8.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 190/2012
tas-7 ta’ Marzu 2012
li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”) [ir-Regolament dwar l-“OKS Unika”] (1), u partikolarment l-Artikolu 43(d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 111/2012 tad-9 ta’ Frar 2012 li jiftaħ il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti rigward l-għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa (2) jipprovdi għal żewġ subperjodi għat-tressiq tal-offerti. |
(2) |
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta’ għajnuna għall-ħażna privata ta’ ċerti prodotti agrikoli (3), abbażi tal-offerti nnotifikati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni jew tiffissa ammont massimu tal-għajnuna jew ma tiffissax ammont massimu tal-għajnuna. |
(3) |
Wara eżami tal-offerti mressqa b’risposta għat-tieni stedina parzjali għall-offerti, huwa f’loku li ma tingħata l-ebda għajnuna għall-ħżin privat taż-żejt taż-żebbuġa għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-subperjodu għat-tressiq tal-offerti li jintemm fl-1 ta’ Marzu 2012 fi ħdan il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 111/2012, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għal kwalunkwe kategorija ta’ prodotti minn dawk imsemmija fl-Anness għal dak ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 37, 10.2.2012, p. 55.