28.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/14


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 274/2012

tas-27 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1152/2009 li jimponi kundizzjonijiet straordinarji għar-regolamentazzjoni tal-importazzjoni ta’ ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba r-riskju ta’ kontaminazzjoni bl-aflatossini

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi lill-Kummissjoni bil-possibbiltà li tadotta miżuri ta’ emerġenza, fejn huwa evidenti li l-ikel u l-għalf importat minn pajjiż terz x’aktarx li joħloq riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b’mod soddisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istati Membri individwalment.

(2)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1152/2009 (2) l-Kummissjoni imponiet kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ċerti oġġetti tal-ikel li fihom il-livelli massimi ta’ aflatossini stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (3) dehru li kienu ta’ sikwit qed jinqabżu.

(3)

Billi l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) tbiddel għal ċerti kategoriji tal-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 1152/2009, huwa xieraq li jinbidlu l-kodiċijiet tan-NM f’dak ir-Regolament kif xieraq.

(4)

Huwa xieraq li titħassar id-dispożizzjoni tranżitorja għal oġġetti tal-ikel importati mill-Istati Uniti tal-Amerika, li mhumiex koperti mill-Pjan ta’ Teħid ta’ Kampjuni Volontarju tal-Aflatossina, billi ingħata biżżejjed ħin lill-operaturi fl-Istati Uniti tal-Amerika għall-implementazzjoni tal-Pjan Volontarju tat-Teħid tal-Kampjuni tal-Aflatossina.

(5)

Fid-dawl tal-għadd u tan-natura tan-notifiki fis-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, għandhom jitnaqqsu f’xi każijiet, il-volumi ta’ kummerċ; ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet, u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni għall-analiżi. Fil-każ tal-ġellewż mit-Turkija u l-ġewż tal-Brażil mill-Brażil ġie osservat biss għadd baxx ħafna ta’ nuqqas ta’ konformità fl-importazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li titnaqqas il-frekwenza tal-kontrolli għal dawn l-oġġetti tal-ikel. Għal raġunijiet ta’ ċarezza u biex tkun żgurata l-konsistenza ma’ leġislazzjoni oħra tal-UE, huwa xieraq li jissemma’ espliċitament li l-kontrolli ta’ identità għandhom jitwettqu bl-istess frekwenza bħala kontroll fiżiku (teħid ta’ kampjuni u analiżi).

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet emendatorji

Ir-Regolament (KE) Nru 1152/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjoni ta’ dawn l-oġġetti tal-ikel li ġejjin, u tal-oġġetti tal-ikel ipproċessati u magħmulin minnhom:

(a)

L-oġġetti tal-ikel li jidhru hawn taħt li joriġinaw mill-Brażil jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:

(i)

Ġewż tal-Brażil fil-qoxra li jidħlu fil-kategorija tal-kodiċi NM 0801 21 00 ;

(ii)

taħlitiet ta’ ġewż jew frott imqadded li jaqgħu fil-kodiċi NM 0813 50  u li fihom il-ġewż tal-Brażil fil-qoxra;

(b)

L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw miċ-Ċina jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:

(i)

karawett li jaqa’ fil-kodiċi NM 1202 41 00 jew 1202 42 00 ;

(ii)

karawett li jaqa’ fil-kodiċi NM 2008 11 91 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii)

karawett inkaljat li jaqa’ fil-kodiċi NM 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(c)

L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mill-Eġittu jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:

(i)

karawett li jaqa’ fil-kodiċi NM 1202 41 00 jew 1202 42 00 ;

(ii)

karawett li jaqa’ fil-kodiċi NM 2008 11 91 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) jew 2008 11 98 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii)

karawett inkaljat li jaqa’ fil-kodiċi NM 2008 11 96 (ippakkjat għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(d)

L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mill-Iran jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:

(i)

pistaċċi li jaqgħu fil-kodiċi NM 0802 51 00 jew 0802 52 00 ;

(ii)

pistaċċi inkaljati li jaqgħu fil-kodiċi NM 2008 19 13 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) u 2008 19 93 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(e)

L-oġġetti tal-ikel li ġejjin li joriġinaw mit-Turkija jew li ġew ikkonsenjati minn hemm:

(i)

tin imqadded li jaqa’ fil-kodiċi NM 0804 20 90 ;

(ii)

ġellewż (Corylus spp.) fil-qoxra jew mingħajr qoxra li jaqa’ fil-kodiċi NM 0802 21 00 jew 0802 22 00 ;

(iii)

pistaċċi li jaqgħu fil-kodiċi NM 0802 51 00 jew 0802 52 00 ;

(iv)

taħlitiet ta’ ġewż jew frott imqadded li jaqgħu fil-kodiċi NM 0813 50  u li fihom it-tin, il-ġellewż jew il-pistaċċi;

(v)

kunserva tat-tin, kunserva tal-pistaċċi u kunserva tal-ġellewż li jaqgħu fil-kodiċi NM 2007 10 jew 2007 99 ;

(vi)

ġellewż u pistaċċi, ippreparati jew ippreservati, inklużi taħlitiet li jaqgħu fil-kodiċi NM 2008 19  u tin, ippreparati jew ippreservati, li jaqgħu fil-kodiċi NM 2008 99 , inklużi taħlitiet li jaqgħu fil-kodiċi NM 2008 97 ;

(vii)

tqiq, frak u trab tal-ġellewż, tin u pistaċċi li jaqgħu fil-kodiċi NM 1106 30 90 ;

(viii)

ġellewż imqatta’ u mfarrak li jaqa’ fil-kodiċi NM 0802 22 00  u 2008 19 ;

(f)

Il-prodotti tal-ikel li ġejjin, li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti tal-Amerika:

(i)

lewż bil-qoxra jew mingħajr qoxra li jaqa’ fil-kodiċi NM 0802 11 jew 0802 12 ;

(ii)

lewż inkaljat li jaqa’ fil-kodiċi NM 2008 19 13 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ aktar minn 1 kg) u 2008 19 93 (ippakkjati għall-konsum b’kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg);

(iii)

taħlitiet ta’ ġewż jew frott imqadded li jaqgħu fil-kodiċi NM 0813 50  u li fihom il-lewż.

2.   Il-paragrafu 1 mhux se japplika għall-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel ta’ piż gross li ma jaqbisx l-20 kg, jew għal oġġetti tal-ikel ipproċessati jew komposti li fihom l-oġġetti tal-ikel imsemmija fil-punti minn (b) sa (f) tal-paragrafu 1 fi kwantità inqas minn 20 %”.

(2)

Fl-Artikolu 4, jitħassar il-paragrafu 6.

(3)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 4 u 5 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“4.   L-awtorità kompetenti fil-punt magħżul għall-importazzjoni għandha twettaq verifika tal-identità u għandha tieħu kampjun għall-analiżi tal-aflatossina B1 u għall-kontaminazzjoni sħiħa bl-aflatossini minn ċerti konsenji, bi frekwenza kif indikat fil-paragrafu 5 u konformi mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 401/2006 qabel ma tinħeles il-konsenja għaċ-ċirkulazzjoni libera fl-Unjoni.

5.   Il-verifika tal-identità u t-teħid tal-kampjuni għall-analiżi msemmi fil-paragrafu 4 għandhom isiru fuq:

(a)

madwar 50 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Brażil;

(b)

madwar 20 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel miċ-Ċina;

(c)

madwar 20 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Eġittu;

(d)

madwar 50 % tal-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel mill-Iran;

(e)

madwar 5 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ ġellewż, u prodotti magħmulin minnu, li ġejjin mit-Turkija, imsemmija fl-Artikolu 1(1) (e)(ii) u minn (iv) sa (viii); madwar 20 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ tin imqadded, u ta’ prodotti magħmulin minnu, ġejjin mit-Turkija, imsemmija fl-Artikolu 1(1) (e)(i) u minn (iv) sa (vii), u madwar 50 % tal-konsenji għal kull kategorija ta’ pistaċċi, u l-prodotti magħmulin minnhom, li ġejjin mit-Turkija msemmija fl-Artikolu 1(1) minn (e)(iii) sa (vii);

(f)

bażi każwali għall-konsenji ta’ oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-Istati Uniti tal-Amerika, imsemmija fl-Artikolu 1(1)(f).”

Artikolu 2

Miżuri ta’ tranżizzjoni

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u 7(2), l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw jew li jintbagħtu mill-Istati Uniti msemmija fl-Artikolu 1(1)(f) li jkunu telqu mill-Istati Uniti qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li ma jkunux akkumpanjati miċ-ċertifikat tat-Teħid ta’ Kampjuni Volontarju tal-Aflatossina, jistgħu jiġu importati fl-UE fuq il-kundizzjoni li huma soġġetti għal kontroll fiżiku, inklużi l-kampjunar u l-analiżi.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 313,28.11.2009, p. 40.

(3)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.