23.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 155/2012

tal-21 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 620/2011 (2) żewġ subintestaturi ġodda, 8528 71 15 u 8528 71 91, ġew introdotti fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87. It-tnejn li huma jkopru apparat b’tagħmir ibbażat fuq mikroproċessur li jinkorpora modem għad-dħul fl-Internet, u li għandu funzjoni għall-iskambju interattiv tal-informazzjoni, li kapaċi jirċievi sinjali tat-televiżjoni li huma msejħa “kaxxi ta’ fuq is-sett li għandhom funzjoni ta’ komunikazzjoni”. Skont il-kliem tas-subintestaturi l-apparat jinkludi apparat li jinkorpora tagħmir li għandu l-funzjoni li jirrekordja jew jirriproduċi, sakemm iżomm il-karattru essenzjali ta’ kaxxa ta’ fuq is-sett li għandha l-funzjoni ta’ komunikazzjoni.

(2)

Fl-interess taċ-ċertezza legali huwa neċessarju li jiġi ċċarat l-ambitu ta’ dawn is-subintestaturi ġodda fir-rigward tat-termini “modem” u “skambju interattiv tal-informazzjoni”. Nota ġdida addizzjonali għalhekk għandha tiġi mdaħħla fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda biex tiġi żgurata interpretazzjoni uniformi ta’ dawn is-subintestaturi fit-territorju kollu tal-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (3), in-Nota 3 Addizzjonali li ġejja hija mdaħħla:

“3.

Għall-għanijiet tas-subintestaturi 8528 71 15 u 8528 71 91 biss, it-terminu “modem” ikopri tagħmir jew apparat li jimmodula u jiddemodula s-sinjali deħlin u ħerġin, bħal V.90- modems jew modems tal-kejbil, u apparat ieħor li jutilizza t-teknoloġiji simili sabiex jinkiseb aċċess għall-Internet, bħad-WLAN, l-ISDN u l-Ethernet. Il-limitu ta’ aċċess għall-Internet jista’ jkun limitat mill-fornitur tas-servizz.

L-apparat taħt dawn is-subintestaturi għandu jippermetti proċess ta’ komunikazzjoni bejn żewġ naħat, jew fluss ta’ informazzjoni bejn żewġ naħat bl-iskop li jiġi pprovdut skambju interattiv tal-informazzjoni.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 166, 25.6.2011, p. 16.

(3)  ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.