13.4.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 103/42


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 316/2012

tat-12 ta’ April 2012

li jemenda għall-168 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta' Marzu 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda 12-il annotazzjoni fuq il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Fit-2 ta' April 2012 iddeċieda li jneħħi persuna fiżika waħda mil-lista wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija mil-lista ippreżentata minn din il-persuna u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1904(2009)

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura ‘Persuni fiżiċi’ għandha titħassar:

‘Mondher Ben Mohsen Ben Ali Al-Baazaoui (alias (a) Manza Mondher, (b) Hanza Mondher, (c) Al Yamani Noman, (d) Hamza, (e) Abdellah). Indirizz: 17 Boulevard Soustre, 04000 Digne-les-Bains, France. Data tat-twelid: (a) 18.3.1967, (b) 18.8.1968, 28.5.1961. Post tat-twelid: Kairouan, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K602878 (passaport Tuneżin maħruġ fil-5.11.1993, li skada fid-9.6.2001). Tagħrif ieħor: Kien estradit mill-Italja għal Franza fl-4.9.2003. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.’

(2)

L-annotazzjoni ‘Al-Qaida (alias (a) “The Base”, (b) Al Qaeda, (c) Islamic Salvation Foundation, (d) The Group for the Preservation of the Holy Sites, (e) The Islamic Army for the Liberation of Holy Places, (f) The World Islamic Front for Jihad Against Jews and Crusaders, (g) Usama Bin Laden Network (h) Usama Bin Laden Organisation, (i) Al Qa'ida, (j) Islamic Army). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 6.10.2001.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Al-Qaida (alias (a) “The Base”, (b) Al Qaeda, (c) Islamic Salvation Foundation, (d) The Group for the Preservation of the Holy Sites, (e) The Islamic Army for the Liberation of Holy Places, (f) The World Islamic Front for Jihad Against Jews and Crusaders, (g) Usama Bin Laden Network (h) Usama Bin Laden Organisation, (i) Al Qa'ida, (j) Al Qa’ida/Islamic Army). Tagħrif ieħor: Qabel kienu elenkati bħala Al Qa’ida/Islamic Army. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.10.2001.’

(3)

L-annotazzjoni ‘Wafa Humanitarian Organisation (aka Al Wafa, Al Wafa Organisation, Wafa Al-Igatha Al-Islamia) Jordan house No 125, Street 54, Phase II. Hayatabad, Peshawar, Pakistan; uffiċċji fl-Arabja Sawdita, il-Kuwajt u l-Emirati Għarab Magħquda’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Wafa Humanitarian Organisation (alias (a) Al Wafa, (b) Al Wafa Organisation, (c) Wafa Al-Igatha Al-Islamia). Indirizz: (a) Jordan house No 125, Street 54, Phase II. Hayatabad, Peshawar, il-Pakistan (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (b) l-Arabja Sawdita (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (b) il-Kuwajt (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (d) l-Emirati Għarab Magħquda (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (b) l-Afganistan (fiż-żmien meta ġiet elenkata); Tagħrif ieħor: Kwartieri ġenerali f'Kandahar, l-Afganistan sal-2001. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.10.2001.’

(4)

L-annotazzjoni ‘RABITA TRUST, Room 9A, Second Floor, Wahdat Road, Education Town, Lahore, Pakistan; Wares Colony, Lahore, Pakistan’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Rabita Trust. Indirizz: (a) Room 9A, Second Floor, Wahdat Road, Education Town, Lahore, Pakistan; (b) Wares Colony, Lahore, il-Pakistan (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 17.10.2001.’

(5)

L-entrata ‘Al-Haramain Foundation (Indonesia) (alias Yayasan Al-Manahil-Indonesia), Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, Indonesia. Tagħrif ieħor: telefown 021-86611265 u 021-86611266; Faks: 021-8620174.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ trid tinbidel b’dan li ġej:

‘Al-Haramain Foundation (Indonesia) (alias Yayasan Al-Manahil-Indonesia). Indirizz: Jalan Laut Sulawesi Block DII/4, Kavling Angkatan Laut Duren Sawit, Jakarta Timur 13440, Indonesia (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Tagħrif ieħor: (a) Telefown 021-86611265 u 021-86611266; (b) Faks: 021-8620174. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.1.2004.’

(6)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain Foundation (Pakistan), House No 279, Nazimuddin Road, F-10/1, Islamabad, Pakistan;’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain Foundation (il-Pakistan). Indirizz: House No 279, Nazimuddin Road, F-10/1, Islamabad, Pakistan (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.1.2004.’

(7)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramayn Foundation (Kenya), (a) Nairobi, Kenya, (b) Garissa, Kenya, (c) Dadaab, Kenya;’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

‘Al-Haramayn Foundation (il-Kenja). Indirizz: (a) Nairobi, il-Kenja (fiż-żmien meta ġiet elenkata);, il-Kenja (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (c) Dadaab, il-Kenja (fiż-żmien meta ġiet elenkata); Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.1.2004.’

(8)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramayn Foundation (it-Tanżanija), (a) PO box 3616, Dar es Salaam, Tanania, (b) Tanga, (c) Singida.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

‘Al-Haramayn Foundation (it-Tanżanija). Indirizz: (a) PO box 3616, Dar es Salaam, Tanzania (fiż-żmien meta ġiet elenkata), (b) Tanga (fiż-żmien meta ġiet elenkata); (c) Singida (fiż-żmien meta ġiet elenkata); Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 26.1.2004.’

(9)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Afganistan). Indirizz: l-Afganistan’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Afganistan). Indirizz: l-Afganistan (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2004.’

(10)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Afganistan). Indirizz: Irfan Tomini Street 58, Tirana, Albania’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Afganistan). Indirizz: Irfan Tomini Street 58, Tirana, Albania (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2004.’

(11)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Bangladexx). Indirizz: House 1, Road 1, S-6, Uttara, Dhaka, il-Bangladesh.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Bangladexx). Indirizz: House 1, Road 1, S-6, Uttara, Dhaka, il-Bangladesh (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2004.’

(12)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Etjopja). Indirizz: Woreda District 24 Kebele Section 13, Addis Ababa, Ethiopia’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain (il-fergħa tal-Etjopja). Indirizz: Woreda District 24 Kebele Section 13, Addis Ababa, Ethiopia (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 6.7.2004.’

(13)

L-annotazzjoni ‘Al-Haramain Foundation (Union of the Comoros). Indirizz: B/P: 1652 Moroni, Union of the Comoros.’ taħt l-intestatura ‘Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet’ għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

‘Al-Haramain Foundation (Union of the Comoros). Indirizz: B/P: 1652 Moroni, Union of the Comoros (fiż-żmien meta ġiet elenkata). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 28.9.2004.’