17.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/1

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 232/2012

tas-16 ta’ Marzu 2012

li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu tal-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistipula lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) huma kuluri tal-ikel li bħalissa huma approvati għall-użu u elenkati fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. L-approvazzjoni kurrenti tikkunsidra d-Dożi Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel (SCF) fl-1983 (2).

(3)

L-Awtorita Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (minn hawn ’l quddiem: “l-Awtorità”) ippubblikat Opinjoni fit-23 ta’ Settembru 2009 (3) marbuta mal-evalwazzjoni mill-ġdid dwar is-sigurtà tal-Isfar Kinolina (E 104) bħala addittiv fl-ikel. F’dik l-Opinjoni, l-Awtorità tirrakkomanda t-tnaqqis tal-ADI ta’ dak il-kulur tal-ikel minn 10 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata għal 0,5 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata. Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-istimi raffinati tal-esponiment (Livell 2 u Livell 3) huma ġeneralment ħafna aktar mill-ADI rivedut ta’ 0,5 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata. Għalhekk huwa xieraq li l-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-Isfar Kinolina (E 104) jiġu emendati biex ikun żgurat li l-ADI il-ġdid, dak rakkomandat mill-Awtorità, ma jinqabiżx.

(4)

L-Awtorità ppubblikat Opinjoni fis-27 ta’ Settembru 2009 (4) marbuta mal-evalwazzjoni mill-ġdid dwar is-sigurtà tal-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) bħala addittiv fl-ikel. F’dik l-Opinjoni, l-Awtorità tirrakkomanda t-tnaqqis tal-ADI tal-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar Oranġjo S (E 110) minn 2,5 għal 1 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata. Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-istimi raffinati tal-esponiment (Livell 3) huma ġeneralment ħafna aktar mill-ADI temporanju rivedut ta’ 1 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata għal tfal li jikkonsmaw ħafna. Għalhekk huwa xieraq li l-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) jiġu emendati biex ikun żgurat li l-ADI temporanju l-ġdid, dak rakkomandat mill-Awtorità, ma jinqabiżx.

(5)

L-Awtorità ppubblikat Opinjoni fit-23 ta’ Settembru 2009 (5) marbuta mal-evalwazzjoni mill-ġdid dwar is-sigurtà tal-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) bħala addittiv fl-ikel. F’dik l-Opinjoni, l-Awtorità tirrakkomanda t-tnaqqis tal-ADI minn 4 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata għal 0,7 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata. Barra minn hekk, l-Awtorità tikkunsidra li l-istimi raffinati tal-esponiment (Livell 3) huma ġeneralment ħafna aktar mill-ADI rivedut ta’ 0,7 mg/kg bil-piż għal kull ġurnata għal tfal li jikkonsmaw ħafna. Għalhekk huwa xieraq li l-kundizzjonijiet tal-użu u l-livelli tal-użu għall-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) jiġu emendati biex ikun żgurat li l-ADI l-ġdid, dak rakkomandat mill-Awtorità, ma jinqabiżx.

(6)

Dawn is-sustanzi jeħtieġ li jitneħħew mill-Grupp III elenkati fil-Parti C.(3) tal-Anness II. Madankollu il-limitu massimu miġbur flimkien meta s-sustanzi jintużaw flimkien mal-kumplament tas-sustanzi fil-Grupp III għandu jinżamm.

(7)

Sabiex l-esponiment jitnaqqas taħt l-ADI rrakkomandat, il-limiti massimi għandhom jiġu riveduti. Dawn għandhom jitnaqqsu partikolarment bl-istess fattur bħat-tnaqqis fid-doża ta’ kuljum fil-mira. Ċerti eċċezzjonijiet b’livelli għoljin għandhom jitħallew għal xi prodotti tradizzjonali li ma jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għall-esponiment. Ċerti dispożizzjonijiet tħassru wkoll.

(8)

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Sabiex jitħalla ż-żmien neċessarju biex l-industrija tal-ikel taġġusta l-produzzjoni tagħha għall-kundizzjonijiet tal-użu l-ġodda u l-livelli tal-użu stipulati f’dan ir-Regolament, ikun xieraq li jiġu stipulati arranġamenti tranżitorji.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponiehom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013.

Oġġetti tal-ikel li fihom l-Isfar Kinolina (E 104), l-Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S (E 110) u l-Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A (E 124) li tpoġġew fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Ġunju 2013 imma mhumiex konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm tinħela l-provvista.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  Rapporti mill-Kumitat Xjentifiku tal-Ikel, l-Erbatax-il Serje, 1983.

(3)  Scientific opinion of the Panel on Food Additives and Nutrient sources added to Food (ANS) on a request from the Commission related to the re-evaluation on the safety of Quinoline Yellow (E 104) when used as a food additive, EFSA Journal 2009; 7(11):1329.

(4)  Scientific opinion of the Panel on Food Additives and Nutrient sources added to Food (ANS) on a request from the Commission related to the re-evaluation on the safety of Sunset Yellow (E 110) as a food additive, EFSA Journal 2009; 7(11):1330.

(5)  Scientific opinion of the Panel on Food Additives and Nutrient sources added to Food (ANS) on a request from the Commission related to the re-evaluation on the safety of Ponceau 4R as a food additive, EFSA Journal 2009; 7(11):1328.

ANNESS

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti C, fil-punt (3), l-annotazzjonijiet li ġejjin huma mħassra:

“E 104

Isfar tal-Kinolina”

“E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S”

“E 124

Ponceau 4R, Koċineal aħmar A”

(2)

Il-Parti E hija emendata kif ġej:

(a)

fil-kategoriji 03, 05.2, 05.3, 05.4, 07.2 u 14.1.4 n-nota ta’ qiegħ il-paġna (25) tinbidel b’dan li ġej:

“(25):

Il-kwantitajiet ta’ kull wieħed minn dawn il-kuluri E 122, u E 155 ma jistgħux jaqbżu l-50 mg/kg jew mg/l”

(b)

Fil-kategorija 1.7.5 in-nota ta’ qiegħ il-paġna (33) tinbidel b’dan li ġej:

“(33):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 100, E 102, E 120, E 122, E 160e u E 161b”

(ċ)

fil-kategoriji 04.2.1, 04.2.2, 04.2.3 u 04.2.4.1 in-nota ta’ qiegħ il-paġna (34) tinbidel b’dan li ġej:

“(34):

Massimu individwalment jew għall-kombinazzjoni ta’ E 120, E 122, E 129, E 131, u E 133”

(d)

fil-kategoriji 04.2.5.2 u 04.2.5.3 in-nota ta’ qiegħ il-paġna (31) tinbidel b’dan li ġej:

“(31):

Massimu individwalment jew f’kombinazzjoni ta’ E 120, E 142, E 160d u E 161b”

(e)

fil-kategorija 9.2 in-noti ta’ qiegħ il-paġna (35), (36) u (37) jinbidlu b’dan li ġej:

“(35):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 102, E 120, E 122, E 142, E 151, E 160e, E 161b”

“(36):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 102, E 120, E 122, E 129, E 142, E 151, E 160e, E 161b”

“(37):

Massimu individwalment jew għat-taħlita ta’ E 102, E 120, E 151, E 160e”

(f)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 104, E 110, E 124 jidħlu f’ordni numerika fil-kategoriji tal-ikel imsemmija:

Numru tal-kategorija

Numru E

Isem

Livell massimu

(mg/l jew mg/kg kif xieraq)

Noti f’qiegħ il-paġna

restrizzjonijiet/eċċezzjonijiet

"01.4

Prodotti tal-ħalib iffermentat b’togħmiet miżjuda inklużi prodotti trattati bis-sħana

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

5

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

5

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

01.6.3

Kremi oħra

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

Kremi bit-togħmiet miżjuda biss

01.7.3

Qoxra tal-ġobon li tittiekel

E 104

Isfar Kinolina

10

(62)

(62):

Il-kwantità totali ta’ E 104 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

04.2.4.1

Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż ix-xropp tal-frott

E 104

Isfar Kinolina

30

(61)

Mostarda di frutta biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

Mostarda di frutta biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

20

(61)

Mostarda di frutta biss

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu il-massimu elenkat għal Grupp III

05.2

Ħlewwiet oħra inkluż ħelu żgħir li jiffriska n-nifs

E 104

Isfar Kinolina

30

(61)

ħlief frott u ħxejjex fil-konfettura; lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: tiġijiet, praċett, eċċ.

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

ħlief frott u ħxejjex fil-konfettura; lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: tiġijiet, praċett, eċċ.

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

20

(61)

ħlief frott u ħxejjex fil-konfettura; lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: tiġijiet, praċett, eċċ.

E 104

Isfar Kinolina

30

(61)

frott u ħxejjex fil-konfettura biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

frott u ħxejjex fil-konfettura biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

frott u ħxejjex fil-konfettura biss

E 104

Isfar Kinolina

300

(61)

lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw biss bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: tiġijiet, praċett, eċċ.

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw biss bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: Tiġijiet, praċett, eċċ.

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(61)

lewż tradizzjonali miksi biz-zokkor – jew ħlewwiet abbażi ta’ kawkaw biss bil-forma ta’ lewż jew forma tonda, tipikament itwal minn 2 cm u kkunsmati tipikament f’okkażjonijiet ta’ ċelebrazzjoni jiġifieri: tiġijiet, praċett, eċċ.

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

05.3

Chewing gum

E 104

Isfar Kinolina

30

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

05.4

Tiżjin, kisi u mili, ħlief mili abbażi tal-frott kopert mill-kategorija 4.2.4

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

dekorazzjonijiet, kisi u zlazi biss, ħlief mili

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

dekorazzjonijiet, kisi u zlazi biss, ħlief mili

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

55

(61)

dekorazzjonijiet, kisi u zlazi biss, ħlief mili

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

mili biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

mili biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

55

(61)

mili biss

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

06.6

Panura

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

55

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

08.2.3

Kisi ta’ protezzjoni u kisjiet u tiżjin għal-laħam

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

tiżjin u kisi biss ħlief il-kisi estern li jittiekel ta’ pasturmas

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

35

(61)

tiżjin u kisi biss ħlief il-kisi estern li jittiekel ta’ pasturmas

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

55

(61)

tiżjin u kisi biss ħlief il-kisi estern li jittiekel ta’ pasturmas

E 104

Isfar Kinolina

10

(62)

kisi li jittiekel biss

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

(62):

Il-kwantità totali ta’ E 104 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

09.2

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

200

(63)

f’sostituti tas-salamun abbażi ta’ Theragra chalcogramma u Pollachius virens biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(63)

f’sostituti tas-salamun abbażi ta’ Theragra chalcogramma u Pollachius virens biss

(63):

Il-kwantità totali ta’ E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

09.3

Bajd tal-ħut

E 104

Isfar Kinolina

200

(61)

ħlief bajd tal-Isturjuni (Caviar)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

200

(61)

ħlief bajd tal-Isturjuni (Caviar)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(61)

ħlief bajd tal-Isturjuni (Caviar)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

12.2.2

Ħwawar u kondimenti

E 104

Isfar Kinolina

10

(62)

ħwawar biss, pereżempju trab tal-kari, tandoori

(62):

Il-kwantità totali ta’ E 104 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

12.4

Mustarda

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

35

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

12.6

Zlazi

E 104

Isfar Kinolina

20

(64)

inkluż pikles, zlazi pikkanti, ċatni u picalilli; ħlief zlazi abbażi ta’ tadam

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

30

(64)

f’pikles u picalilli biss

(64):

Il-kwantità totali ta’ E 104 u E 110 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

12.9

Prodotti tal-proteina, esklużi prodotti koperti fil-kategorija 1.8

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

prodotti simili tal-laħam u l-ħut abbażi ta’ proteini veġetali biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

20

(61)

prodotti simili tal-laħam u l-ħut abbażi ta’ proteini veġetali biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

prodotti simili tal-laħam u l-ħut abbażi ta’ proteini veġetali biss

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

13.2

Ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti mid-Direttiva 1999/21/KE (minbarra prodotti mill-kategorija tal-ikel 13.1.5)

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

13.3

Ikel djetetiku għal dieti ta’ kontroll tal-piż maħsuba biex jissostitwixxu l-ikel totali li wieħed jiekol kuljum jew ikla individwali (id-dieta ta’ kuljum totali kollha jew parti minnha)

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

14.1.4

Xarbiet mogħtija t-togħma

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

ħlief prodotti tal-ħalib taċ-ċikkulata u tax-xgħir

14.2.3

Sajder u perri

E 104

Isfar Kinolina

25

(64)

ħlief cidre bouché

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(64)

ħlief cidre bouché

(64):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

14.2.4

Inbid tal-frott u nbid magħmul

E 104

Isfar Kinolina

20

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

1

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

14.2.7.1

Inbid aromatizzat

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

Ħlief americano, bitter vino

14.2.7.2

Xarbiet abbażi ta’ nbid aromatizzat

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

ħlief bitter soda, sangria, claria, zurra

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

ħlief bitter soda, sangria, claria, zurra

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(61)

ħlief bitter soda, sangria, claria, zurra

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

14.2.7.3

Cocktails ta’ prodotti tal-inbid aromatizzati

E 104

Isfar Kinolina

50

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

14.2.8

Xarbiet alkoħoliċi oħra inkluż taħlit ta’ xarbiet alkoħoliċi ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi u spirti b’inqas minn 15 % ta’ alkoħol

E 104

Isfar Kinolina

180

(61)

xarbiet alkoħoliċi b’anqas minn 15 % alkoħol biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(61)

xarbiet alkoħoliċi b’anqas minn 15 % alkoħol biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

170

(61)

xarbiet alkoħoliċi b’anqas minn 15 % alkoħol biss

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

16.

Deżerti minbarra prodotti koperti fil-kategoriji 1,3 u 4

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

5

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

17.1

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma solida inklużi kapsuli u pilloli u forom simili, minbarra f’forom li jistgħu jintmagħdu

E 104

Isfar Kinolina

35

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

35

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

17.2

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’forma likwida

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III

17.3

Supplimenti tal-ikel ipprovduti f’tip ta’ ġulepp jew f’forma li tista’ tintmagħad

E 104

Isfar Kinolina

10

(61)

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

10

(61)

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

10

(61)

(61):

Il-kwantità totali ta’ E 104, E 110, E 124 u l-kuluri fil-Grupp III ma għandhomx jaqbżu l-massimu elenkat għal Grupp III"

(g)

Il-kategorija 08.2.1 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għal E 110 hija mibdula b’dan li ġej:

"E 110

Isfar kulur inżul ix-xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

15

sobrasada biss"

(ii)

l-annotazzjoni għal E 124 hija mibdula b’dan li ġej:

"E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

chorizo sausage/salchichon biss"

(h)

il-kategorija 14.2.7.1 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għal E 104 u E 110 huma mibdula b’dan li ġej:

"E 104

Isfar Kinolina

50

(26) (27)

americano, bitter vino biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(27)

bitter vino biss"

(ii)

l-annotazzjoni għal E 124 hija mibdula b’dan li ġej:

"E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(26) (27)

americano, bitter vino biss"

(i)

il-kategorija 14.2.7.2 hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għal E 104 u E 110 huma mibdula b’dan li ġej:

"E 104

Isfar Kinolina

50

(28)

bitter soda biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

50

(28)

bitter soda biss"

(ii)

l-annotazzjoni għal E 124 hija mibdula b’dan li ġej:

”E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

50

(28)

bitter soda biss”

(j)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għal E 104, E 110, E 124 jitħassru fil-kategoriji tal-ikel imsemmija:

01.7.5

Ġobon ipproċessat

E 104

Isfar Kinolina

100

(33)

ġobon ipproċessat bit-togħma biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(33)

ġobon ipproċessat bit-togħma biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

100

(33)

ġobon ipproċessat bit-togħma biss

04.2.1

Frott u ħxejjex imnixxfa

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(34)

priservi tal-frott aħmar biss

04.2.2

Frott u ħxejjex fil-ħall, żejt jew ilma mielaħ

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(34)

priservi tal-frott aħmar biss

04.2.3

Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(34)

priservi tal-frott aħmar biss

04.2.4.1

Preparazzjonijiet tal-frott u l-ħxejjex eskluż x-xropp tal-frott

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

(34)

priservi tal-frott aħmar biss

04.2.5.2

Ġamm, ġelatini u marmellati u puree tal-qastan bil-ħlewwa kif definiti fid-Direttiva 2001/113/KE

E 104

Isfar Kinolina

100

(31)

ħlief puree tal-qastan

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(31)

ħlief puree tal-qastan

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

100

(31)

ħlief puree tal-qastan

04.2.5.3

Pejsts tal-frott u tal-ħaxix oħra simili

E 104

Isfar Kinolina

100

(31)

ħlief crème de pruneaux

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(31)

ħlief crème de pruneaux

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

100

(31)

ħlief crème de pruneaux

08.2.1

Laħam ipproċessat mhux trattat bis-sħana

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

200

sobrasada biss

09.2

Ħut u prodotti tal-ħut ipproċessati inklużi molluski u krustaċji

E 104

Isfar Kinolina

100

(35)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(35)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

100

(35)

pejst tal-ħut u pejst tal-krustaċji biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

250

(36)

krustaċji msajra minn qabel biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

250

(36)

krustaċji msajra minn qabel biss

E 110

Isfar Inżul ix-Xemx FCF/Isfar fl-Oranġjo S

100

(37)

ħut iffumigat biss

E 124

Ponceau 4R, Koċineal Aħmar A

100

(37)

ħut iffumigat biss”