30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 92/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 282/2012
tat-28 ta’ Marzu 2012
li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli
(kodifikazzjoni)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u partikolarment l-Artikolu 43(a), (d), (f) u (j), l-Artikolu 47(2), l-Artikolu 134, l-Artikolu 143(b), l-Artikolu 148, l-Artikolu 161(3), l-Artikolu 171 u l-Artikolu 172(2),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akwakultura (2), u partikolarment Artikolu 37 u 38 tiegħu,
Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (3), u partikolarment l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(3), u l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 tat-30 ta’ Jannar 2006 li jitabilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni (4) u b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 142(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2799/98 tal-15 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi arranġamenti agromonetarji għall-euro (6), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 tat-22 ta’ Lulju 1985 li jistabilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (7) ġie emendat kemm-il darba (8) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Id-disposizzjonijiet numerużi fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jinħtieġu li jingħataw garanzija sabiex jiġi żgurat il-ħlas tas-somma li jkollha tingħata jekk ma jkunx inżamm obbligu. Madankollu, l-esperjenza uriet illi din il-ħtieġa fil-prattika ġiet interpretata b’ħafna modi differenti. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati kondizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali, ħtieġa għandha tkun definita. |
(3) |
B’mod partikolari, għandha tiġi ddefinita l-għamla tal-garanzija. |
(4) |
Ħafna disposizzjonijiet fir-Regolamenti agrikoli tal-Unjoni jipprovdu li l-garanzija mogħtija tintilef bi dritt jekk jiġi miksur obbligu tal-garanzija, bla ma ssir ebda distinzjoni bejn il-ksur tal-obbligi fondamentali, dawk sekondarji jew dawk ta’ importanza subordinata. Fl-interess tal-ekwità għandha ssir distinzjoni bejn il-konsegwenzi tal-ksur ta’ obbligu fondamentali u l-konsegwenzi tal-ksur ta’ wieħed sekondarju jew subordinat. B’mod partikolari għandha ssir disposizzjoni, fejn hu possibbli, sabiex jintilef id-dritt fuq parti biss mill-garanzija fejn l-obbligu l-aktar importanti huwa fil-fatt milħuq imma jkun inqabeż bi ftit iż-żmien tat-temma stabbilit sabiex jintlaħaq, jew meta ma jintlaħqux obbligu sekondarju jew subordinat. |
(5) |
L-ebda distinzjoni bejn il-konsegwenzi ta’ nuqqas fiż-żamma ta’ obbligu ma għandha tkun imsejsa fuq jekk ikunx ġie rċevut ħlas bil-quddiem jew le. Għaldaqstant, il-garanziji mogħtija sabiex jagħmlu tajjeb għall-ħlas bil-quddiem għandhom ikunu koperti b’regoli separati. |
(6) |
L-ispejjeż sabiex wieħed jiddepożita garanzija miġbura kemm mill-parti li tagħti l-garanzija u kemm mill-awtoritajiet kompetenti, jistgħu ma jkunux ipproporzjonati mas-somma li l-ħlas tagħha tiggarantixxi l-garanziji jekk din is-somma tkun taħt ċertu limiti. Għaldaqstant l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom id-dritt li jirrinunzjaw għall-ħtieġa ta’ garanzija għall-ħlas tas-somma taħt dan il-limitu. Barra minn hekk, awtorità kompetenti għandha tingħata l-poter li tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn in-natura tal-persuna teħtieġ li tilħaq l-obbligi tagħmel din il-ħtieġa mhux neċessarja. |
(7) |
Awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta garanzija offruta meta tqis li din mhix sodisfaċenti. |
(8) |
Għandu jiġi stabbilit limitu taż-żmien sabiex tingħata x-xhieda meħtieġa għar-rilaxx ta’ somma assikurata fejn ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda limitu taż-żmien bħal dan x’imkien ieħor. |
(9) |
Rigward ir-rata rappreżentattiva li trid tintuża għall-konverżjoni ta’ somma assigurata espressa fl-euro għall-munita korrenti nazzjonali, għandu jiġi miżmum l-avveniment operattiv imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2799/98, għandu jiġi definitskont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 (9). |
(10) |
Għandha tiġi stabbilita l-proċedura li trid tiġi segwita ġaladarba l-garanzija tintilef bi dritt. |
(11) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter illi ssegwi mill-qrib l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet dwar il-garanziji. |
(12) |
Dan ir-Regolament jistabilixxi r-regoli li jridu japplikaw b’mod ġenerali għas-setturi kollha u għall-prodotti kollha, għajr jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur tistabilixxi regoli differenti. Ir-regoli speċifiċi stabbiliti għal kull settur iridu jibqgħu japplikaw sakemm jiġu mħassra jew emendati. |
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjini tal-Kumitat Amministrattiv għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq tal-Agrikultura u ġew ippreżentati għal finijiet ta’ informazzjoni lill-Kumitati l-oħra kompetenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
L-ISKOP U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jiddisponi regoli li jirregolaw il-garanziji li għandhom jingħataw, jew taħt dawn ir-Regolamenti jew taħt kwalunkwe regolamenti adottati skont dawk ir-Regolamenti, jekk kemm-il darba ma jkunx hemm regoli oħrajn stabbiliti b’dawn l-istess Regolamenti:
(a) |
Ir-Regolamenti li jiddisponu dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ ċerti prodotti agrikoli:
|
(b) |
Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 (skemi ta’ appoġġ dirett); |
(ċ) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1216/2009 (arranġamenti għas-snajja applikabbli għal ċerti prodotti riżultanti mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli). |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-każi kollha fejn ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1 jipprovdu garanzija kif imfisser fl-Artikolu 3, sewwa jekk tintuża l-kelma partikolari “garanzija” u sewwa jekk le.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-garanziji mogħtija sabiex jassiguraw il-ħlas tad-dazji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni li hemm referenza dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (10).
Artikolu 3
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“garanzija” tfisser assigurazzjoni illi somma flus titħallas jew titlef id-dritt lil awtorità kompetenti jekk ma jitwettaqx obbligu partikolari; |
(b) |
“garanzija fi blokk wieħed” hija garanzija disponibbli għall-awtorità kompetenti bl-iskop li tiżgura illi jintlaħaq aktar minn obbligu wieħed; |
(ċ) |
“obbligu” huwa ħtieġa jew sett ta’ ħtiġiet, imposti minn Regolament, sabiex jitwettaq/jitwettqu jew iżomm/u lura milli jwettaq att; |
(d) |
“awtorità kompetenti” hija jew parti awtorizzata li taċċetta l-garanzija jew parti awtorizzata li tiddeċiedi skond ir-Regolament rilevanti jekk garanzija għandhiex tiġi rrilaxxjata jew tintilef bi dritt. |
KAPITOLU II
IL-ĦTIEĠA TA’ GARANZIJA
Artikolu 4
Garanzija għandha tingħata minn jew f’isem il-parti responsabbli sabiex tħallas is-somma ta’ flus li għandha tingħata jekk obbligu ma jiġix onorat.
Artikolu 5
1. L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija meta l-valur tas-somma assigurata hija ta’ anqas minn 500 EUR.
2. Meta tintuża l-faċilità fil-paragrafu 1, il-parti interessata għandha tindaħal għal garanzija bil-miktub li tħallas is-somma daqs dik li kien ikun meħtieġ li tħallas li kieku tat garanzija u li din il-garanzija tkun wara intilfet bi dritt f’parti jew fl-intier tagħha.
Artikolu 6
L-awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja għall-ħtieġa ta’ garanzija fejn il-parti responsabbli milli tonora obbligu tkun jew:
(a) |
korp pubbliku responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet ta’ awtorità pubblika, jew |
(b) |
korp privat illi jwettaq id-dmirijiet imsemmija fil-punt (a) taħt is-sorveljanza tal-Istat. |
KAPITOLU III
IL-GĦAMLA TAL-GARANZIJI
Artikolu 7
1. Garanziji tista’ tingħata billi:
(a) |
jsir depożitu ta’ flus kif riferit fl-Artikoli 12 u 13 u/jew |
(b) |
jiġi pprovdut garanti kif iddefinit fl-Artikolu 15(1). |
2. Fid-deskrizzjoni tal-awtorita kompetenti, garanzija tista’ tingħata billi:
(a) |
issir ipoteka, u/jew |
(b) |
issir kapparra fi flus kontanti ddepożitati f’bank, u/jew |
(ċ) |
isir pleġġ ta’ pretensjonijiet ikkonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li jkunu għalqu u li jridu jitħallsu u li fuqhom l-ebda pretensjoni oħra ma jkollha preċedenza, u/jew |
(d) |
isir pleġġ ta’ garanziji negozzjabbli fl-Istati Membri interessati sakemm ikunu maħruġa u ggarantiti minn dan l-Istat Membru, u/jew |
(e) |
isir pleġġ ta’ bonds, maħruġa minn assoċjazzjonijiet ta’ kreditu tal-ipoteki, ikkwotati f’Borża pubblika u għall-bejgħ fis-suq miftuħ, sakemm l-istima tal-kredtu tagħhom tidħol fil-faxxa tal-egwaljanza tal-bonds tal-gvern. |
3. L-awtorità kompetenti jistgħu jimponu kondizzjonijiet addizzjonali sabiex jaċċettaw il-garanziji tat-tip msemmi fil-paragrafu 2.
Artikolu 8
L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta li taċċetta jew għandha teħtieġ il-bdil ta’ kull garanzija li tqis mhux adegwata jew mhux sodisfaċenti jew li ma tkoprix perjodu suffiċjenti taż-żmien.
Artikolu 9
1. Il-beni ipotekati skond l-Artikolu 7(2)(a) jew il-garanziji jew il-bonds offruti bi pleġġ skond l-Artikolu 7(2)(d) u (e) għandhom, meta tingħata l-garanzija, ikollhom il-valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.
Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2)(a), (d) jew (e) biss jekk il-parti li toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tibdel il-garanzija oriġinali jekk il-valur disponibbli tal-beni, tal-garanziji jew tal-bonds fil-kwistjoni jkunu għal perjodu taż-żmien ta’ tliet xhur taħt il-105 % tal-valur tas-garanzija meħtieġa. Dan l-impenn bil-miktub ma għandux jinħtieġ fejn il-liġijiet nazzjonali jipprovdu għal dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrivedi regolarment il-valur ta’ dawn il-beni, garanziji jew bonds.
2. Il-valur disponibbli tal-garanzija kif riferit fl-Artikolu 7(2)(a), (d) u (e) għandu jiġi stmat mill-awtorità kompetenti, billi tqis l-ispejjeż tad-disponiment minnhom.
Il-valur disponibbli tal-garanziji jew tal-bonds għandu jiġi stmat fuq l-aħħar kwotazzjoni disponibbli.
Il-parti li tagħmel il-garanzija għandha, fuq it-talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.
Artikolu 10
1. Kull garanzija tista’ tiġi mibdula b’oħra.
Madankollu, għandu jkun meħieġ il-qbil tal-awtorità kompetenti fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet bi dritt iżda tkun għadha mhux realizzata, jew |
(b) |
fejn il-garanzija mibdula hija tat-tip imniżżel fil-lista fl-Artikolu 7(2). |
2. Garanzija fi blokk wieħed tista’ tiġi mibdula b’garanzija oħra fi blokk wieħed bil-kondizzjoni illi l-garanzija fi blokk wieħed ġdida tkopri mill-anqas dik il-parti tal-garanzija fi blokk wieħed oriġinali assenjata fiż-żmien tal-bdil sabiex tiżgura t-twettiq ta’ obbligu wieħed jew iżjed li jkunu għadhom mhux imwettqa.
Artikolu 11
1. Garanziji kif imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu denominati f’Euro.
2. Minkejja dak li jingħad fil-paragrafu 1, fejn il-garanzija tiġui aċċettata fi Stat Membru barra miż-żona Euro, fil-munita nazzjonali, l-ammont tal-garanzija f’Euro għandu jiġi konvertit f’dik il-munita skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006. L-impenn li jikkorispondi għall-garanzija u kwalunkwe ammont miżmum fil-każ ta’ irregolaritajiet jew ksur għandu jibqa’ ffissat f’Euro.
Artikolu 12
Fejn il-flus kontanti jiġu ddepożitati bi trasferiment ma għandhomx jitqiesu bħala li tkun ġiet stabbilita l-garanzija sakemm l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.
Artikolu 13
1. Ċekk għal somma li l-ħlas tagħha jkun garantit minn istituzzjoni finanzjarja rrikonoxxuta għall-iskop mill-Istat Membru tal-awtorità kompetenti interessata għandu jiġi ttrattat bħala depożitu ta’ flus kontanti. L-awtorità kompetenti ma teħtieġx li tippreżenta ċekk bħal dan għall-ħlas sakemm il-perjodu taż-żmien li għalih huwa garantit ikun sejjer jiskadi.
2. Ċekk, barra minn dak riferit fil-paragrafu 1, jikkostitwixxi garanzija biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta illi għandha l-ammont għad-disposizzjoni tagħha.
3. Kull impost magħmul minn istituzzjoni finanzjarja għandhu jitħallas mill-parti li tagħti l-garanzija.
Artikolu 14
Ma għandu jitħallas l-ebda mgħax lill-parti li tagħmel il-garanzija fil-għamla ta’ depożitu ta’ flus kontanti.
Artikolu 15
1. Il-garanti għandu jkollu r-residenza normali tiegħu jew stabiliment fl-Unjoni u, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, ikun approvat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tingħata l-garanzija. Il-garanti għandu jkun marbut b’garanzija bil-miktub.
2. Il-garanzija bil-miktub trid mill-inqas tiddikjara:
(a) |
l-obbligu jew, fil-każ ta’ garanzija fi blokk wieħed, it-tip/i ta’ obbligu li, li kontra twettiq tiegħu/tagħhom, tiggarantixxi l-ħlas ta’ somma flus; |
(b) |
l-ogħla lijabilità għall-ħlas li l-garanti jaċċetta; |
(ċ) |
li l-garanti jimpenja ruħu konġuntement jew separatament mal-parti responsabbli li jħallas/iħallsu, fi żmien 30 jum mid-domanda tal-awtoritajiet kompetenti, kull somma, fil-limiti tal-garanzija, li għandha titħallas ġaladarba garanzija tiġi ddikjarata mitlufa bi dritt. |
3. L-awtorità kompetenti tista’ taċċetta telekomunikazzjoni bil-miktub mibgħuta mill-garanti bħala li tikkostitwixxi garanzija bil-miktub. Jekk l-awtorità kompetenti taċċetta dan, hija għandha tieħu kull pass li tqis meħtieġ sabiex tissodisfa ruħha illi t-telekomunikazzjoni hija ġenwina.
4. Fejn garanzija fi blokk wieħed bil-miktub tkun diġà ngħatat, l-awtorità kompetenti għandha tistabilixxi l-proċedura li trid tiġi segwita sabiex biha tiġi allokata l-garanzija fi blokk wieħed kollha jew parti minnha għal obbligu partikolari.
Artikolu 16
Malli parti minn garanzija fi blokk wieħed tiġi assenjata għal xi obbligu partikolari, il-bilanċ tal-garanzija fi blokk wieħed li jifidal għandu jiġi nnotat.
KAPITOLU IV
IL-ĦLAS BIL-QUDDIEM
Artikolu 17
Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għal kull każ fejn regoli speċifiċi tal-Unjoni jipprovdu illi somma tista’ titħallas bil-quddiem qabel jitwettaq l-obbligu.
Artikolu 18
1. Il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata meta:
(a) |
jkun ġie stabbilit l-intitolament finali għas-somma mogħtija bħala ħlas bil-quddiem, jew |
(b) |
tkun reġgħet tħallset is-somma mogħtija, biż-żieda ta’ kull addizzjoni oħra mitluba skond ir-Regolament speċifiku. |
2. La darba d-data tal-għeluq biex ikun muri l-intitolament finali għas-somma mogħtija jkun skada mingħajr il-produzzjoni ta’ evidenza tal-intitolament, l-awtorità kompetenti għandha immedjatament issegwi mal-proċedura fl-Artikolu 28.
Id-data tal-għeluq tista’ tkun posposta f’każ ta’ force majeure.
B’dana kollu, meta l-leġislazzjoni tal-Unjoni hekk tipprovdi, evidenza tista’ xorta tkun ipproduċuta wara dik id-data permezz ta’ pagament parzjali mill-ġdid tal-garanzija.
3. Jekk id-disposizzjonijiet ta’ forza maġġuri fil-leġislazzjoni tal-Unjoni jippermettu l-ħlas lura tas-somma mħallsa bil-quddiem biss, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin:
(a) |
iċ-ċirkostanzi miġjuba bħala pretensjonijiet ta’ forza maġġuri għandhom jiġu innotifikati lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard minn 30 jum minn li fih ikun wasal it-tagħrif għand il-parti interessata li jindikaw li kien każ possibbli ta’ forza maġġuri, u |
(b) |
il-parti interessata għandha tagħti lura s-somma mħallsa bil-quddiem jew il-parti rilevanti minnha fi żmien 30 jum mid-data li fiha l-awtorità komptenti toħroġ it-talba għall-ħlas lura. |
Jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ma jiġux irrispettati, il-mod tal-ħlas lura għandu jkun l-istess daqs li kieku ma ġrawx iċ-ċirkostanzi ta’ forza maġġuri.
KAPITOLU V
IR-RILAXX JEW IT-TELF TAD-DRITT TA’ GARANZIJI OĦRA GĦAJR BARRA DAWK RIFERITI FIL-KAPITOLU IV
Artikolu 19
1. Obbligu jista’ jinkludi ħtiġiet primarji, sekondarji jew subordinati.
2. Ħtieġa primarja hija ħtieġa, bażika għall-iskopijiet tar-regoli tal-Unjoni li jimponiha, li jitwetaq jew jibqa’ lura milli jintgħamel att.
3. Ħtieġa sekondarja hija ħtieġa li jiġi rrispettat il-limitu taż-żmien biex titwettaq ħtieġa primarja.
4. Ħtieġa subordinata żgħira hija kull ħtieġa oħra imposta minn Regolament.
5. Dan il-Kapitolu ma japplikax fejn ir-Regolament speċifiku rilevanti ma jiddefinixxix il-ħtiġiet primarji.
6. Għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu “il-parti relevanti tas-somma ggarantita” tfisser li parti tas-somma garantita li tikkorrispondi għall-kwantità li dwarha il-ħtieġa tkun tkun ġiet miksura.
Artikolu 20
Ġaladarba tkun ġiet mogħtija x-xhieda stabbilita bir-regoli speċifiċi tal-Unjoni li twettqu l-ħtiġiet kollha primarji, sekondarji u subordinarji, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxjata.
Artikolu 21
1. Il-Garanzija għandha tintilef kollha kemm hi għall-kwantità li dwarha l-ħtieġa primarja ma tkunx twettqet, sa kemm dan in-nuqqas ta’ twettiq ma jkunx minħabba forza maġġuri.
2. Ħtieġa primarja għandha titqies li ma tkunx inkisret jekk l-evidenza relevanti ma tkunx prodotta fiż-żmien stipulat għall-produzzjoni ta’ dik l-evidenza apparti milli fil-każ ta’ forza maġġuri ma tkunx ħalliet il-produzzjoni ta’ dik l-evidenza li ssir fiż-żmien stipulat. Il-proċedura fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa għandha tkun segwita minnufih.
3. Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji kollha jkunu ntlaħqu fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandha titħallas lura 85 % tas-somma mitlufa bi dritt.
Fejn tiġi prodotta x-xhieda illi l-ħtiġiet primarji jkunu ntlaħqu kollha fi żmien 18-il xahar mit-temma taż-żmien f’ċirkostanzi fejn ma jkunux ġew imwettqa l-ħtiġiet sekondarji rilevanti, is-somma li trid titħallas lura għandha tkun is-somma li kienet trid titħallas lura skond l-Artikolu 22(2), nieqsa 15 % tal-parti rilevanti tas-somma garantita.
4. Ma għandu jerġa’ jsir l-ebda ħlas fejn tiġi prodotta x-xhieda turi illi ma ġewx imwettqa l-ħtiġiet primarji kollha wara li jkun skada l-perjodu taż-żmien ta’ 18-il xahar riferit fil-paragrafu 3, apparti milli fil-każ ta’ force majeure li ma jkunx ħalla li sseħħ il-preżentazzjoni ta’ din l-evidenza f’dak il-perjodu.
Artikolu 22
1. Jekk matul il-perjodu speċifikat tiġi prodotta l-prova stabbilita bir-regoli tal-Unjoni speċifiku illi l-ħtiġiet primarji kollha ġew imwettqa, f’ċirkostanzi fejn ħtieġa sekondarja ma tkunx twettqet, isir ir-rilaxx parzjali tal-garanzija u l-bqija tas-somma garantita tintilef bi dritt. Għandha tiġi segwita l-proċedura fl-Artikolu 28 sabiex tiġi rkuprata s-somma mitlufa bi dritt.
2. Il-proporzjon tal-garanzija rrilaxxjata għandu jkun: il-garanzija li tkopri l-parti relevanti tas-somma garantita bit-tnaqqis ta’ 15 %, u
(a) |
10 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
(b) |
5 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
(ċ) |
2 % tal-bqija tas-somma wara t-tnaqqis tal-15 % għal kull ġurnata li fiha:
|
3. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-perjodi taż-żmien sabiex wieħed japplika għal, jew juża, l-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u l-attestati li jiffisaw l-avvanzi, jew għall-perjodi taż-żmien li għandhom x’jaqsmu mal-iffissar tal-imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u r-rifondi bl-offerti għall-esportazzjoni.
Artikolu 23
1. Nuqqas li jitwettqu wieħed jew aktar ħtiġiet subordinati għandu jwassal għas-sekwestru ta’ 15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita sa kemm it-twettiq ma jkunx seħħ kawża ta’ force majeure.
2. Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28 għall-irkupru tas-somma mitlufa bi dritt għandha tidħol minnufih fis-seħħ.
3. Dan l-Artikolu ma japplikax f’ċirkostanzi fejn japplika l-Artikolu 21(3).
Artikolu 24
Jekk tkun prodotta evidenza li l-ħtiġiet primarji kollha kienu osservati imma li ż-żewġ ħtiġiet sekondarji u wkoll subordinati ikunu nkisru, l-Artikoli 22 u 23 għandhom japplikaw u s-somma totali li tkun issekwestrata għandha tkun is-somma isekwestrata bi qbil mal-Artikolu 22 flimkien mal-15 % tal-parti relevanti tas-somma ggarantita.
Artikolu 25
Is-somma totali li tintilef bi dritt ma għandhiex taqbeż il-100 % tal-parti rilevanti tas-somma ggarantita.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 26
1. Għandha tiġi rrilaxxjata parti mill-garanzija fuq talba fejn tkun ingħatat ix-xhieda rilevanti li għandha x’taqsam ma’ parti minn kwantità tal-prodott, sakemm din il-parti ma tkunx inqas mill-kwantità minima speċifikata fir-Regolament li teħtieġ din il-garanzija.
Fejn ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru tar-rilaxxamenti parzjali ta’ kull waħda mill-garanziji, u tista’ tispeċifika somma minima għal kull rilaxx minn dan.
2. Qabel ma tirrilaxxja l-garanzija kollha jew parti minnha l-awtorità kompetenti tista’ teħtieġ illi tingħata talba bil-miktub għar-rilaxx.
3. Fil-każ tal-garanziji li jkopru, skond l-Artikolu 9(1), aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun iggarantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rrilaxxjata meta l-bqija tas-somma garantita tkun fl-aħħarnett irrilaxxjata jew mitlufa bi dritt.
Artikolu 27
1. Fejn ma hu stabbilit l-ebda perjodu taż-żmien sabiex tinġieb ix-xhieda meħtieġa sabiex tiġi rrilaxxjata somma garantita, dan il-perjodu taż-żmien għandu jkun ta’:
(a) |
12-il xahar mil-limitu taż-żmien speċifikat sabiex jiġu rrispettati l-ħtiġiet primarji kollha, jew |
(b) |
fejn ma jkun speċifikat l-ebda limitu ta’ dan iż-żmien kif imsemmi fil-punt (a), 12-il xahar mid-data li fiha l-ħtiġiet primarji kollha jkunu twettqu. |
2. Il-perjodu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż it-tliet snin minn meta l-garanzija kienet assenjata għal xi obbligu partikolari, barra minn f’każi ta’ forza maġġuri.
Artikolu 28
1. Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja miċ-ċirkustanzi li qed iwasslu għas-sekwestru tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, għandha mingħajr dewmien tinsisti mal-parti li tkun meħtieġa li jilħaq l-obbligazzjoni li tħallas is-somma ssekwestrata, bi tħollija ta’ 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas.
Meta l-ħlas ma jkunx sar fl-aħħar ta’ dan il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:
(a) |
mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) għall-kont xieraq; |
(b) |
mingħajr dewmien teħtieġ li min jagħmel il-garanzija kif deskritt fl-Artikolu 7(1)(b) li jħallas, billi jitħallew 30 ġurnata mill-ġurnata tal-wasla tat-talba għall-ħlas; |
(ċ) |
mingħajr dewmien tieħu l-passi biex:
|
L-awtorità kompetenti tista’ mingħajr dewmien twarrab kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fl-Artikolu 7(1)(a) lejn il-kont xieraq mingħajr mal-ewwel tkun teħtieġ li l-persuna kkonċernata li teffettwa l-ħlas.
2. L-awtorità kompetenti tista twarrab is-sekwestru ta’ ammont anqas minn 60 EUR, basta li disposizzjonijiet nazzjonali simili għal każijiet kumparabbli jkunu stabbiliti b’liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta d-deċiżjoni għal sekwestru ta’ garanzija tkun meħuda imma wara, fuq appell, tkun ipposponuta bi qbil mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma attwalment issekwestrata matul il-perjodu li jibda 30 ġurnata mill-jum tal-wasla tat-talba għall-ħlas kif hemm referenza dwar dan fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u li jispiċċa fil-jum ta’ qabel il-ħlas tas-somma attwalment issekwestrata.
Meta b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell il-parti kkonċernata tkun mitluba li tħallas fi żmien 30 ġurnata s-somma ssekwestrata, għall-iskopijiet biex ikun ikkalkolat l-imgħax, l-Istat Membru jista jikkonsidra li jagħmel ħlas nhar l-għoxrin ġurnata wara d-data ta’ dik it-talba.
Ir-rata tal-imgħax applikabbli hija kkalkulata bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali, imma m’għandha fl-ebda każ tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli fil-każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali.
L-aġenziji ta’ ħlas għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas mill-ispiża tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEIR), bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78 (11).
L-Istati Membri jistgħu perjodikalment jitolbu supplimentazzjoni tal-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut.
Meta l-garanzija tkun ġiet issekwestrata u l-ammont diġa kkreditat lill-FAEIR u, b’segwiment tar-riżultat tal-proċedura tal-appell, is-somma ssekwestrata kollha kemm hi jew parti minha, inklużi l-imgħax fir-rata bi qbil mal-liġi nazzjonali, għandha tiġi mħallsa lura, is-somma li għandha titħallas lura għandha tkun merfuha mill-FAEIRsakemm il-ħlas mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwit għan-negliġenza jew żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew ta’ korpi oħra tal-Istat Membru.
Artikolu 29
Il-Kummissjoni tista’ skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u fl-Artikoli korrispondenti tar-Regolamenti l-oħra rilevanti, tipprovdi għal deroga mid-disposizzjonijiet ta’ hawn fuq.
KAPITOLU VII
INFORMAZZJONI
Artikolu 30
1. L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma ta’ garanziji ssekwestrati, tkun xi tkun il-fażi li tkun intlaħqet tal-proċedura fl-Artikolu 28, issir distinzjoni fiż-żewġ każijiet bejn dawk ikkreditati fuq il-budgets nazzjonali u dawk ikkreditati fuq il-budget tal-Unjoni.
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinżamm għal dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji kollha ssekwestrati għal ammont ta’ aktar minn EUR 1 000 u għal kull disposizzjoni tal-Unjoni li teħtieġ li garanzija tkun ippreżentata.
3. L-informazzjoni għandha tkopri kemm somom imħallsa direttament mill-parti interessata u somom irkuprati bir-rilaxx tal-garanzija.
Artikolu 31
L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni segwenti disponibbli għall-Kummissjoni:
(a) |
it-tipi tal-istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala dawk li jagħmlu pleġġ u l-kondizzjonijiet stabbiliti; |
(b) |
it-tipi tal-garanziji aċċettati permezz tal-Artikolu 7(2) u tal-kondizzjonijiet stabbiliti. |
Artikolu 32
Ir-Regolament (KEE) Nru 2220/85 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 33
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttamenti fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(3) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
(5) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
(6) ĠU L 349, 24.12.1998, p. 1.
(8) Ara l-Anness I.
(9) ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52.
(10) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(11) ĠU L 50, 22.2.1978, p. 1.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1181/87 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3745/89 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3403/93 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1932/1999 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 673/2004 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1713/2006 |
l-Artikolu 3 biss |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1913/2006 |
l-Artikolu 12 biss |
ANNESS II
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 2220/85 |
Dan ir-Regolament |
Titolu I |
Kapitolu I |
Artikolu 1, parti introduttiva |
Artikolu 1, parti introduttiva |
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1(b) |
Artikolu 1(b) |
Artikolu 1(ċ) |
— |
Artikolu 1(d) |
— |
Artikolu 1(e) |
— |
Artikolu 1(f) |
Artikolu 1(c) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2, it-tieni paragrafu |
Artikolu 3, kliem tal-bidu |
Artikolu 3, kliem tal-bidu |
Artikolu 3(a) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3(a) |
Artikolu 3(a) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2 l-ewwel paragrafu |
Artikolu 3(b), (ċ) u (d) |
Artikolu 3(b), (ċ) u (d) |
Titolu II |
Kapitolu II |
Artikoli 4, 5 u 6 |
Artikoli 4, 5 u 6 |
Titolu III |
Kapitolu III |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10(1)(a) |
Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(1)(b) |
Artikolu 9(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(1)(ċ) |
Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(2)(a) |
Artikolu 9(2) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(2)(b) |
Artikolu 9(2) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Titolu IV |
Kapitolu IV |
Artikolu 18, kliem tal-bidu u inċiż |
Artikolu 17 |
Artikolu 19 |
Artikolu 18 |
Titolu V |
Kapitolu V |
Artikoli 20 |
Artikolu 19 |
Artikolu 21 |
Artikolu 20 |
Artikolu 22 |
Artikolu 21 |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 23(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(2)(a) |
Artikolu 22(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(a), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(a)(i) |
Artikolu 23(2)(b), l-ewwel inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(a)(ii) |
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(b), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(b)(i) |
Artikolu 23(2)(b), it-tieni inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(b)(ii) |
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, kliem tal-bidu |
Artikolu 22(2)(c), kliem tal-bidu |
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, l-ewwel subinċiż |
Artikolu 22(2)(c)(i) |
Artikolu 23(2)(b), it-tielet inċiż, it-tieni subinċiż |
Artikolu 22(2)(c)(ii) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 25 |
Artikolu 24 |
Artikolu 26 |
Artikolu 25 |
Titolu VI |
Kapitolu VI |
Artikolu 27 |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 |
Artikolu 27 |
Artikolu 29 |
Artikolu 28 |
Artikolu 30 |
Artikolu 29 |
Titolu VII |
Kapitolu VII |
Artikolu 31 |
Artikolu 30 |
Artikolu 32 |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 32 |
Artikolu 33 |
Artikolu 33 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |