24.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 266/2012

tat-23 ta’ Marzu 2012

li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta' Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-18 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja u f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/172/PESK (2) li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK (3) dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet oħra fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3)

Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw ċerti persuni u entità inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 36/2012 għandhom jiġu emendati,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 36/2012.

Artikolu 2

Fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012, l-entrati għall-persuni u entità elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati kif jinsabu fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

(2)  Ara paġna 103 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)   ĠU L 319, 2.12.2011, p. 56.


ANNESS I

Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

A.   Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' meta nżdiedu mal-lista

1.

Anisa Al Assad

(a.k.a. Anisah Al Assad)

Data tat-twelid: 1934

Kunjom tax-xbubija: Makhlouf

Omm il-President Al-Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan, Bashar Al Assad, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

2.

Bushra Al Assad

(magħrufa wkoll bħala Bushra Shawkat)

Data tat-twelid: 24.10.1960

Oħt Bashar al Assad, u mart Asif Shawkat, Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtà u t-Tkixxif.

Minħabba r-relazzjoni mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al Assad u persuni oħra fil-qalba tar-reġim Sirjan, hija tibbenefika mir-reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

3.

Asma Al Assad (magħrufa wkoll bħala Asma Fawaz Al Akhras)

Data tat-twelid: 11.08.1975

Post tat-twelid: Londra, Renju Unit

Numru tal-passaport: 707512830 jiskadi fit- 22/9/2020

Kunjom tax-xbubija: Al Akhras

Mart Bashar Al Assad. Minħabba r-relazzjoni personali mill-qrib u r-relazzjoni finanzjarja intrinsika mal-President Sirjan Bashar Al Assad, hija tibbenefika mir-Reġim Sirjan u hija assoċjata miegħu.

23.3.2012

4.

Manal Al Assad (magħrufa wkoll bħala Manal Al Ahmad)

Data tat-twelid: 02.02.1970

Post tat-twelid: Damasku

Numru tal-passaport (Sirjan): 0000000914

Kunjom tax-xbubija: Al Akhras

Mart Maher Al Assad, u bħala tali tibbenefika mir-reġim u hija assoċjata mill-qrib miegħu.

23.3.2012

5.

Imad Mohammad Deeb Khamis

Data tat-twelid: 1 ta' Awwissu 1961

Post tat-twelid: viċin Damasku

Minister of Electricity. Responsabbli għall-użu tal-qtugħ tad-dawl bħala metodu ta' repressjoni.

23.3.2012

6.

Omar Ibrahim Ghalawanji

Data tat-twelid: 1954

Post tat-twelid: Tartus

Ministru tal-Amministrazzjoni Lokali. Responsabbli għall-awtoritajiet tal-gvern lokali u għalhekk responsabbli għar-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili mill-gvernijiet lokali.

23.3.2012

7.

Joseph Suwaid

Data tat-twelid: 1958

Post tat-twelid: Damasku

Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim.

23.3.2012

8.

Ghiath Jeraatli

Data tat-twelid: 1950

Post tat-twelid: Salamiya

Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim.

23.3.2012

9.

Hussein Mahmoud Farzat

Data tat-twelid: 1957

Post tat-twelid: Hama

Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim.

23.3.2012

10.

Yousef Suleiman Al-Ahmad

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Hasaka

Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim.

23.3.2012

11.

Hassan al-Sari

Data tat-twelid: 1953

Post tat-twelid: Hama

Ministru tal-Istat u għalhekk assoċjat mill-qrib mal-politika tar-reġim.

23.3.2012

12.

Mazen al-Tabba

Data tat-twelid: 01.01.1958

Post tat-twelid: Damasku

Numru tal-Passaport (Sirjan): 004415063 jiskadi fis- 06.05.2015

Sħab fin-negozju ma' Ihab Makhlouf u Nizar al-Assad (sanzjonati fit-23/08/2011); kopropjetarju, ma' Rami Makhlouf, tas-soċjetà ta' kambju Al-Diyar lil Saraafa li jappoġġa l-politika tal-Bank Ċentrali tas-Sirja.

23.3.2012


B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' meta nżdiedu mal-lista

1.

Syrian Petroleum company

Indirizz: Dummar Province, Expansion Square, Island 19- Building 32

P.O. BOX: 2849 jew 3378

Tel: 00963-11-3137935 jew 3137913

Fax: 00963-11-3137979 jew 3137977

Posta elettronika: spccom2@scs-net.org or

spccom1@scs-net.org

Website: www.spc.com.sy

Website: www.spc-sy.com

Kumpannija taż-żejt statali. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.3.2012

2.

Mahrukat Company (Il-Kumpannija Sirjana għall-Ħażna u d-Distribuzzjoni ta' Prodotti ta' Żejt mhux maħdum)

Kwartieri Ġenerali: Damascus - Al Adawi st., Petroleum building

Fax: 00963-11/4445796

Tel: 00963-11/44451348 - 4451349

Posta elettronika: mahrukat@net.sy

Website:http://www.mahrukat.gov.sy/indexeng.php>

Kumpannija taż-żejt statali. Tipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

23.3.2012


ANNESS II

Persuni u entità msemmija fl-Artikolu 2

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Tarif Akhras

Twieled fit-02 ta' Ġunju 1951 f'Homs, is-Sirja

Passaport Sirjan nru 0000092405

Negozjant prominenti li jibbenefika minn u jappoġġa lir-reġim. Fundatur tal-Akhras Group (prodotti, kummerċ, ipproċessar u loġistika) u ex President għall-Kamra tal-Kummerċ ta' Homs. Relazzjonijiet ta' negozju mill-qrib mal-familja tal-President Al-Assad. Membru tal-Bord tal-Federazzjoni tal-Kamra tal-Kummerċ Sirjana. Ipprovda bini industrijali u residenzjali għal kampijiet ta' detenzjoni improviżati, kif ukoll appoġġ loġistiku għar-reġim (xarabanks u tankijiet tat-tagħbija)

2.9.2011

2.

Issam Anbouba

Twieled fl-1952 f'Homs, is-Sirja

President ta' Anbouba għal Agricultural Industries Co. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim Sirjan.

2.9.2011

3.

Ra'if Al-Quwatly (magħruf ukoll bħala Ri’af Al-Quwatli magħruf ukoll bħala Raeef Al-Kouatly)

 

Assoċjat fin-negozju ma' Maher Al-Assad u responsabbli għall-ġestjoni ta' xi wħud mill-interessi tan-negozju tiegħu; jipprovdi finanzjament lir-reġim

23.6.2011

4.

Bassam Sabbagh

Twieled fl-24 ta' Awwissu fl-1959 f'Damasku. Indirizz: Kasaa, Anwar al Attar Street, al Midani building, Damascus.

Passaport Sirjan nru 004326765 maħruġ fit-2 ta' Novembru 2008, validu sa Novembru 2014.

Kunsillier legali u finanzjarju u jiġġestixxi l-affarijiet ta' Rami Makhlouf u ta' Khaldoun Makhlouf. Involut ma' Bashar al-Assad fil-finanzjament ta' proġett ta' bini f' Latakia. Jipprovdi appoġġ finanzjarju lir-reġim.

14.11.2011

5.

Mohamed Hamcho

Twieled fl-20 ta' Mejju 1966;

Nru tal-passaport 002954347

Negozjant Sirjan u aġent lokali għal diversi kumpanniji barranin; assoċjat ta' Maher al-Assad, jiġġestixxi parti mill-interessi finanzjarji u ekonomiċi tiegħu u jipprovdi finanzjament lir-reġim.

23.5.2011

6.

El-Tel Co. (El-Tel Middle East Company)

Indirizz: Dair Ali Jordan Highway, P.O.Box 13052, Damascus – Syria

Tel.: +963-11-2212345

Fax: +963-11-44694450

Indirizz elettroniku: sales@eltelme.com

Website: www.eltelme.com

Manifattura u forniment ta' torrijiet ta' komunikazzjoni u trasmissjoni u tagħmir ieħor għall-armata Sirjana.

23.9.2011

7.

Rami Makhlouf

Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku,

Nru tal-passaport 454224

Negozjant Sirjan; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jikkontrolla l-fondi ta' investiment Al Mahreq, Bena Properties, Cham Holding Syriatel, Souruh Company u jipprovdi finanzjament u appoġġ lir-reġim.

9.5.2011

8.

Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku;

Nru tal-passaport N002848852

President ta' Syriatel, li jħallas 50 % tal-profitti tiegħu lill-gvern Sirjan permezz tal-kuntratt ta' liċenzja tiegħu.

23.5.2011