|
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 351/2012
tat-23 ta' April 2012
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata f’vetturi bil-mutur
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali ta’ vetturi bil-mutur, il-karrijiet u s-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati tagħhom (1), u partikolarment l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 14(3)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata. Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti l-proċeduri speċifiċi, it-testijiet u r-rekwiżiti għal din l-approvazzjoni tat-tip. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula li l-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri li jeżentaw ċerti vetturi jew klassijiet ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 mill-obbligu li jinstallaw sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata, fejn wara analiżi ta’ spiża/benefiċċju u b’kunsiderazzjoni tal-aspetti tas-sikurezza kollha rilevanti, jirriżulta li l-applikazzjoni ta’ dawk is-sistemi ma tkunx adattata għall-vettura jew għall-klassi ta’ vetturi kkonċernati. |
|
(3) |
L-analiżi tal-ispiża/benefiċċju ppruvat li l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata ma’ vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati mhix adattata għax din tiġġenera aktar spejjeż milli benefiċċji. Barra minn hekk, huwa meqjus li minħabba l-użu tipiku tagħhom f’kundizzjonijiet speċifiċi tat-traffiku, l-installazzjoni ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata tista’ tiġġenera biss benefiċċji limitati għas-sikurezza għall-vetturi tal-kategorija M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, u għal karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II, kif ukoll għal ċerti vetturi għal skop speċjali, vetturi off-road u vetturi b’aktar minn tliet fusien. Dawk il-vetturi għalhekk għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jinstallaw dawk is-sistemi. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ Applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M2, N2, M3 u N3, kif definit fl-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), bl-eċċezzjoni ta’ dawn li ġejjin:
|
(1) |
vetturi semitrejler tal-irmonk tal-kategorija N2 b’massa massima li taqbeż 3,5 tunnellati iżda ma taqbiżx 8 tunellati; |
|
(2) |
vetturi tal-kategorij M2 u M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II; |
|
(3) |
karozzi tal-linja artikulati tal-kategorija M3 tal-Klassi A, Klassi I u Klassi II; |
|
(4) |
vetturi off-road tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punti 4.2 u 4.3 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE; |
|
(5) |
vetturi għal skop speċjali tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 kif imsemmija fil-punt 5 tal-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE; |
|
(6) |
vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 b’aktar minn tliet fusien. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 661/2009:
|
(1) |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tas-Sistema ta’ Indikazzjoni ta’ Ħruġ mill-Karreġġata” tfisser kategorija ta’ vetturi li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:
|
|
(2) |
“Karreġġata” tfisser waħda mill-istrixxi lonġitudinali li triq tkun maqsuma fihom (kif muri fl-Appendiċi 1 mal-Anness II). |
|
(3) |
“Immarkar viżibbli tal-karreġġata” ifisser disinji mpoġġija b’mod intenzjonali fuq it-truf tal-karreġġata li huma direttament viżibbli mis-sewwieq waqt li qed isuq. |
|
(4) |
“Rata ta’ ħruġ” tfisser il-veloċità tal-approach tal-vettura f’angolu rett mal-immarkar viżibbli tal-karreġġata fil-punt meta tinbeda t-twissija. |
|
(5) |
“Spazju komuni” ifisser żona fejn jistgħu jintwerew żewġ funzjonijiet ta’ informazzjoni jew aktar, imma mhux b’mod simultanju. |
Artikolu 3
L-approvazzjoni tat-tip KE ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-LDWS
1. Il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jissottomettu l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura lill-awtorità li tapprova t-tip fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.
2. L-applikazzjoni għandha tkun ippreparata skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stabbilit fil-Parti 1 tal-Anness I.
3. Jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness VII mad-Direttiva 2007/46/KE.
Stat Membru ma jistax jagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.
4. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha toħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE stabbilit skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS I
Mudelli standard għad-dokument ta’ informazzjoni u ċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE
PARTI 1
Dokument ta’ Informazzjoni
MUDELL
Dokument ta’ informazzjoni Nru … li jirrelata mal-approvazzjoni tat-tip KE ta’ vettura fir-rigward ta’ sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata.
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi lista tal-kontenut. Kwalunkwe disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew fowlder ta’ format A4. Jekk ikun hemm xi ritratti għandu jkun fihom dettalji suffiċjenti.
Jekk is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi oħra msemmija f’dan l-anness ikollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.
0. ĠENERALI
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur): …
0.2. Tip: …
0.2.0.1. Chassis: …
0.2.0.2. Karozzerija/vettura kompluta: …
0.2.1. Isem (ismijiet) kummerċjali (jekk disponibbli): …
0.3. Mezzi ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk indikat fuq il-vettura (b): …
0.3.0.1. Chassis: …
0.3.0.2. Karozzerija/vettura kompluta: …
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka: …
0.3.1.1. Chassis: …
0.3.1.2. Karozzerija/vettura kompluta: …
0.4. Kategorija ta’ vettura (c): …
0.5. L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …
0.6. Fejn jitqiegħdu l-plejts statutorji u l-metodu ta’ twaħħil tagħhom u fejn jitqiegħed in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …
0.6.1. Fuq ix-chasis: …
0.6.2. Fuq il-karozzerija: …
0.9. L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk jeżisti): …
1. IL-KARATTERISTIĊI TAL-BINI ĠENERALI TAL-VETTURA
1.1. Ritratti u/jew disinji ta’ eżempju rappreżentattiv tal-vettura: …
1.2. Disinn dimensjonali tal-vettura sħiħa: …
1.3. L-għadd tal-fusien u roti: …
1.3.1. L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien b’roti doppji: …
1.3.2. L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien bi steering: …
1.3.3. Fusien powered (għadd, pożizzjoni, interkonnessjoni): …
1.8. Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (1).
2. MASES U DIMENSJONIJIET (f) (g)
(f’kg u mm) (Irreferi għad-disinn fejn applikabbli)
2.1. Bażi(jiet) ta’ bejn ir-roti (b’tagħbija sħiħa) (1)
2.1.1. Vetturi b’żewġ fusien: …
2.1.1.1. Vetturi b’żewġ fusien jew tlieta
2.3. Tul(ijiet) u wisa’(wisgħat) tal-fus
2.3.1. Tul ta’ kull fus li huwa steered (2): …
2.3.2. Tul tal-fusien l-oħra kollha (2): …
2.3.3. Wisa’ tal-aktar fus wiesa’ ta’ wara: …
2.3.4. Il-wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejla fuq it-tarf ta’ barra tat-tajers għajr għall-bużżieqa mbuzzata ‘l barra tat-tajers qrib l-art): …
2.4. Il-medda tad-dimensjonijiet tal-vettura (b’kollox)
2.4.1. Għal chassis mingħajr karozzerija
2.4.1.1. Tul (3): …
2.4.1.1.1. Tul massimu permissibbli: …
2.4.1.1.2. Tul minimu permissibbli: …
2.4.1.2. Wisa’ (4): …
2.4.1.2.1. Wisa’ massima permissibbli: …
2.4.1.2.2. Wisa’ minima permissibbli: …
2.4.2. Għal chassis bil-karozzerija
2.4.2.1. Tul (3): …
2.4.2.1.1. Tul tal-parti tat-tagħbija: …
2.4.2.2. Wisa’ (4): …
2.4.3. Għal karozzerija approvata mingħajr chassis (vetturi M2 u M3)
2.4.3.1. Tul (3): …
2.4.3.2. Wisa’ (4): …
2.6. Massa f’kundizzjoni ta’ sewqan
Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta’ vettura tal-irmonk ta’ kategorija għajr għal M1, b’tagħmir ta’ gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f’kundizzjoni ta’ sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta’ gganċjar jekk il-manifattur ma jqigħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta’ gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …
4.7. Veloċità ddisinjata massima tal-vettura (f’km/s) (q): …
13. DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦAL KAROZZI TAL-LINJA U KOWĊIS
13.1. Klassi tal-vettura: Klassi III/Klassi B (1)
Noti ta’ spjegazzjoni
PARTI 2
MUDELL
(format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP KE
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
|
— |
Approvazzjoni tat-tip KE (3) |
|
— |
Estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
|
— |
Rifjut tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
|
— |
Irtirar tal-approvazzjoni tat-tip KE (3) |
ta’ tip ta’ vettura għal sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata
fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012 kif emendat
Numru tal-approvazzjoni tat-tip KE: _
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
0.1. Il-marka (marka tal-fabbrika tal-manifattur):
0.2. Tip:
0.2.1. Isem(ismijiet) kummerċjali (jekk dan huwa disponibbli)
0.3. Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk dan huwa mmarkat fuq il-vettura (4)
0.3.1. Fejn tinsab din il-marka:
0.4. Il-kategorija tal-vettura (5)
0.5. Isem u indirizz tal-manifattur:
0.8. L-ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar:
0.9. Ir-rappreżentant tal-manifattur
TAQSIMA II
1. Informazzjoni addizzjonali (fejn japplika): Ara l-Addendum
2. Is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet:
3. Id-data tar-rapport tat-test:
4. In-numru tar-rapport tat-test:
5. Rimarki (jekk hemm): Ara l-Addendum
6. Post:
7. Data:
8. Firma:
|
Dokumenti mehmużin |
: |
Pakkett ta’ tagħrif. Rapport tat-test. |
(b) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).
(c) Ikklassifikati skont id-definizzjonijiet stabbiliti fil-Parti A tal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.
(1) Ħassar fejn mhux applikabbli (jeżistu każijiet fejn xejn ma jkun jeħtieġ jitħassar fejn tkun applikabbli aktar minn annotazzjoni waħda)
(f) Meta hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ gruppi ta’ mases u dimensjonijiet għandhom jiġu ddikjarati
(g) Standard ISO 612: 1978 – Vetturi tat-triq – Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmonkati – kundizzjonijiet u definizzjonijiet.
|
(g1) |
|
|
(g4) |
|
|
(g5) |
|
(2) ĠU L 233, 25.8.1997, p. 1.
|
(g7) |
|
(h) Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża f’68 kg massa tal-okkupanti u 7 g massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 – 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.
(q) Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur.
(3) Ħassar fejn ma japplikax.
(4) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tip tal-vettura, komponenti jew unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, dawn il-karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (pereżempju ABC??123??).
(5) Kif definit fit-Taqsima A mal-Anness II mad-Direttiva 2007/46/KE.
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …
1. Informazzjoni addizzjonali
1.1. Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata mwaħħla mal-vettura:
4. Ir-riżultati tat-test fl-Anness II
4.1. Marki viżibbli tal-karreġġata użati għall-ittestjar
4.2. Dokumentazzjoni li turi konformità mal-marki l-oħra kollha tal-karreġġata identifikati fl-Appendiċi mal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 351/2012
4.3. Deskrizzjoni tal-varjanti tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata b’aġġustamenti reġjonali speċifiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti.
4.4. Massa u kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura meta tkun ittestjata
4.5. L-issettjar tal-limitu tat-twissija (biss fil-każ fejn is-sistema ta’ indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata hija mgħammra b’limitu tat-twissija li jista’ jkun aġġustat mill-utent)
4.6. Ir-riżultat tat-test tal-verifika tas-sinjal tat-twissija ottiku
4.7. Ir-riżultati tat-test tal-indikazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata
4.8. Ir-riżultati tat-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjoament
4.9. Ir-riżultati tat-test tad-diżattivazzjoni (isir biss jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi ta’ diżattivazzjoni tas-sistema ta’ indkazzjoni tal-ħruġ mill-karreġġata)
5. Rimarki (jekk hemm):
ANNESS II
Rekwiżiti u testijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata
1. Rekwiżiti
1.1. Rekwiżiti ġenerali
1.1.1. L-effikaċja tas-sistema ta’ indikazzjoni ta’ ħruġ mill-karreġġata (LDWS) ma għandhiex tkun affettwata b’mod negattiv minn kampijiet manjetiċi jew tal-elettriku. Dan għandu jintwera bil-konformità mar-Regolament Nru 10 (1) tal-UNECE.
1.2. Rekwiżiti ta’ prestazzjoni
1.2.1. Kull meta s-sistema tkun attiva, kif speċifikat fil-punt 1.2.3., l-LDWS għandha tavża lis-sewwieq jekk il-vettura taqsam minn fuq marka tal-karreġġata viżibbli għal karreġġata li tkun qed issuq fiha, fuq triq b’forma direzzjonali li tvarja bejn triq dritta u kurva li jkollha marka ta’ karreġġata fuq in-naħa ta’ ġewwa b’raġġ minimu ta’ 250 m, fejn ma jkun hemm l-ebda talba motivata biex isir dan.
Speċifikament:
|
1.2.1.1. |
din għandha tipprovdi lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.1., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.5. (test tat-twissija tal-ħruġ) u bil-marki tal-karreġġata kif speċifikat fil-punt 2.2.3., |
|
1.2.1.2. |
it-twissija msemmija fil-punt 1.2.1. tista’ titwaqqaf meta jkun hemm azzjoni tas-sewwieq li tindika l-intenzjoni li jrid joħroġ minn dik il-karreġġata. |
1.2.2. Is-sistema għandha tipprovdi wkoll lis-sewwieq bit-twissija speċifikata fil-punt 1.4.2., meta din tkun ittestjata skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 2.6. (it-test tad-detezzjoni ta’ nuqqas ta’ funzjonament). Is-sinjal għandu jkun kostanti.
1.2.3. L-LDWS għandha tkun attiva mill-inqas għal veloċitajiet tal-vettura ta’ aktar minn 60 km/s, sakemm din ma tkunx diżattivata manwalment skont il-punt 1.3.
1.3. Jekk vettura tkun mgħammra b’mezz għad-diżattivazzjoni tal-funzjoni tal-LDWS, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejijn kf jixraq:
|
1.3.1. |
Il-funzjoni tal-LDWS għandha terġa’ tiddaħħal awtomatikament mal-bidu ta’ kull ċiklu ġdid meta tkun startjata “on” (taħdem). |
|
1.3.2. |
Sinjal ta’ twissija ottiku kostanti għandu jinforma lis-sewwieq li l-funzjoni tal-LDWS tkun ġiet diżattivata. Is-sinjal ta’ twissija isfar speċifikat fil-punt 1.4.2. għandu jintuża għal dan il-għan. |
1.4. Indikazzjoni ta’ twissija
1.4.1. It-twissija msemmija fil-punt 1.2.1. għandha tkun tista’ tiġi nnutata mis-sewwieq u tingħata b’xi wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
|
(a) |
mill-anqas żewġ mezzi ta’ twissija, li għandhom jintgħażlu bejn dawk ottiċi, akustiċi jew tattili |
|
(b) |
mezz wieħed ta’ twissija, li għandu jintgħażel bejn dak tattili u akustiku, b’indikazzjoni tal-ispazju dwar id-direzzjoni ta’ moviment mhux intenzjonat tal-vettura. |
|
1.4.1.1. |
Fejn jintuża sinjal ottiku għat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata, dan jista’ juża s-sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament kif speċifikat fil-punt 1.2.2. meta dan ikun qed iteptep. |
1.4.2. It-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament imsemmija fil-punt 1.2.2. għandha tkun sinjal ta’ twissija ottiku isfar.
1.4.3. Is-sinjali ta’ twissija ottiċi tal-LDWS għandhom ikunu attivati jew meta s-swiċċ tal-istartjar (start) huwa mdawwar fuq il-pożizzjoni “on” (taħdem) jew meta s-swiċċ tal-istartjar (start) ikun f’pożizzjoni bejn “on” (taħdem) u “start” li hija magħżula mill-manifattur bħala pożizzjoni ta’ kontroll (sistema inizjali (power-on)). Ir-rekwiżit ma japplikax għal sinjali ta’ twissija murija fi spazju komuni.
1.4.4. Is-sinjali ta’ twissija ottiċi għandhom ikunu viżibbli anke fid-dawl tal-ġurnata, il-kundizzjoni sodisfaċenti tas-sinjali għandha tkun tista’ tiġi vverifikata mis-sewwieq mis-sit tas-sewwieq.
1.4.5. Meta s-sewwieq jingħata sinjal ta’ twissija ottiku biex jindika li l-LDWS temporanjament mhix disponibbli, pereżempju minħabba kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, is-sinjal għandu jkun kostanti. Is-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament speċifikat fil-punt 1.4.2. jista’ jintuża għal dan l-għan.
1.5. Dispożizzjonijiet għal spezzjoni teknika perjodika
1.5.1. Matul spezzjoni teknika perjodika għandu jkun possibbli li jiġi kkonfermat l-istat ta’ tħaddim tajjeb tal-LDWS permezz ta’ osservazzjoni viżibbli tal-istat tas-sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament, wara “power-ON” (mitfija – sistema OK, mixgħula – hemm ħsara fis-sistema).
Fil-każ ta’ sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament li jsir fi spazju komuni, għandu jkun osservat li l-ispazju komuni jkun funzjonali qabel ma jsir il-kontroll tal-istat tas-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament.
1.5.2. Fiż-żmien tal-approvazzjoni tat-tip, għandhom ikunu identifikati b’mod kunfidenzjali l-mezzi ta’ protezzjoni kontra modifika sempliċi mhux awtirozzata tat-tħaddim tas-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament magħżul mill-manifattur.
B’mod alternattiv, dan ir-rekwiżit ta’ protezzjoni jiġi sodisfatt meta jkun disponibbli mezz sekondarju għall-kontroll tal-istat ta’ tħaddim tajjeb tal-LDWS.
2. Proċeduri tat-test
2.1. Il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta’ dokumentazzjoni qasira li jagħti aċċess għad-disinn bażiku tas-sistema u, jekk japplika, il-mezzi li bihom dan huwa konness ma’ sistemi oħra fil-vettura. Il-funzjoni tas-sistema għandha tkun spjegata u d-dokumentazzjoni għandha tiddeskrivi kif l-istat ta’ tħaddim tas-sistema huwa kkontrollat, jekk hemmx xi effett fuq sistemi oħra tal-vettura, u l-metodu(i) użat(i) biex ikunu stabbiliti s-sitwazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw biex jintwera sinjal ta’ twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament.
2.2. Kundizzjonijiet tat-test
2.2.1. It-test għandu jitwettaq fuq superfiċje lixxa u xotta tal-asfalt jew konkrit.
2.2.2. It-temperatura tal-ambjent għandha tkun bejn 0 °C u 45 °C.
2.2.3.
|
2.2.3.1. |
Il-marki viżibbli tal-karreġġata użati fit-testijiet tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata tal-punt 2.6. għandhom ikunu wieħed minn dawk identifikati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness, fejn il-marki għandhom ikunu f’kundizzjoni tajba u ta’ materjal li jikkonforma mal-istandard għal marki viżibbli tal-karreġġata applikat fl-Istat Membru kkonċernat. L-arranġament tal-marki viżibbli tal-karreġġata użati għall-ittestjar għandu jkun irreġistrat. |
|
2.2.3.2. |
Il-manifattur tal-vettura għandu juri, permezz tal-użu ta’ dokumentazzjoni, li hemm konformità mal-marki l-oħra kollha tal-karreġġata li huma identifikati fl-Appendiċi ma’ dan l-Anness. Kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ dan it-tip għandha tinkiteb mar-rapport tat-test. |
|
2.2.3.3. |
Fejn it-tip tal-vettura jista’ jkun mgħammar b’varjanti differenti tal-LDWS b’aġġustamenti reġjonali speċifiċi, il-manifattur għandu juri permezz ta’ dokumentazzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament huma sodisfatti fil-varjanti kollha. |
2.2.4. It-test għandu jitwettaq f’kundizzjonijiet ta’ viżibilità li jippermettu s-sewqan sikur skont il-veloċità mitluba matul it-test.
2.3. Il-kundizzjonijiet tal-vettura
2.3.1.
Il-vettura tista’ tkun ittestjata fi kwalunkwe kundizzjoni ta’ tagħbija, id-distribuzzjoni tal-massa fuq il-fusien għandha tkun dik iddikjarata mill-manifattur tal-vettura mingħajr ma teċċedi l-massa massima permissibbli għal kull fus. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test. Il-manifattur tal-vettura għandu juri permezz ta’ dokumentazzjoni li s-sistema taħdem f’kull kundizzjoni ta’ tagħbija.
2.3.2. Il-vettura għandha tkun ittestjata bil-pressjoni tat-tajers kif irrakkomandata mill-manifattur tal-vettura.
2.3.3. Fejn l-LDWS tkun mgħammra b’limitu ta’ twissija li jista’ jkun aġġustat mill-utent, it-test għandu jitwettaq kif speċifikat fil-punt 2.5. bil-limitu tat-twissija stabbilit skont l-issettjar massimu tal-ħruġ mill-karreġġata. Ma għandha ssir l-ebda bidla ladarba tkun inbdiet il-proċedura tat-test.
2.4. Test ta’ verifika tas-sinjal ta’ twissija ottiku
Meta l-vettura tkun stazzjonarja ċċekkja li s-sinjal(i) ottiku(ċi) ta’ twissija jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 1.4.3.
2.5. It-test tat-twissija tal-ħruġ mill-karreġġata
2.5.1. Suq il-vettura b’veloċità ta’ 65 km/s +/- 3 km/s lejn iċ-ċentru tal-karreġġata tat-test mingħajr skossi sabiex il-vettura tibqa’ stabbli.
Filwaqt li żżomm il-veloċità preskritta, ħalli l-vettura tmur bil-mod lejn ix-xellug jew lejn il-lemin, b’rata ta’ tluq bejn 0.1 u 0.8 m/s sabiex il-vettura taqsam il-marka tal-karreġġata. Irrepeti t-test b’rata ta’ ħruġ differenti fil-medda ta’ 0.1 u 0.8 m/s.
Irrepeti dawn it-testijiet ta’ moviment fid-direzzjoni opposta.
2.5.2. L-LDWS għandha tipprovdi l-indikazzjoni ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata kif imsemmija fil-punt 1.4.1. mhux aktar tard meta l-parti ta’ barra tat-tajer tar-rota ta’ quddiem tal-vettura li tinstab l-eqreb tal-marki tal-karreġġata taqsam linja 0.3 m lil hinn mit-tarf ta’ barra tal-marka tal-karreġġata viżibbli fejn tkun qed tmur il-vettura.
2.6. It-test ta’ detezzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament
2.6.1. Agħmel simulazzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-LDWS, pereżempju billi tneħħi s-sors tal-enerġija lil kull komponent tal-LDWS jew tneħħi kull konnessjoni elettrika bejn il-komponenti tal-LDWS. Il-konnessjonijiet elettriċi għas-sinjal ta’ twissija tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-punt 1.4.2. u l-kontroll tad-diżattivazzjoni tal-LDWS tal-punt 1.3. ma għandhomx ikunu diżattivati waqt simulazzjoni tan-nuqqas ta’ funzjonament tal-LDWS.
2.6.2. Is-sinjal tat-twissija ta’ nuqqas ta’ funzjonament imsemmi fil-punt 1.4.2. għandu jkun attivat u jibqa’ attivat waqt li tkun qed tinsaq il-vettura, u jerġa’ jkun attivat wara startjar sussegwenti f’ċiklu “off” - “on” sakemm jibqa’ jeżisti n-nuqqas ta’ funzjonament simulat.
2.7. It-Test tad-Diżattivazzjoni
2.7.1. Jekk il-vettura hija mgħammra b’mezzi għad-diżattivazzjoni tal-LDWS, dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għal pożizzjoni “on” (ħidma) u itfi l-LDWS. Is-sinjal ta’ twissija msemmi fil-punt 1.3.2. għandu jkun attivat. Dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għall-pożizzjoni “off”. Għal darba oħra, erġa’ dawwar is-swiċċ tal-istartjar (start) għall-poizzjoni “on” (ħidma) u vverifika li s-sinjal ta’ twissija li kien attivat qabel issa ma reġax xegħel, biex b’hekk jindika li l-LDWS reġgħet ġiet installata kif speċifikat fil-punt 1.3.1. Jekk is-sistema ta’ startjar hija attivata permezz ta’ “ċavetta”, dan ir-rekwiżit għandu jkun sodisfatt mingħajr ma titneħħa ċ-ċavetta.
Appendiċi
Identifikazzjoni tal-marki tal-karreġġata viżibbli
|
1. |
Għall-iskop tal-proċeduri tat-test imsemmija fil-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II, il-wisa’ tal-karreġġata tat-test għandha tkun ta’ aktar minn 3,5 m. |
|
2. |
Jiġi assunt li l-marki viżibbli tal-karreġġata li huma identifikati fit-Tabella 1 huma bojod, sakemm mhux indikat mod ieħor f’dan l-Appendiċi. |
|
3. |
It-Tabella 1 għandha tintuża għall-approvazzjoni skont il-punti 2.2. u 2.5. tal-Anness II ma’ dan ir-Regolament |
Tabella 1
Marki viżibbli tal-karreġġata identifikati
DISINN
PAJJIŻ
WISA’
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
Wisa’ tal-karreġġata
Wisa’ tal-karreġġata
Definizzjoni ta’ wisa’ tal-karreġġata għall-iskop ta’ dan ir-Regolament
20 cm
10 cm
20 cm
5 m
20 m
12 m
4 m
SPANJA
3 m
20 cm
10 cm
20 cm
L-ISVEZJA
9 m
IL-BELĠJU
30 cm
20 cm
30 cm
2,5 m
10 m
20 cm
15-il cm
20 cm
2 m
IR-RENJU UNIT
Awtostrada (*)
7 m
IR-RENJU UNIT
Toroq b’karreġġata doppja
10 cm jew 15-il cm jew 20 cm
15-il cm
10 cm jew 15-il cm jew 20 cm
2 m
7 m
DISINN
PAJJIŻ
WISA’
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
IR-RENJU UNIT
Toroq b’karreġġata waħda
(limitu tal-veloċità > 40 mph)
10 cm jew 15-il cm jew 20 cm
10 jew 15-il cm
10 cm jew 15-il cm jew 20 cm
3 m
6 m
ID-DANIMARKA
30 cm
15-il cm
30 cm
5 m
10 m
Il-PAJJIŻI L-BAXXI
15-il cm
10 cm
15-il cm
3 m
9 m
L-ITALJA
Sekondarji u Lokali
12 jew 15-il cm
10 jew 12-il cm
12 jew 15-il cm
3 m
4,5 m
L-ITALJA
Awtostrada
25 cm
15-il cm
25 cm
4,5 m
7,5 m
L-ITALJA
Prinċipali
25 cm
15i-il cm
25 cm
3 m
4,5 m
L-IRLANDA
15-il cm
10 cm
15-il cm
4 m
8 m
DISINN
PAJJIŻ
WISA’
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja taċ-ċentru
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja taċ-ċentru
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
12-il cm
12-il cm
12-il cm
3 m
IL-GREĊJA
9 m
20 cm
15-il cm
20 cm
4 m
IL-PORTUGALL
10 m
20 cm
10 cm
20 cm
3 m
IL-FINLANDJA
9 m
12-il cm
12-il cm
12 jew 25 cm
4 m
IL-ĠERMANJA
Sekondarji
8 m
15-il cm
15-il cm
30 cm
6 m
IL-ĠERMANJA
Awtostrada
12 m
22,5 cm
15-il cm
22,5 cm
3 m
39 m
FRANZA
Awtostrada (*)
10 m
13 m
DISINN
PAJJIŻ
WISA’
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tax-xellug
Linja tan-nofs
Marka tal-karreġġata tat-tarf tan-naħa tal-lemin
FRANZA
Awtostradi
(4 karreġġati jew karreġġati 2x2)
22,5 u 37,5 cm
15-il cm
22,5 cm
3 m
3 m
3,5 m
10 m
FRANZA
(toroq oħra)
10 jew 12-il cm
15 jew 18-il cm
3 m
3 m
3,5 m
10 m
(*) Ħlief ċerti żoni (pereżempju: slip road, karreġġata għal vetturi li jimxu bil-mod …)