|
21.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 48/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 146/2012
tas-16 ta’ Frar 2012
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bil-għan li titwettaq l-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella. |
|
(4) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Apparat fi struttura unika b'qisien ta' madwar 42 × 25 × 6 ċm, li jinkludi l-komponenti li ġejjin:
L-apparat huwa mgħammar bl-interfaċċji li ġejjin:
Mal-preżentazzjoni, l-apparat huwa kapaċi li jirċievi u jiddekodifika sinjali diġitali tat-televiżjoni (kemm kanali b’xejn kif ukoll programmi mill-fornitur tas-servizz). Huwa wkoll kapaċi li jaqbad mal-Internet permezz ta’ interfaċċja ta’ Ethernet. L-apparat huwa kapaċi li jirċievi u jiddekodifika fajls awdjo/vidjo minn:
L-apparat huwa kapaċi jirreġistra u jirriproduċi sinjali diġitali tat-televiżjoni rċevuti kif ukoll kwalunkwe fajls tal-vidjo rċevuti permezz tal-qarrej tal-karta SD jew interfaċċja ta’ USB. L-apparat huwa kapaċi jirriproduċi fajls minn medja esterna bħal DVD, diski Blu-Ray 2D u 3D u CD permezz ta’ qarrej integrat Blu-Ray. |
8521 90 00 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 3 għas-Sezzjoni XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8521 u 8521 90 00 . L-apparat huwa magna komposta, kapaċi twettaq il-funzjonijiet taż-żewġ intestaturi 8521 u 8528 . Fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, jiġifieri l-preżenza ta' apparat ta’ riproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 (il-qarrej tal-Blu-Ray f’dan il-każ) u l-possibbiltà li jirreġistra sinjali u fajls tal-vidjo minn firxa ta’ sorsi (inklużi fost oħrajn rekorders tal-vidjo, kameras diġitali, kamkorders) indipendentament mill-konnessjoni tal-fornitur tas-servizz, l-apparat mhuwiex apparat għar-riċeviment tat-televiżjoni, li jinkorpora fih apparat li jirreġistra jew jirriproduċi l-vidjo u ma jinkorporax fih il-karatteristiċi essenzjali ta' hekk imsejħa "kaxxa ta’ fuq is-sett li għandha funzjoni ta’ komunikazzjoni". L-apparat għandu l-funzjoni prinċipali ta' apparat li jirreġistra jew jirriproduċi l-vidjo u jinkorpora fih tjuner tal-vidjo fit-tifsira tan-Nota 3 għat-Taqsima XVI. Għalhekk l-apparat għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8521 90 00 bħala apparat li jirreġistra jew jirriproduċi l-vidjo li jinkorpora fih tjuner tal-vidjo. |