.

2.   Ir-repożitorju ċentrali għandu jibgħat fajl ta’ feedback lill-aġenzija tal-klassifkazzjoni tal-kreditu għal kull fajl tad-dejta rrapportat li jikkonferma li l-fajl wasal u ttella’ korrettament jew li jinforma lill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar l-iżbalji skoperti. Meta r-repożitorju ċentrali jsib żball, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tibgħat il-korrezzjonijiet fiż-żmien dovut kif ġej:

(a)

għal żbalji tal-fajl, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkoreġi l-iżball kif indikat fil-fajl tal-feedback u terġa’ tibgħat il-fajl kollu mill-ġdid;

(b)

għal żbalji fil-kontenut, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tikkoreġi l-iżbalji kif indikat fil-fajl tal-feedback u terġa’ tibgħat ir-rekords ikkoreġuti biss;

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS I

Lista ta’ elementi għal fajl tad-dejta kwalitattiva

Tabella 1:   Lista ta’ elementi kummerċjali għall-ewwel dikjarazzjoni u l-aġġornament ta’ fajl tad-dejta kwalitattiva

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

CRA Name

L-isem użat biex jidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fl-interfaċċja tal-web tas-CEREP. Għandu jikkorrispondi mal-isem użat mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fil-proċess tar-reġistrazzjoni u fil-proċeduri superviżorji l-oħra kollha mal-AETS. Fil-każ li membru ta’ grupp ta’ aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jirrapporta għall-grupp kollu għandu jkun l-isem li jirreferi għal grupp ta’ aġenziji tal-klassifkazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

2

CRA Description

Deskrizzjoni qasira tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

3

CRA Methodology

Deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-klassifikazzjoni tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. L-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha l-possibbiltà li tiddeskrivi l-karatteristiċi uniċi tal-metodoloġija tagħha tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

4

Solicited and unsolicited ratings policies

Deskrizzjoni tal-politika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu dwar il-klassifikazzjonijiet mitluba u mhux mitluba. Jekk jeżistu aktar minn politika waħda, għandhom jiġu speċifikati t-tipi rilevanti ta’ klassifikazzjonijiet applikabbli għal kull politika.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

5

Subsidiary ratings policy

Deskrizzjoni tal-politika dwar ir-rapportar tal-klassifikazzjonijiet tas-sussidjarji.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet. Applikabbli biss għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li joħorġu klassifikazzjonijiet korporattivi.

6

Geographical reporting scope

Deskrizzjoni jekk hemmx kopertura globali. Jekk il-kopertura mhix globali, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tispjega għaliex le.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

Għażla ta’ tag XML globali/mhux globali biex tidentifika jekk il-kopertura hijiex globali jew le. Fil-każ li tintgħażel kopertura mhux globali huwa madatorju subelement biex tiġi spjegata r-raġuni.

7

Definition of default

Tiddeskrivi d-definizzjoni ta’ inadempjenza mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorju għar-rapportar inizjali jew fil-każ ta’ bidliet.

8

Rating scale identifier

Jidentifika unikament skala ta’ klassifikazzjoni speċifika tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

Mandatorja jekk skala ta’ klassifikazzjoni trid tiġi rrapportata jew aġġornata.

9

Rating scale validity start date

Id-data li minnha l-iskala tal-klassifikazzjoni tibda tkun valida (BOP). Għandha tikkorrispondi għal data valida tal-bidu tal-perjodu ta’ rapportar eżistenti fis-sistema. Id-data ma għandhiex tissovrappożizzjona ruħha ma’ skali tal-klassifikazzjoni diġà rapportati għall-istess skop.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

10

Rating scale validity end date

L-aħħar data li skala tal-klassifikazzjoni hija valida (EOP). Għandha tikkorrispondi għal data valida tat-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar eżistenti fis-sistema. Jekk l-ebda data speċifika ta’ tmiem il-validità mhi magħrufa, jew hija fil-futur, din għandha tiġi ddikjarata bħala 9999-01-01. Id-data ma għandhiex tissovrappożizzjona ruħha ma’ skali tal-klassifikazzjoni diġà rapportati għall-istess skop.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

11

Time horizon

Jidentifika l-applikabbiltà tal-iskala tal-klassifikazzjoni abbażi tal-orizzont ta’ żmien. Il-kombinazzjoni ta’ tip ta’ klassifikazzjoni u l-orizzont taż-żmien għandha tkun valida.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

“L” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet fit-tul,

“S” fil-każ li l-iskala ta’ klassifikazzjoni tkun applikabbli għal klassifikazzjonijiet fil-qosor.

12

Rating type

Jidentifika l-applikabbiltà tal-iskala tal-klassifikazzjoni abbażi tat-tip ta’ klassifikazzjoni. Il-kombinazzjoni ta’ tip ta’ klassifikazzjoni u l-orizzont taż-żmien għandha tkun valida.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

“C” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjoni korporattiva,

“S” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjoniijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi,

“T” fil-każ li l-iskala tal-klassifikazzjoni hija applikabbli għal klassifikazzjonita’ finanzjamenti struturati.

13

Rating category label

Jidentifika kategorija ta’ klassifikazzjoni speċifika fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

14

Rating category description

Definizzjoni tal-kategorija tal-klassifikazzjoni fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

15

Rating category value

Ordni tal-kategorija tal-klassifikazzjoni fl-iskala tal-klassifikazzjoni, meta l-livelli jitqiesu bħala subkategoriji.

Mandatorju jekk “l-identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni” jiġi rrapportat.

L-ordinali huwa valur ta’ intiġer b’ valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 20. Id-dikjarazzjoni tal-valuri tal-kategoriji tal-klassifikazzjoni trid tkun konsekuttiva. Għandu jkun hemm bħala minimu kategorija waħda għal kull klassifikazzjoni.

16

Notch label

Jidentifika livell speċifiku fl-iskala ta’ klassifikazzjoni. Il-livelli jipprovdu dettall addizzjonali għall-kategorija ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

17

Notch description

Definizzjoni tal-livell fl-iskala ta’ klassifikazzjoni.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

18

Notch value

Ordni tal-livell fl-iskala ta’ klassifikazzjoni. Il-valur tal-livell huwa l-valur li huwa assenjat għal kull klassifikazzjoni, biex tiġi identifikata l-klassifikazzjoni fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull perjodu.

Mandatorju jekk jiġi ddikjarat livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Il-valur tal-livell huwa intiġer b’valur minimu ta’ 1 u valur massimu ta’ 99. Valuri mogħtija jridu jkunu konsekuttivi. Hemm għadd indefinit ta’ livelli li jappartjenu għal kull kategorija ta’ klassifikazzjoni speċifika.


Tabella 2:   Element għall-kanċellazzjoni ta’ skali tal-klassifikazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Identifikatur tal-iskala ta’ klassifikazzjoni

L-identifikatur tal-iskala tal-klassifikazzjoni li se jiġu kkanċellati.

Mandatorju


Tabella 3:   Lista ta’ elementi tekniċi għal fajl tad-dejta kwalitattiva

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Language

Tiddefinixxi l-lingwa tal-fajl.

Mandatorju.

ISO 639-1.

2

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex tidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju.

ISO 9362.

3

Version

Il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju.

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni.

4

Creation date

Id-data li fiha nħoloq il-fajl.

Mandatorju.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601

(SSSS-XX-JJ).

5

Creation time

Il-ħin li fih inħoloq il-fajl. Għandu jkun irrapportat f’ħin lokali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tiġġenera l-fajl u espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC) +/– sigħat.

Mandatorju.

Il-format tal-ħin skont l-ISO 8601

(SS-MM-SS).

6

Creation time offset

Tindika li ntużat tpaċija fil-ħin lokali għall-ħolqien tal-fajl SS qabel jew wara l-UTC. Subelementi separati b’valuri (+/–) SS, li għandhom jiġu aġġustat għall-ħin tas-sajf.

Mandatorju.


ANNESS II

Lista ta’ elementi għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Tabella 1:   Lista ta’ elementi kummerċjali għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Rating identifier

Identifikatur uniku tal-klassifikazzjonijiet, li għandu jinżamm kif inhu matul iż-żmien.

Mandatorju.

2

Rating name

Isem jew deskrizzjoni tal-klassifikazzjoni. Għandu jidentifika l-klassifikazzjoni, l-istrument jew l-emittent ikklassifikat.

Fakultattiv.

3

Internal instrument identifier

Kodiċi uniku biex jidentifika l-istrument finanzjarju kklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (mhux veikoli finanzjarji ta’ investiment strutturat (SIV)).

4

Standard instrument identifier

Numru ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli Internazzjonali (ISIN) tal-istrument klassifkat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Fakultattiv.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati (mhux SIV).

Kodiċi ISO 6166.

5

Internal issuer identifier

Identifikatur uniku tal-emittent (jew tal-kumpanija prinċipali tal-emittent). Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet korporattivi, sovrani u tal-finanzi pubbliċi u SIV.

6

Standard issuer identifier

Kodiċi Uniku tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-emittent. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Fakultattiv.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet korporattivi, sovrani tal-finanzi pubbliċi u SIV.

Kodiċi ISO 9362.

7

Rating BOP

Valur tal-livell fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar Għandu jkun identiku għall-EOP tal-klassifikazzjoni tal-perjodu preċedenti, ħlief fil-każ ta’ bidliet fl-iskala tal-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li kienu jeżistu fil-bidu tal-perjodu tar-rapportar.

8

Rating EOP

Valur tal-livell fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

Mandatorju.

Applikabbli biss għal klassifikazzjonijiet li kien jeżistu fi tmiem il-perjodu tar-rapportar.

9

New rating

Tindika li l-klassifikazzjoni ġiet iġġenerata għall-ewwel darba matul il-perjodu tar-rapportar.

Mandatorju.

10

Withdrawal

Tindika li l-klassifikazzjoni ġiet irtirata matul il-perjodu tar-rapportar. Ladarba rtirata, din il-klassifikazzjoni speċifika ma għandhiex tiġi rrapportata aktar fil-perjodi ta’ rapportar sussegwenti.

Mandatorju jekk il-klassifikazzjoni ġiet irtirata matul il-perjodu tar-rapportar.

11

Withdrawal reason

Raġuni għal fejn intuża l-element “irtirar”.

Mandatorju jekk l-element “irtirar” huwa rrapportat.

“1” fil-każ ta’ informazzjoni dwar l-emittent/ħruġ hija inkorretta jew insuffiċjenti,

“2” fil-każ ta’ insolvenza tal-entità kklassifikata jew ristrutturazzjoni tad-dejn,

“3” fil-każ ta’ riorganizzazzjoni tal-entità kklassifikata inkluża l-fużjoni jew l-akkwisizzjoni tal-entità kklassifikata,

“4” fil-każ ta’ tmiem tal-maturità tal-obbligu tad-dejn,

“5” f’każ ta’ invalidità awtomatika tal-klassifikazzjoni minħabba l-mudell tan-negozju tal-aġenzija ta’ kreditu kklassifikata,

“6” fil-każ ta’ tmiem il-klassifikazzjoni minħabba raġunijiet oħra.

12

Default

Jidentifika jekk emittent jew strument kklassifikat ikun ser inadempjenti matul il-perjodu tar-rapportar, kif speċifikat fl-Artikolu 9(2)

Mandatorju.

13

Solicited/Unsolicited

Klassifikazzjoni tal-kreditu tkun meqjusa mhux mitluba, jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu ma tkunx inbdiet fuq talba tal-emittent jew tal-entità kklassifikata. Klassifikazzjoni tal-kreditu tkun meqjusa bħala mitluba, jekk inbdiet mill-emittent, l-entità kklassifikata jew l-aġent tagħha.

Mandatorju.

“S” fil-każ li l-klassifikazzjoni hija mitluba,

“U” fil-każ li l-klassifikazzjoni hija mhijiex mitluba,

“N” fil-każ li din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal perjodi ta’ rapportar qabel is-7 ta’ Settembru 2010.

14

Location of the issuance of the rating

Jiddefinixxi minn min hija maħruġa l-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

“I” fejn il-klassifikazzjoni hija maħruġa fl-UE minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009,

“E” fejn klassifikazzjoni ġiet approvata skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009,

“T” fejn il-klassifikazzjoni hija maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ċċertifikata skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 kif emendat,

“N” fejn din l-informazzjoni mhijiex disponibbli għal perjodi ta’ rapportar qabel is-7 ta’ Settembru 2010,

“O” fi kwalunkwe każ ieħor.

15

Time horizon

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hijiex klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien qasir jew twil. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

“S” jekk hija klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien qasir,

“L” għal klassifikazzjoni ta’ perjodu ta’ żmien twil.

16

Rating type

Tidentifika jekk il-klassifikazzjoni hijiex korporattiva, jew sovrana u tal-finanzi pubbliċi jew ta’ finanzjamenti strutturati. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

“C” għal klassifikazzjoni korporattiva,

“S” għal klassifikazzjoni sovrana u tal-finanzi pubbliċi,

“T” għal klassifikazzjoni ta’ finanzjament strutturat.

17

Country

Kodiċi tal-pajjiż tal-emittent/strument ikklassifikat.

Mandatorju.

ISO 3166-1. Il-kodiċi “ZZ” għandu jintuża biex jidentifika l-kategorija “internazzjonali”.

18

Industry

Is-segment industrijali tal-emittent.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijiet korporattivi.

“FI” fil-każ ta’ istituzzjoni finanzjarja inklużi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti ta’ investiment,

“IN” fil-każ li tkun impriża tal-assigurazzjoni,

“CO” fil-każ li tkun emittent korporattiv li mhuwiex ikkunsidrat istituzzjoni finanzjarja jew impriża tal-assigurazzjoni.

19

Sector

Jispeċifika subkategoriji għal klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijiet sovrani u tal-finanzi pubbliċi.

“FC” għal klassifikazzjoni ta’ munita barranija sovrana,

“SL” għal klassifikazzjoni ta’ munita lokali sovrana,

“SM” għal klassifikazzjoni subsovrana jew ta’ muniċipalità,

“SO” għal klassifikazzjoni ta’ organizzazzjoni sovranazzjonali,

“PE” għal klassifikazzjoni ta’ entità pubblika.

20

Asset class

Jiddefinixxi l-klassijiet ewlenin tal-assi għall-klassifikazzjonijiet tal-finanzjamenti strutturati.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijet ta’ finanzjamenti strutturati.

“ABS” għal titolu abbażi ta’ assi,

“RMBS” għal titolu abbażi ipotekarja residenzjali,

“CMBS” għal titolu abbażi ipotekarja kummerċjali,

“CDO” għal obbligu kollateralizzat ta’ dejn,

“ABCP” għal karti kummerċjali abbażi ta’ assi,

“OTH” fil-każijiet l-oħra kollha.

21

Sub-asset

Jiddefinix il-klassijiet tas-subassi għal klassifikazzjonijiet ABS, RMBS u CDO.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassijiet definiti ta’ assi għal klassifikazzjonijiet ta’ finanzjamenti strutturati.

Għal ABS:

“CCS” għal karta tal-kreditu riċevibbli abbażi ta’ titolu,

“ALB” għal self għal karozzi abbażi ta’ titolu,

“OTH” għal tip ieħor ta’ ABS.

Għal RMBS:

“HEL” għal self fuq l-ekwità ta’ dar,

“PRR” għal RMBS prima,

“NPR” għal RMBS mhux prima.

Għal CDO:

“CFH” għal fluss ta’ flus jew ibridi CDO/CLO,

“SDO” għal CDO/CLO sintetiku,

“MVO” għal valur tas-suq CDO.

22

Vintage year

Jispeċifika s-sena tal-ħruġ tal-istrument ikklassifikat. Għandu jinżamm l-istess matul iż-żmien.

Mandatorju.

Applikabbli għal klassifikazzjonijet ta’ finanzjamenti strutturati.

23

Responsible CRA unique identifier

Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-entità responsabbli għall-klassifikazzjoni, jiġifieri fil-każ għal:

klassifikazzjoni maħruġa fl-UE, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li ħarġet il-klassifikazzjoni;

klassifikazzjoni approvata, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 li approvat il-klassifikazzjoni;

klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tkun ġiet iċċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-entità ċertifikata;

klassifikazzjoni maħruġa f’pajjiż terz iżda mhux approvata minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rreġistrata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li ħarġet il-klassifikazzjoni.

Mandatorju.

ISO 9362.

24

Historical reporting period of the rating

Jidentifika l-perjodu tar-rapportar tal-klassifikazzjoni, jekk fil-passat. Għandu jintuża jekk il-klassifikazzjoni hija rrapportata għal perjodu ta’ pubblikazzjoni għall-korrezzjoni ta’ żbalji fattwali.

Fakultattiv.

Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ).

25

Reason for historical rating reporting

Ir-raġuni għaliex il-klassifikazzjoni hija rrapportata għal perjodu rrapportat preċedentement.

Mandatorju jekk il-element “Perjodu ta’ rapportar storiku tal-klassifikazzjoni” huwa rapportat.


Tabella 2:   Lista ta’ elementi għall-kanċellazzjoni tad-dejta dwar il-klassifikazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Rating identifier

Dikjarazzjoni ta’ identifikatur tal-klassifikazzjoni eżistenti li għandu jiġi kkanċellat.

Mandatorju.

2

Reason for Historic Cancellation

Ir-raġuni għaliex il-klassifikazzjoni qed tiġi kanċellata għal perjodi rapportati preċedentement kollha.

Fakultattiv.

Mandatorju fil-każ ta’ kanċellazzjoni sħiħa (kanċellazzjoni tal-klassifikazzjoni għall-perjodi kollha).


Tabella 3:   Lista ta’ elementi tekniċi għal fajl tad-dejta dwar il-klassifkazzjoni

Nru

Identifikatur tal-element

Deskrizzjoni

Tip

Standard

1

Language

Tiddefinixxi l-lingwa tal-fajl.

Mandatorju

ISO 639-1

2

CRA unique identifier

Kodiċi użat internament mis-sistema biex jidentifika l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Għandu jkun il-Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tibgħat il-fajl.

Mandatorju

ISO 9362

3

Version

Il-verżjoni tad-Definizzjoni tal-Iskema XML (XSD) użata biex tiġġenera l-fajl.

Mandatorju

Għandha tkun in-numru eżatt tal-verżjoni

4

Creation date

Id-data li fiha nħoloq il-fajl.

Mandatorju

Il-format tad-data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ)

5

Creation time

Il-ħin li fih inħoloq il-fajl. Għandu jkun irrapportat f’ħin lokali tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tiġġenera l-fajl u espressa bħala Ħin Universali Kkoordinat (UTC) +/– sigħat.

Mandatorju

Il-format tal-Ħin skont l-ISO 8601 (SS-MM-SS)

6

Creation time offset

Tindika li ntużat tpaċija tal-ħin lokali għall-ħolqien tal-fajl SS qabel jew wara l-UTC. Subelementi separati b’valuri (+/–) SS, li għandhom jiġu aġġustati għall-ħin tas-sajf.

Mandatorju

7

Reporting period

Jidentifika l-perjodu tar-rapportar tal-fajl. Jikkorrispondi għad-data tal-bidu tal-perjodu.

Mandatorju

Il-format tad-Data skont l-ISO 8601 (SSSS-XX-JJ) tal-BOP

8

Number of records

L-ammont totali tar-rekords tal-klassifikazzjonijiet fil-fajl, inklużi dikjarazzjonijiet u kanċellamenti ta’ klassifikazzjonijiet.

Mandatorju