15.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 409/2012

tal-14 ta’ Mejju 2012

li jissospendi ċerti miżuri restrittivi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 194/2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward ta’ Burma/il-Mjanmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/225/PESK tas-26 ta' April 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/232/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra Burma/il-Mjanmar (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 (2) jipprevedi għal ċerti miżuri, li jinkludu restrizzjonijiet fuq ċerti importazzjonijiet minn u esportazzjonijiet lejn Burma/il-Mjanmar, l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti individwi u entitajiet u restrizzjonijiet fuq l-iffinanzjar ta’ ċerti intrapriżi.

(2)

Bi tweġiba għall-iżviluppi reċenti f’Burma/il-Mjanmar, id-Deċiżjoni 2012/225/PESK immodifikat id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (3) sabiex tipprovdi għas-sospensjoni, sat-30 ta’ April 2013, tal-miżuri restrittivi kollha ħlief l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandu għalhekk jiġi mmodifikat kif meħtieġ sabiex jissospendi l-biċċa l-kbira tal-miżuri restrittivi.

(4)

Is-sospensjoni tal-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għandha tiġi interpretata bħala li tippermetti r-rilaxx, mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li kienu ffriżati skont ir-Regolament (KE) Nru 194/2008,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2, 3, 5, 6, 7(3), 8, 9(2), 11, 12, 13 u 15(2)sa (8) tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandhom jiġu sospiżi sat-30 ta’ April 2013.

L-Artikolu 7(5) tar-Regolament (KE) Nru 194/2008 għandu jiġi sospiż sat-30 ta’ April 2013 safejn dan jirreferi għall-Artikolu 7(3).

Artikolu 2

Il-persuni elenkati fl-Anness għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fil-Parti J tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 194/2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 115, 27.4.2012, p. 25.

(2)  ĠU L 66, 10.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 105, 27.4.2010, p. 22.


ANNESS

PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

1.

Thidar Zaw

2.

Pye Phyo Tay Za

3.

Ohn

4.

Shwe Shwe Lin

5.

Nan Than Htwe a.k.a Nan Than Htay

6.

Nang Lang Kham a.k.a. Nan Lan Khan

7.

Lo Hsing-han

8.

San San Kywe

9.

Nandar Hlaing

10.

Aye Aye Maw

11.

Nan Mauk Loung Sai a.k.a. Nang Mauk Lao Hsai

12.

Than Than Nwe

13.

Nay Soe

14.

Theint Theint Soe

15.

Sabai Myaing

16.

Htin Htut

17.

Htay Htay Khine (Khaing)

18.

Sandar Tun

19.

Aung Zaw Naing

20.

Mi Mi Khaing

21.

Moe Mya Mya

22.

Thurane Aung a.k.a. Christopher Aung, Thurein Aung

23.

Khin Phyone

24.

Nyunt Nyunt Oo

25.

Myint Myint Aye

26.

Min Thein a.k.a. Ko Pauk

27.

Tin Tin Latt

28.

Wut Yi Oo

29.

Capitain Htun Zaw Win

30.

Yin Thu Aye

31.

Yi Phone Zaw