13.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/17 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 313/2012
tat-12 ta’ April 2012
li jemenda l-Anness IV u l-Anness VIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2)(a) u l-Artkolu 40 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi għal kull Stat Membru l-valur massimu tal-intitolamenti għall-pagamenti kollha li jistgħu jkunu allokati f’sena kalendarja. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1), l-Anness VIII għandu jkun adattat biex ikunu kkunsidrati n-notifikazzjonijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 188a(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2) rigward l-inbid. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovenja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-art imqaċċta [l-uċuħ bis-siġar/bid-dwieli maqlugħin] u dwar il-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 73/2009. |
(3) |
L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi, għal kull Stat Membru, il-limiti massimi li ma jistgħux jinqabżu mill-ammonti totali tal-pagamenti diretti, netti wara modulazzjoni, li jistgħu jingħataw matul sena kalendarja fl-Istat Membru konċernat. |
(4) |
Wara n-notifiki tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, jeħtieġ li jiżdiedu l-ammonti massimi totali tal-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-limiti stabbiliti fl-Anness IV għal dak ir-Regolament għandhom jiġu riveduti. |
(5) |
Għaldaqstant, l-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Pagamenti Diretti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(2) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
L-Annessi IV u VIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandhom jiġu emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS IV
|
(2) |
L-Anness VIII huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS VIII Limiti massimi nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 40 Tabella 1
Tabella 2 (*)
|
(*) Limiti massimi kkalkolati b’kont meħud tal-iskeda ta’ żidiet inkrementali previsti fl-Artikolu 121.