3.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 118/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 374/2012

tas-26 ta’ April 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1255/2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (2) jew li huma marbutin miegħu kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1336/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ipprovda kwota annwali tat-tariffa fuq l-importazzjoni ta’ 475 tunnellati espressi f’piż ta’ karkassa għal prodotti “baby-beef” kif definit fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1215/2009 u joriġinaw fit-territorju doganali tal-Kosovo (4).

(2)

Dik il-kwota tariffarja annwali għandha tkun amministrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro u fis-Serbja (5).

(3)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(4)

Minħabba li l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1255/2010 jipprovdi li l-kwoti tat-tariffi jinfetħu kull sena mill-1 ta’ Jannar, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2010 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu jinbidel b'li ġej:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2010 tat-22 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti ‘baby beef’ li joriġinaw fil-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Kroazja, f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fil-Montenegro, fis-Serbja u fil-Kosovo  (*)

(*)  Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.”;"

(2)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

475 tunnellata ta’ "baby beef", espressi bħala l-piż tal-karkassi, li oriġinaw fit-territorji doganali tal-Kosovo (**).

(**)  Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.”;"

(b)

It-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tal-ordni 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198, 09.4199 u 09.4200 rispettivament.”;

(3)

L-Annessi huma emendati b’mod konformi mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak li fih ikun ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 328, 15.12.2009, p.1.

(3)  ĠU L 347, 30.12.2011, p. 1.

(4)  Din in-nominazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.

(5)  ĠU L 342, 28.12.2010, p. 1.


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (UE) Nru 1255/2010 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, tiżdied l-awtorità tal-ħruġ li ġejja:

“—

Kosovo (*).

(*)  Din in-nominazzjoni hija mingħajar preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma’ UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni għall-indipendenza tal-Kosovo.”"

(2)

Jiżdied Anness VIIa ġdid:

“ANNESS VIIa

Image

Test ta 'immaġni

(3)

Fl-Anness VIII, fl-ewwel kolonna tat-tabella, jiżdied in-numru tal-ordni “09.4200”.

(4)

Fl-Anness IX, fl-ewwel kolonna tat-tabella, jiżdied in-numru tal-ordni “09.4200”.

(5)

Fl-Anness X, fl-ewwel kolonna tat-tabella, jiżdied in-numru tal-ordni “09.4200”.