|
28.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 368/2012
tas-27 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 44/2012 tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiffissa għall-2012 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (1) u b’mob partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-limiti ta’ qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni ICES IIa, IIIa u IV huma stipulati fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012. |
|
(2) |
Skont il-punt 4 tal-Anness IIB għar-Regolament (UE) Nru 44/2012, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qbid massimu permissibbli (Total Allowable Catches (TAC)) u l-kwoti għall-2012 għaċ-ċiċċirell f’dawk iż-żoni, abbażi tal-parir xjentifiku pprovdut għal kull waħda mis-seba’ żoni ta’ ġestjoni definiti f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Marzu 2012, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjjoni tal-Baħar (ICES) ta l-opinjoni tiegħu dwar iċ-ċiċċirell, li indika li l-qabdiet fiż-Żona ta’ Ġestjoni 1 għandhom ikunu limitati għal 23 000 tunnellata meta mqabbla maċ-ċifra preliminari ta’ 200 000 għaż-żona identifikata fir-Regolament (UE) Nru 44/2012. |
|
(4) |
L-ICES irrakkomanda wkoll li l-qabdiet sa 5 000 tunnellata għandhom ikunu permessibbli f’kull waħda miż-Żoni ta’ Ġestjoni 2, 3 u 4 sabiex jiġi awtorizzat il-monitoraġġ tal-istokk f’dawk iż-żoni, li l-qabdiet fiż-Żona ta’ Ġestjoni 6 ma għandux jiġi awtorizzat li dan jiżdied iktar mill-420 tunnellata li kienu stipulati fl-2011, u li ma għandux ikun hemm qabdiet fiż-Żoni ta’ Ġestjoni 5 u 7. |
|
(5) |
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 44/2012 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
Fl-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 44/2012 l-annotazzjoni dwar l-ispeċi taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE fiż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
17 376 (2) |
TAC analitika |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
380 (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
26 (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Isvezja |
638 (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-UE |
18 420 (2) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-Norveġja |
20 000 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
TAC |
38 420 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kundizzjonijiet speċjali: Fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet imniżżla hawn taħt miż-żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell li ġejjin, kif iddefiniti fl-Anness IIB:
Żona : Żoni ta’ ġestjoni taċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-UE 1 2 3 4 5 6 7 (SAN/*234_1) (SAN/*234_2) (SAN/*234_3) (SAN/*234_4) (SAN/*234_5) (SAN/*234_6) (SAN/*234_7) Id-Danimarka 2 830 4 717 4 717 4 717 0 395 0 Ir-Renju Unit 62 103 103 103 0 9 0 Il-Ġermanja 4 7 7 7 0 1 0 L-Isvezja 104 173 173 173 0 15 0 L-UE 3 000 5 000 5 000 5 000 0 420 0 In-Norveġja 20 000 0 0 0 0 0 0 Totali 23 000 5 000 5 000 5 000 0 420 0 ” |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Esklużi l-ilmijiet sa sitt mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f’Shetland, Fair Isle u Foula.
(2) Tal-inqas 98 % tal-ħatt l-art li jingħadd mat-TAC għandu jkun ċiċċirell. Qabdiet inċidentali ta’ dab, kavalli u merlangu għandhom jingħaddu bħala parti mit-2 % tat-TAC li jkun fadal.