13.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/38 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 315/2012
tat-12 ta’ April 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari t-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 121 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2) il-prattiki enoloġiċi awtorizzati huma stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) emendat il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ ċerta prattiki enoloġiċi li huma diġà awtorizzati fl-Unjoni. Sabiex ikun hemm konformità mal-istandards internazzjonali fis-seħħ f’dan il-qasam, u sabiex il-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-istess possibbiltajiet offruti lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi, jeħtieġ li dawn il-kundizzjonijiet ta’ użu tal-prattiki enoloġiċi ġodda jkunu emendati fl-Unjoni skont il-kundizzjonijiet ta’ użu stabbiliti mill-OIV. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ kopolimeri polyvinylimidazole/polyvinylpyrrolidone (PVI/PVP), biex jitnaqqas il-kontenut ta’ ram, ta’ ħadid u ta’ metalli tqal bil-kundizzjoni li jkunu konformi mal-preskrizzjonijiet tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali tal-OIV, partikolarment fejn jidħlu l-limiti massimi tal-kontenut ta’ monomeri. Minħabba li preskrizzjonijiet bħal dawn għadhom ma ġewx adottati mill-OIV, għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, jeħtieġ li titneħħa din il-prattika tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 606/2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 jawtorizza l-użu ta’ kitosan u kitinglukan ta’ oriġini fungali. Bħalissa fl-Unjoni dawn il-prodotti qed ikunu magħmula biss mill-faqqiegħ Aspergillus niger. Madankollu, minħabba li dawn il-prodotti huma awtorizzati mill-OIV u li l-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat minnha jispeċifika li l-prodotti ġejjin mill-faqqiegħ Aspergillus niger, dan għandu jkun speċifikat ukoll fir-Regolament (KE) Nru 606/2009. |
(4) |
L-inbejjed intitolati għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Douro” u għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Duriense” segwita mill-kliem “colheita tardia” jidderogaw mil-limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit. Il-Portugall talab li kwalunkwe nbid Portuġiż li jkollu l-istess karatteristiċi bħal dawn l-inbejjed u li għandu dritt għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta segwita mill-kliem “colheita tardia”, jibbenifika minn din id-deroga. Jeħtieġ li, fil-każ ta’ dawn l-inbejjed, ikun awtorizzat limitu massimu ta’ kontenut ta’ diossidu tal-kubrit ta’ 400 milligramma għal kull litru. |
(5) |
Minħabba li l-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso” m’għadhiex tapplika biss għall-inbejjed likur, jeħtieġ li d-dispożizzjoni dwar l-użu tal-indikazzjoni msemmija, elenkata fil-punt 8, il-parti B, tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, tiġi adattata. |
(6) |
Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 606/2009. |
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Regolamentazzjoni stabbilit bl-Artikolu 195(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-Anness I A huwa emendat skont l-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(b) |
L-Anness I B huwa emendat skont l-Anness II għal dan ir-Regolament. |
(c) |
L-Anness III huwa emendat kif stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1.
ANNESS I
L-Anness I A għar-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-tabella hija emendata kif ġej:
|
2. |
L-Appendiċi 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 6 Rekwiżiti għad-dimetildikarbonat QASAM TAL-APPLIKAZZJONI Id-dimetildikarbonat jista’ jiżdied mal-inbid minħabba għan wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin
REKWIŻITI
|
3. |
L-Appendiċi 11 għandu jitħassar. |
4. |
Fl-Appendiċi 12, l-ewwel inċiż tal-punt 1 fil-parti “Rekwiżiti” huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
5. |
Fl-Appendiċi 13 it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Rekwiżiti għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitosan derivat mill-Aspergillus niger u għall-ipproċessar tal-inbejjed permezz ta’ kitinglukan derivat mill-Aspergillus niger ”. |
ANNESS II
Fl-Anness I B għar-Regolament (KE) Nru 606/2009, il-punt 2(e), id-disa’ inċiż, tal-parti A huwa sostitwit b’dan li ġej:
“— |
l-inbejjed li ġejjin mill-Portugall li għandhom dritt għal denominazzjoni protetta tal-oriġini u għal indikazzjoni ġeografika protetta, kif ukoll għall-kliem “colheita tardia” ”. |
ANNESS III
Is-sentenza introduttorja tal-ewwel subparagrafu tal-punt 8 tal-parti B fl-Anness III, hija sostitwita b’dan li ġej:
“L-indikazzjoni speċifika tradizzjonali “vino generoso”, fil-każ tal-inbejjed likuri hija riżervata għall-inbejjed likuri xotti b’denominazzjoni protetta tal-oriġini, prodotti totalment jew parzjalment taħt flor, kif ukoll:”.