9.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 393/2012
tas-7 ta’ Mejju 2012
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjoni għat-Tajlandja fil-listi ta’ pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom li minnhom hija permessa l-importazzjoni u t-tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fl-Unjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom hija permessal-importazzjoni u t-tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (2), jistipula li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati fl-Unjoni u jgħaddu minnha jekk ikunu ġejjin biss minn pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu. |
(2) |
It-Tajlandja hija attwalment elenkata fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala awtorizzata għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ bajd u prodotti tal-bajd speċifikati ħielsa mill-patoġeni. Minħabba tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fl-2004, l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi u bajd kienu projbiti kif indikat bl-annotazzjoni fil-kolonni 6 u 6 A tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. |
(3) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE tas-6 ta’ Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja f’bosta pajjiżi terzi (3) tistipula li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-Tajlandja ta’ ċerti prodotti inklużi laħam tat-tjur, ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, u bajd. |
(4) |
Is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fit-Tajlandja minn dak iż-żmien tjiebet, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fit-tjur. Esperti tal-Kummissjoni wettqu bosta missjonijiet ta’ spezzjoni fit-Tajlandja sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u s-sistemi ta’ kontroll tal-mard li qed jintużaw f’dak il-pajjiż terz. Il-konklużjoni li ħarġet mill-aħħar missjoni mwettqa fit-Tajlandja hija li s-sistema ġenerali tagħti garanziji suffiċjenti li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni. |
(5) |
Fid-dawl ta’ dan, id-Deċiżjoni 2005/692/KE kif emendata mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/248/UE tas-7 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE rigward l-influwenza tat-tjur (4) ma għadhiex tissospendi l-importazzjonijiet fl-Unjoni mit-Tajlandja tal-prodotti koperti bid-Deċiżjoni 2005/692/KE inkluż laħam tat-tjur, ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, u bajd. |
(6) |
Għaldaqstant, l-annotazzjoni għat-Tajlandja fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata sabiex tirrifletti li l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam tat-tjur, ratiti mrobbija u għasafar tal-kaċċa selvaġġi u bajd, u dawk fi tranżitu, mit-Tajlandja ma għadhomx projbiti. |
(7) |
Madankollu, l-importazzjonijiet ta’ bajd mit-Tajlandja għandhom ikunu soġġetti għas-sottomissjoni ta’ programm ta’ kontroll tas-Salmonella minn dak il-pajjiż terz. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
(3) ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20.
(4) Ara paġna 42 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għat-Tajlandja għandha tinbidel b’dan li ġej:
“TH-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
SPF, EP |
|
|
|
|
|
|
|
WGM |
VIII |
|
|
1.7.2012 |
|
|
|
|||
POU, RAT |
|
|
|
1.7.2012 |
|
|
|
|||
E |
|
|
|
1.7.2012 |
|
|
S4” |