17.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 418/2012

tas-16 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 dwar l-obbligazzjonijiet ta’ liċenzji għal ċerti prodotti agrikoli u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 dwar it-trasferiment tad-drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji taċ-ċereali u r-ross importati taħt kwoti tariffarji

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 134 u l-Artikolu 161(3) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 130 u 161 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, sabiex timmaniġġja l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tiddetermina l-prodotti li għalihom l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tkun soġġetta għal preżentazzjoni ta’ liċenzja. Waqt li tivvaluta l-ħtieġa ta’ sistema ta’ liċenzji, il-Kummissjoni għandha tqis l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tas-swieq u, b’mod partikulari, għall-monitoraġġ tal-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet.

(2)

L-Artikolu 1(2)(a)(i) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2) flimkien mat-Taqsima A tal-Parti I tal-Anness II għal dak ir-Regolament, jipprovdi għal obbligazzjoni ta’ liċenzja għall-importazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, qamħ durum, inkluż prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji hekk kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) ta’ dak ir-Regolament, xgħir u sorgu tal-qamħ minbarra ibridi għaż-żriegħ, u wkoll iż-żerriegħa ta’ dawn il-prodotti kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 jipprovdi wkoll għal obbligazzjoni ta’ liċenzja għall-importazzjonijiet ta’ manjoka, ararut, salep, artiċokks ta’ Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f’forma ta’ gerbub, għall-importazzjonijiet ta’ sago pith u għall-importazzjonijiet ta’ patata ħelwa għall-konsum uman.

(3)

L-Artikolu 1(2)(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 flimkien mat-Taqsima A tal-Parti II tal-Anness II għal dak ir-Regolament jipprovdu għal obbligazzjoni ta’ liċenzja għall-esportazzjonijiet ta’, fost oħrajn, qamħ durum, segala, xgħir u ħafur, u wkoll iż-żerriegħa tagħhom kollha.

(4)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 jirreferi għall-kodiċi tan-NM sabiex jindika dawk il-prodotti li huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati minn dak ir-Regolament.

(5)

Jidher xieraq li l-kodiċijiet tan-NM użati fil-Partijiet I, II u III tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 jiġu adattati għal dawk użati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika dwar it-Tariffi Doganali Komuni (3) hekk kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (4). Barra minn dan, huma meħtieġa xi tibdiliet lingwistiċi minuri fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 fl-interess taċ-ċarezza.

(6)

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u l-operaturi, ir-rekwiżit ta’ liċenzji tal-importazzjoni għal żerriegħa ta’ qamħ durum, inkluż prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji hekk kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tax-xgħir u sorgu tal-qamħ minbarra ibridi għaż-żriegħ, ir-rekwiżit ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-manjoka, ararut, salep, artiċokks ta’ Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f’forma ta’ gerbub, għal sago pith u patata ħelwa għall-konsum uman kif ukoll ir-rekwiżit ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal żerriegħa ta’ qamħ durum, segala, xgħir u ħafur għandhom jitneħħew.

(7)

Skont l-Artikolu 130(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 introduċa obbligazzjoni ta’ liċenzja għall-importazzjonijiet tal-prodotti kollha taz-zokkor li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1701 importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji. L-ammont tal-garanzija u l-perjodu tal-validità tal-liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti kollha li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji huma stabbiliti fit-Taqsima C tal-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 permezz ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-regolamenti settorjali tal-Kummissjoni. Minħabba li dawk ir-Regolamenti sadanittant ġew irrevokati, huwa xieraq li jiġu speċifikati l-ammont tal-garanzija u l-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati f’dik it-Taqsima.

(8)

Il-kodiċijiet tal-prodotti li għalihom hija meħtieġa liċenzja tal-importazzjoni bħalissa huma elenkati fil-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008. Permezz tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar il-glukożju u l-lattożju (5), id-dispożizzjonjiet kollha, u b’mod partikolari s-sistema tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi, adottati għal lattożju tal-prodotti tal-ħalib u l-ġulepp tal-lattożju li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1702 19 00 huma estiżi għal-lattożju tal-prodotti industrijali u l-ġulepp tal-lattożju li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 1702 11 00. Għal raġunijiet ta’ kompletezza, trasparenza u ċarezza, huwa xieraq li jiġi inkluż kodiċi tan-NM 1702 11 00 fil-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

(9)

Fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, huma stabbiliti r-regoli orizzontali li jikkonċernaw it-trasferibbiltà tal-liċenzji inkluż it-trasferiment tad-drittijiet li ġejjin minn liċenzji jew ċertifikati. Fl-interess taċ-ċarezza fir-rigward tat-trasferibbiltà tal-liċenzji maħruġa skont l-Artikolu 1(2)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 dwar kwoti tariffarji, jidher xieraq li jiġi adattat l-Artikolu 6(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni ta’ sistema ta’ liċenzi tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (6).

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2003 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġu stabbiliti r-regoli dwar il-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa għaż-żerriegħa tal-qamħ durum inkluż prodotti importati taħt kwoti tariffarji hekk kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tax-xgħir u s-sorgu tal-qamħ minbarra ibridi għaż-żriegħ, il-liċenzji ta’ importazzjoni għall-manjoka, ararut, salep, artiċokks ta’ Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f‘forma ta’ gerbub; sago pith; patata ħelwa għall-konsum uman u l-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għaż-żerriegħa tal-qamħ durum, segala, xgħir u ħafur, li għadhom validi fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 376/2008

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 376/2008 jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1342/2003

Fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li jirriżultaw minn liċenzji msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu trasferibbli.”

Artikolu 3

Miżuri tranżizzjonali

Fuq talba tal-partijiet interessati, għandhom jiġu rrilaxxati l-garanziji li jkunu ngħataw għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal żerriegħa ta’ qamħ durum, inkluż prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji hekk kif imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, tax-xgħir u sorgu tal-qamħ minbarra ibridi għaż-żriegħ, ir-rekwiżit ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għall-manjoka, ararut, salep, artiċokks ta’ Ġerusalemm, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b’kontenut għoli ta’ lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f’forma ta’ gerbub, għal sago pith u patata ħelwa għall-konsum uman kif ukoll ir-rekwiżit ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal żerriegħa ta’ qamħ durum, segala, xgħir u ħafur jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-validità tal-liċenzji tkun għadha ma skadietx fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(b)

il-liċenzji jkunu ntużaw biss parzjalment jew ma jkunux intużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(4)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.

(5)  ĠU L 312, 11.11.2006, p. 1.

(6)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.

ANNESS

“ANNESS II

PARTI I

OBBLIGAZZJONI TA’ LIĊENZJA — GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET

Lista tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a)(i) u l-limiti applikabbli skont l-Artikolu 4(1)(d)

A.   Ċereali (il-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (1)

1001 19 00

Qamħ durum, minbarra żerriegħa, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

5 000  kg

ex 1001 99 00

Spelt, qamħ komuni u taħlitiet ta’ ċereali minbarra żerriegħa, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

5 000  kg

1003 90 00

Xgħir, minbarra żerriegħa

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

5 000  kg

1005 90 00

Qamħirrum minbarra żerriegħa

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

5 000  kg

1007 90 00

Sorgu tal-qamħ, minbarra żerriegħa

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

5 000  kg

1101 00 15

Dqiq tal-qamħ komuni u spelt

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

2303 10

Fdal tal-manifattura tal-lamtu u residwi simili

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

2303 30 00

Fermentazzjoni jew distillar ta’ fond u skart

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

ex 2308 00 40

Fdalijiet tal-polpa taċ-ċitru

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

2309 90 20

Prodotti msemmija fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

B.   Ross (il-Parti II tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (2)

1006 20

Ross (ismar) bla ħliefa, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 30 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 30 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

1006 40 00

Ross imfarrak, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

1 000  kg

C.   Zokkor (il-Parti III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (3)

1701

Il-prodotti kollha importati b’kundizzjonijiet preferenzjali minbarra kwoti tariffarji

EUR 20 /t

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

(—)

D.   Żerriegħa (il-Parti V tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (4)

ex 1207 99 20

Żerriegħa ta’ varjetajiet tal-qanneb, għaż-żriegħ

 (5)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)

E.   Żejt taż-żebbuġa u żebbuġ (il-Parti VII tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (6)

ex 0709 92 90

Żebbuġ, frisk, għall-produzzjoni taż-żejt

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

100  kg

0711 20 90

Żebbuġ ippreżervat provviżorjament (pereżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajjeb f’dak l-istat għal konsum immedjat, għall-produzzjoni taż-żejt, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

100  kg

2306 90 19

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdal oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, li fihom aktar minn 3 % tal-piż żejt taż-żebbuġa

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

100  kg

F.   Kittien u qanneb (il-Parti VIII tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (7)

5302 10 00

Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

 (8)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)

G.   Frott u ħxejjex (il-Parti IX tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (9)

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0703 90 00

Veġetali ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

H.   Prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (il-Parti X tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (10)

ex 0710 80 95

Tewm (11) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0710 90 00

Taħlitiet ta’ veġetali li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżati, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0711 90 80

Tewm (11) u Allium ampeloprasum ippreżervati provviżorjament (pereżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f’dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0711 90 90

Taħlitiet ta’ veġetali li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum, ippreżervati provviżorjament (pereżempju, bil-gass diossidu tal-kubrit, fis-salmura, f’ilma tal-kubrit jew f’taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f’dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarja, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0712 90 90

Tewm imnixxef (11) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta’ veġetali imnixxfa li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta’, imqatta’ flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tariffarji, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

I.   Ċanga u vitella (il-Parti XV tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (12)

ex 0102 29 10 sa ex 0102 29 99

0102 39 10

0102 90 91

Il-prodotti kollha ta’ speċijiet domestiċi importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji

EUR 5 ir-ras

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0201  u 0202

Il-prodotti kollha importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji

EUR 12 ir-ras 100 kg piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0206 10 95  u 0206 29 91

1602 50 10 , 1602 50 31  u 1602 50 95

Il-prodotti kollha importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji

EUR 12 ir-ras 100 kg piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

1602 90 61  u 1602 90 69

J.   Ħalib u prodotti tal-ħalib (il-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (13)

ex Kapitoli 4, 17, 21 u 23

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kollha, importati b’kundizzjonijiet preferenzjali li mhumiex kwoti tariffarji u bl-eċċezzjoni tal-Ġobon u tal-baqta (kodiċi tan-NM numru 0406 ) li joriġinaw mill-Isvizzera, importati mingħajr liċenzja, kif ġej:

0401

Ħalib u krema, li la huma kkonċentrati u lanqas fihom zokkor miżjud jew materja oħra li żżid il-ħlewwa

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0402

Ħalib u krema, konċentrati jew li fihom zokkor miżjud jew materja oħra li żżid il-ħlewwa

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0403 10 11 sa 0403 10 39

0403 90 11 sa 0403 90 69

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif ukoll le jew fih zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0404

Xorrox, kemm jekk ikkonċentrat kif ukoll jekk le jew biz-zokkor materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band’oħra

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0405 10

0405 20 90

0405 90

Butir u xaħmijiet u żjut oħra magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta’ prodotti tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 75 % iżda anqas minn 80 %

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

0406

Ġobon u baqta, bl-eċċezzjoni tal-Ġobon u tal-baqta li joriġinaw mill-Isvizzera, importati mingħajr liċenzja

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

1702 11 00

1702 19 00

Laktows u ġulepp tal-laktows

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

2106 90 51

Ġulepp tal-laktows imħawwar jew kulurit

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

2309 10 15

2309 10 19

2309 10 39

2309 10 59

2309 10 70

2309 90 35

2309 90 39

2309 90 49

2309 90 59

2309 90 70

Preparazzjonijiet ta’ tip li jintużaw f’għalf tal-annimali:

Preparazzjonijiet u għalf li fihom prodotti li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b’mod dirett jew permezz tar-Regolament (KE) Nru 1667/2006, minbarra l-preparazzjonijiet u l-għalf li jaqgħu taħt il-Parti I tal-Anness I għal dak ir-Regolament

EUR 10/100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

(—)

K.   Prodotti oħrajn (il-Parti XXI tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (14)

1207 99 91

Qannebusa, minbarra għaż-żriegħ

 (15)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)

L.   Alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola (il-Parti I tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (16)

ex 2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

100  hl

ex 2207 20 00

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta’ kwalunkwe saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

100  hl

ex 2208 90 91

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta’ inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

100  hl

ex 2208 90 99

PARTI II

OBBLIGAZZJONI TA’ LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI LI FUQHOM, DAKINHAR LI TIĠI MRESSQA L-APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA, TKUN GĦADHA MA ĠIETX IFFISSATA RIFUŻJONI JEW TAXXA FUQ L-ESPORTAZZJONI

Lista tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-limiti applikabbli skont l-Artikolu 4(1)(d)

A.   Ċereali (il-Parti I tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007) (17)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (18)

1001 19 00

Qamħ tat-tip durum, minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

ex 1001 99 00

Spelt, qamħ komuni u meslin minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

1002 90 00

Segala minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

1003 90 00

Xgħir, minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

1004 90 00

Ħafur, minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

1005 90 00

Qamħirrum, minbarra żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

5 000  kg

1101 00 15

Dqiq tal-qamħ komuni u spelt

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

500  kg

B.   Ross (il-Parti II tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (19)

1006 20

Ross bla ħliefa (brown)

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

500  kg

1006 30

Ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara x-xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1)

500  kg

C.   Zokkor (il-Parti III tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Ammont tal-garanzija

Perjodu ta’ validità

Kwantitjiet netti (20)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f’forma solida:

EUR 11/100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) (21)

2 000  kg

1702 60 95

1702 90 95

Zokkrijiet oħrajn f’forma solida u ġulepp taz-zokkor, li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur, iżda li ma jinkludux il-laktows, il-glukows, il-maltodextrin u l-isoglukows

EUR 4,2/100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) (21)

2 000  kg

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew kuluriti, minbarra isoglukows, laktows, glukows u ġuleppijiet tal-maltodestrina

EUR 4,2/100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar tal-jum li fih tinħareġ il-liċenzja, f’konformità mal-Artikolu 22(1) (21)

2 000  kg

PARTI III

LIMITI GĦAL-LIĊENZJA GĦALL-ESPORTAZZJONIJIET TAL-PRODOTTI LI FUQHOM, DAKINHAR LI TIĠI MRESSQA L-APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA, TKUN GĦADHA MA ĠIETX IFFISSATA RIFUŻJONI JEW TAXXA FUQ L-ESPORTAZZJONI

Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 4(1)(d)

Deskrizzjoni, Kodiċi tan-NM u kodiċijiet tan-nomenklatura tar-rifużjoni fuq l-esportazzjoni

Kwantità netta (22)

A.   

ĊEREALI:

Għal kull prodott elenkat fil-Parti I tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007,

5 000  kg

minbarra s-subtitlu

0714 20 10 , u 2302 50

(—)

1101 00 15

500  kg

B.   

ROSS:

Għal kull prodott elenkat fil-Parti II tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

500  kg

C.   

ZOKKOR:

Għal kull prodott elenkat fil-Parti III tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

2 000  kg

D.   

ĦALIB U PRODOTTI TAL-ĦALIB:

Għal kull prodott elenkat fil-Parti XVI tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

150  kg

E.   

ĊANGA U VITELLA:

Għall-annimali ħajjin elenkati fil-Parti XV tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

Annimal wieħed

Għal-laħam elenkat fil-Parti XV tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007,

200  kg

G.   

LAĦAM TAL-MAJJAL:

Kodiċijiet tan-NM: kif ġejjin:

0203

1601

1602

250  kg

0210

150  kg

H.   

TJUR:

Kodiċijiet tan-NM u kodiċijiet tan-nomenklatura tar-rifużjoni tal-esportazzjoni: kif ġejjin:

0105 11 11 9000

0105 11 19 9000

0105 11 91 9000

0105 11 99 9000

4 000 fellus

0105 12 00 9000

0105 14 00 9000

2 000 fellus

0207

250  kg

I.   

BAJD:

Kodiċijiet tan-nomenklatura tar-rifużjoni tal-esportazzjoni: kif ġejjin:

0407 19 11 9000

2 000 bajda

0407 11 00 9000

0407 19 19 9000

4 000 bajda

0407 21 00 9000

0407 29 10 9000

0407 90 10 9000

400  kg

0408 11 80 9100

0408 91 80 9100

100  kg

0408 19 81 9100

0408 19 89 9100

0408 99 80 9100

250  kg

(1)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(2)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(3)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(4)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(5)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 507/2008.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hija meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(6)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(7)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(8)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 507/2008.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(9)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(10)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(11)  Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma ‘tewm’ hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal ‧tewm “solo”‧, ‘tewm “elephant”’, ‘tewm “single clove”’ jew ‘tewm “great-headed”’.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(12)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(13)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(14)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(15)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 507/2008.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(16)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-importazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(17)  Ħlief jekk ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament (KE) Nru 1342/2003.

(18)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tariffarja, jew meta tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(19)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(20)  Kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skont l-Artikolu 4(1)(d). Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tariffarja.

(21)  Għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta’ dan it-tip għall-istess esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.

(22)  Mhux applikabbli għall-esportazzjonijiet b’kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tariffarja, jew meta tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità hemm il-ħtieġa ta’ liċenzja jew ċertifikat.”