10.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/2


REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 205/2012

tas-6 ta’ Jannar 2012

li jemenda l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sors tad-dejta u tal-parametri tad-dejta li għandhom ikunu rrappurtati mill-Istati Membri

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(9) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 18 u 26 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru [qafas] għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (2), manifattur għandu jiżgura li kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tinħareġ fis-suq fl-UE tkun akkumpanjata minn ċertifikat validu ta’ konformità u Stat Membru ma jistax jirreġistra t-tali vettura jekk din ma jkollhiex dan iċ-ċertifikat ta’ konformità. F’konformità mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011, id-dejta miġbura minn Stat Membru għall-monitoraġġ tal-konformità ta’ manifattur mal-Artikoli 4 u 11 ta’ dak ir-Regolament, għandha tkun konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità u għandha tkun ibbażata fuq dan id-dokument biss.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment [prestazzjoni] għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (3), jirrikjedi lill-Istati Membri biex jużaw ċertifikat ta’ konformità bħala sors ta’ dejta iżda jippermettu l-użu ta’ dokumenti oħra li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta’ emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri. Sabiex ikunu żgurati l-kosteffettività u l-monitoraġġ u r-rappurtar preċiż tad-dejta tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief, xieraq li fuq perjodu ta’ żmien qasir l-Istati Membri jkunu awtorizzati jużaw l-istess proċedura u sorsi tad-dejta għall-monitoraġġ u r-rappurtar skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 bħal dawk użati għar-rappurtar skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009. Għaldaqstant, l-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu, fejn ikun iġġustifikat, jippermetti l-użu ta’ sorsi oħra ta’ dejta li jipprovdu preċiżjoni ekwivalenti għall-finijiet tal-monitoraġġ u r-rappurtar tas- CO2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tal-passiġġieri, xieraq li, sabiex jitjiebu l-mezzi għall-verifika tal-preċiżjoni tad-dejta, jiżdied in-numru tal-omologazzjoni bħala parametru tad-dejta dettaljata li għandu jkun rappurtat mill-Istati Membri. Sar evidenti wkoll li ma hemmx bżonn għall-parametru “isem kummerċjali” li għaldaqstant għandu jkun imħassar mid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.

(4)

Sabiex ikunu żgurati ċ-ċarezza u l-preċiżjoni fil-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Istati Membri, jeħtieġ ukoll li tkun żgurata konsistenza bejn ir-rekwiżiti differenti speċifikati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 Ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata huma speċifikati fil-formati tar-rappurtar stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II. Il-Partijiet A u B ta’ dak l-Anness għaldaqstant għandhom ikunu aġġustati biex jirriflettu b’mod preċiż dawk ir-rekwiżiti ta’ dejta dettaljata.

(5)

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 510/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2, l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“Id-dettalji msemmija fil-punt 1 għandhom jittieħdu miċ-ċertifikat ta’ konformità jew ikunu konsistenti maċ-ċertifikat ta’ konformità maħruġ mill-manifattur tal-vettura kummerċjali ħafifa rilevanti. Meta ċ-ċertifikat ta’ konformità ma jintużax, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw preċiżjoni adegwata fil-proċedura ta’ monitoraġġ.”

(b)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(b)

L-għadd ta’ vetturi kummerċjali ħfief ġodda li għandhom valuri għal kull wieħed minn dawn il-parametri li ġejjin:

(i)

emissjonijiet tas-CO2

(ii)

massa;

(iii)

distanza bejn il-fusien;

(iv)

wisa' bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir;

(v)

wisa' bejn rota u oħra.”

(ii)

il-punt (c) huwa mħassar.

(iii)

fil-punt (d), il-punti (iv) u (v) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“(iv)

massa mgħobbija massima teknikament permissibbli;

(v)

distanza bejn il-fusien;

(vi)

wisa' ta’ radda tal-fus tal-istering;

(vii)

wisa' ta’ radda tal-fus oħra.”

(2)

Fil-Parti B, il-punti 2, 3, 5 u 6 huma mħassra.

(3)

Fil-Parti C, it-Taqsima 2 dwar dejta ta’ monitoraġġ dettaljata hija sostitwita b'dan li ġej:

Taqsima 2 —   Dejta ta’ monitoraġġ dettaljata:

Manufacturer name – EU standard denomination

Manufacturer name – Manufacturer denomination

Manufacturer name - National Registry denomination

Type-approval number and its extension(s)

Type

Variant

Version

Make

Category of vehicle type-approved

Category of vehicle registered

Total number of new registrations

Specific emissions of CO2 (g/km)

Mass (kg)

Technically permissible maximum laden mass (kg)

Wheelbase (mm)

Track width steering axle (mm)

Track width other axle (mm)

Fuel type

Fuel mode

Capacity (cm3)

Electric energy consumption (Wh/km)

Innovative technology or group of innovative technologies code

Emissions reduction through innovative technologies

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 1

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 1

Version 2

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 2

Version 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Manuf. 1

Number 2

Type 2

Variant 2

Version 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 1

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 1

Version 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 1

Manuf. 2

Manuf. 2

Manuf. 2

Number 1

Type 1

Variant 2

Version 2

…”