20.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/9


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 335/2012

tad-19 ta’ April 2012

li jemenda għall-169 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta' April 2012 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fir-rigward ta' min japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi finanzjarji. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li jemenda żewġ entrati fil-lista.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura ‧Persuni fiżiċi‧:

‘Son Hadi Bin Muhadjir (psewdonimu (a) Son Hadi bin Muhadjr, (b) Son bn Hadi Muhadjir, (c) Son Hadi bin Mujahir). Indirizz: Jalan Raya, Gongdanglegi, RT/RW 1/13 Cangkring Malang, Beji, Pasuran 67154, East Java, Indoneżja. Data tat-twelid: 12.5.1971. Post tat-twelid: Pasuran, East Java, Indoneżja. Nazzjonalità: Indoneżjana. Numru tal-passaport: R057803 (Passaport Indoneżjan bl-isem Son bn Hadi Muhadjir). Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 3514131205710004 (Karta tal-identità Indoneżjana bl-isem Son Hadi). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 13.4.2012.’

(2)

L-annotazzjoni ‧Al-Haramain (il-fergħa tal-Pajjiżi l-Baxxi) (psewdonimu Stichting Al Haramain Humanitarian Aid). Indirizz: Jan Hanzenstraat 114, 1053 SV Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi.‧ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain (Il-fergħa tal-Pajjiżi l-Baxxi) (psewdonimu Stichting Al Haramain Humanitarian Aid). Indirizz: Jan Hanzenstraat 114, 1053 SV Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi (meta ġie elenkat). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2006.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Movement for Reform in Arabia (psewdonimu (a) Movement for Islamic Reform in Arabia, (b) MIRA, (c) Al Islah (Reform), (d) MRA, (e) Al-Harakat al-Islamiyah lil-Islah, (f) Islamic Movement for Reform, (g) Movement for (Islamic) Reform in Arabia Ltd, (h) Movement for Reform in Arabia Ltd). Indirizz: (a) BM Box: MIRA, Londra WC1N 3XX, Ir-Renju Unit, (b) Safiee Suite, EBC House, Townsend Lane, Londra NW9 8LL, Ir-Renju Unit. Tagħrif ieħor: (a) indirizz tal-posta elettronika: info@islah.org, (b) tel. 020 8452 0303, (c) faks 020 8452 0808, (d) numru ta' kumpanija fir-Renju Unit 03834450.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Movement for Reform in Arabia (psewdonimu (a) Movement for Islamic Reform in Arabia, (b) MIRA, (c) Al Islah (Reform), (d) MRA, (e) Al-Harakat al-Islamiyah lil-Islah, (f) Islamic Movement for Reform, (g) Movement for (Islamic) Reform in Arabia Ltd, (h) Movement for Reform in Arabia Ltd). Indirizz: (a) BM Box: MIRA, Londra WC1N 3XX, Ir-Renju Unit, (b) Safiee Suite, EBC House, Townsend Lane, Londra NW9 8LL, Ir-Renju Unit. Tagħrif ieħor: (a) indirizzi tal-posta elettronika: info@islah.org and info@islah.tv, (b) websajt http://www.islah.info, (c) tel. 020 8452 0303, (d) fax 020 8452 0808, (e) numru ta' kumpanija fir-Renju Unit 03834450. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 15.7.2005.’