16.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 130/2012

tal-15 ta' Frar 2012

li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 70/387/KEE tas-27 ta' Lulju 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw il-bibien ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3) kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 75/443/KEE tas-26 ta' Ġunju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-rivers u mat-tagħmir ta’ l-ispeedometer ta’ vetturi bil-mutur (4). Ir-rekwiżiti stipulati f'dawk id-Direttivi għall-iskaluni tal-aċċess, il-mqabad tal-idejn u l-istafef kif ukoll it-tagħmir għall-irriversjar għandhom jingħaddu għal dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, jiġu adattati għall-iżvilupp fl-għarfien xjentifiku u tekniku. Ċerti rekwiżiti oħra stipulati f'dawk id-Direttivi u li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament diġà huma indirizzati permess tal-applikazzjoni obbligatorja tar-Regolament UNECE Nru 11 (5) u r-Regolament Nru 39 (6) elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(3)

Il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jaqbel ma’ dak tad-Direttiva 70/387/KEE u d-Direttiva 75/443/KEE sakemm ikun jixraq. Ir-Regolament għandu għaldaqstant ikopri l-vetturi tal-kategoriji M u N.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistipula rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur fir-rigward tal-aċċess għall-vetturi, jiġifieri l-iskaluni tal-aċċess, l-imqabad tal-idejn u l-istafef kif ukoll il-manuvrabbiltà, jiġifieri t-tagħmir tal-irriversjar. Għaldaqstant, jinħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal din l-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M u N, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

(1)

“tip ta' vettura fir-rigward tal-aċċess għall-vettura u l-manuvrabbiltà” tfisser vetturi li ma jkunux ivarjaw f'aspetti ewlenin bħal:

(a)

il-karatteristiċi tal-istafef, l-iskaluni tal-aċċess u l-imqabad tal-idejn;

(b)

il-karatteristiċi tat-tagħmir tal-irriversjar.

(2)

“vettura off-road (ORV)” tfisser vettura konformi mal-kriterji stipulati fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE;

(3)

“daħla tal-paviment” tfisser l-aktar punt baxx tal-fetħa tal-bieba jew struttura oħra skont liema minnhom tkun l-ogħla, li persuna trid tgħaddi minnha f'dak li hu tul biex ikun jista' jidħol fil-kompartiment tal-passiġġieri.

Artikolu 3

Approvazzjonali tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà ta' vettura

1.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jressaq lill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta' vettura fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura.

2.   L-applikazzjoni għandha titfassal skont il-mudell tad-dokument tal-informazzjoni stipulat fil-Parti 1 tal-Anness I.

3.   Jekk ir-rekwiżiti rilevanti stipulati fl-Annessi II u III f'dan ir-Regolament jiġu sodisfatti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti approvazzjoni tat-tip tal-KE u toħroġ numru tal-approvazzjoni tat-tip skont is-sistema ta' numerazzjoni stipulata fl-Anness VII tad-Direttiva 2007/46/KE.

Stat Membru ma jistax jassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tagħti ċertifikat għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilit skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I.

Artikolu 4

Validità u estensjoni ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont id-Direttiva 70/387/KEE u d-Direttiva 75/443/KEE

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippermettu l-bejgħ u l-użu ta' vetturi bl-approvazzjoni tat-tip qabel id-data msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009, u għandhom ikomplu jestendu l-approvazzjonijiet ta' dawk il-vetturi skont it-termini tad-Direttiva 70/387/KEE u d-Direttiva 75/443/KEE.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.07.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 176, 10.8.1970, p. 5.

(4)  ĠU L 196, 26.7.1975, p. 1.

(5)  ĠU L 120, 13.5.2010, p. 1.

(6)  ĠU L 120, 13.5.2010, p. 40.


ANNESS I

Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura

PARTI 1

Dokument ta’ informazzjoni

MUDELL

Dokument ta’ informazzjoni Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-KE ta’ vettura fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura.

It-tagħrif li ġej, jekk applikabbli, għandu jingħata fi tliet kopji u jinkludi werrej. Kull disinn irid jiġi pprovdut fi skala xierqa u b'dettall suffiċjenti fuq karta ta' daqs A4 jew folder ta' format A4. Ir-ritratti, fil-każ li jkun hemm, għandhom juru dettall suffiċjenti.

Jekk is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi oħra msemmija f’dan id-dokument ta’ informazzjoni jkollhom kontrolli elettroniċi, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom.

0.   ĠENERALI

0.1.   L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   It-tip: …

0.2.1.   L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura (b): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija tal-vettura (c): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk hemm) …

1.   KARATTERISTIĊI ĠENERALI TAL-KOSTRUZZJONI TAL-VETTURA

1.1.   Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta’ vettura rappreżentattiva: …

2.   MASES U DIMENSJONIJIET (f)  (g)

2.6.   Massa f'kundizzjoni ta' sewqan

Massa tal-vettura bil-karozzerija u, fil-każ ta' vettura tal-irmonk ta' kategorija għajr għal M1, b'tagħmir ta' gganċjar, jekk imqiegħed mill-manifattur, f'kundizzjoni ta' sewqan, jew massa tax-chassis jew chassis bil-kabina, mingħajr karozzerija u/jew tagħmir ta' gganċjar jekk il-manifattur ma jqiegħedx il-karozzerija u/jew it-tagħmir ta' gganċjar (inklużi likwidi, għodda, rota żejda, jekk tkun imqiegħda, u s-sewwieq u, għal karozzi tal-linja u kowċis, kunduttur jekk ikun hemm sit għall-kunduttur fil-vettura) (h) (massimu u minimu għal kull varjant): …

4.   TRAŻMISSJONI (p)

4.6.   Il-proporzjonijiet tal-gerijiet

Rivers: …

9.   BODI

9.3.   Bibien tal-passiġġieri, lukketti u ċappetti

9.3.1.   Konfigurazzjoni u numru ta' bibien: …

9.3.4.   Dettalji, inklużi dimensjonijiet, ta' entraturi, tarġiet u manilji meħtieġa fejn applikabbli: …

Noti ta' spjegazzjoni

PARTI 2

Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE

MUDELL

Format: A4 (210 × 297 mm)

ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAT-TIP KE

Timbru tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip

Komunikazzjoni li tikkonċerna:

Approvazzjoni tat-tip KE (1)

estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

ċaħda ta' approvazzjoni tat-tip tal-KE (1)

irtirar ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE (1)

ta' tip ta' vettura fir-rigward tal-aċċess u l-manuvrabbiltà tal-vettura

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 130/2012 [dan ir-Regolament], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (UE) Nru …/… (1)

Numru tal-approvazzjoni skont it-tip KE: …

Ir-raġuni għall-estensjoni: …

TAQSIMA I

0.1.   L-għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.   It-tip: …

0.2.1.   L-isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): …

0.3.   Mezzi ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk immarkati fuq il-vettura (2): …

0.3.1.   Fejn jinsab dak l-immarkar: …

0.4.   Kategorija ta' vettura (3): …

0.5.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

0.8.   L-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-immuntar: …

0.9.   L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …

TAQSIMA II

1.   Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum.

2.   Is-servizz tekniku responsabbli li jwettaq it-testijiet: …

3.   Id-data tar-rapport tat-test: …

4.   In-numru tar-rapport tat-test: …

5.   Rimarki (jekk ikun hemm): ara l-Addendum.

6.   Post: …

7.   Data: …

8.   Firma: …

Dokumenti mehmużin

:

Pakkett ta' informazzjoni

Ir-rapport tat-test


(b)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta’ tip fiha karattri mhux rilevanti għad-deskrizjoni tal-vettura, il-komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati li mhumiex koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(c)  Ikklassifikata skont id-definizzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE.

(f)  ejn hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, iż-żewġ settijiet ta’ piżijiet u dimensjonijiet għandhom ikunu ddikjarati.

(g)  FStandard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-triq - Dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur u vetturi rmunkati - kundizzjonijiet u definizzjonijiet.

(h)  Il-massa tas-sewwieq u, jekk applikabbli, tal-membru tal-ekwipaġġ hija valutata 75 kg (sottodiviża fi 68 kg massa tal-okkupanti u 7 kg massa tal-bagalji skont l-Istandard ISO 2416 - 1992), it-tank tal-karburant ikun mimli sa 90 % u s-sistemi l-oħra li jkun fihom likwidu (ħlief dawk għal ilma użat) ikunu mimlija sa 100 % tal-kapaċità speċifikata mill-manifattur.

(p)  Id-dettalji speċifikati għandhom jingħataw għal kwalunkwe varjant propost.

(1)  Ħassar kull fejn ma japplikax.

(2)  Jekk il-mezz tal-identifikazzjoni ta' tip ikun fih karattri li ma jkunux rilevanti għad-deskrizzjoni tal-vettura, ta' komponent jew tipi ta' unitajiet tekniċi separati koperti minn dan id-dokument informattiv, it-tali karattri għandhom jiġu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni permezz tas-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(3)  Kif imfisser fid-Direttiva 2007/46/KE, Anness II, Taqsima A.

Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE Nru …

1.

Informazzjoni addizzjonali:

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

2.

Tip ta' vettura tal-kategorija M1 / N1 / N2 b'massa massima li ma taqbiżx 7,5 tunnellati (1) hi / mhix (1) mgħammra bl-istafef jew skaluni għall-aċċess.

3.

Vettura off-road (ORV) iva / le (1)

4.

Tagħmir għall-irriversjar: gerboks / mezz ieħor (1)

4.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tagħmir għall-irriversjar fejn dan ma jkunx funzjoni tal-gerboks: …

5.

Rimarki: …


(1)  Ħassar kull fejn ma japplikax.


ANNESS II

Rekwiżiti għall-vetturi fir-rigward tal-aċċess għall-vetturi

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.

Il-karatteristiċi tad-disinn tat-tip tal-vattura għandhom jippermettu d-dħul u l-ħruġ mill-kompartiment tal-passiġġieri f'sikurezza totali u d-daħliet għall-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jinbnew b'tali mod li jkunu jistgħu jintużaw faċilment u bla ebda periklu.

2.   STAFEF U SKALUNI TAL-AĊĊESS

2.1.

Il-buttun tar-rota, ir-rimmijiet u l-partijiet l-oħra tar-rota m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala stafef jew skaluni tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, barra minn raġunijiet li jirrigwardaw il-bini u l-użu li ma jħallix it-twaħħil ta' stafef jew skaluni tal-aċċess x'imkien ieħor fuq il-vettura.

2.2.

L-għoli tad-daħla tal-paviment huwa ddeterminat jew direttament minn wiċċ l-art jew mill-pjan orizzontali li jgħaddi tul in-nofs, b'relazzjoni mad-direzzjoni lonġitudinali, tal-iskaluna immedjatament taħt.

PARTI 1

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-aċċess u l-ħruġ minn bibien tal-kompartiment tal-passiġġieri ta' vetturi tal-kategorija N2 li jkollhom massa massima li taqbeż 7,5 tunnellata u l-kategorija N3

1.   SKALUNI TAL-AĊĊESS GĦALL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERI (Figura 1).

1.1.

Id-distanza (A) minn wiċċ l-art sal-wiċċ ta' fuq tal-iktar skaluna baxxa, imkejla meta l-vettura tkun miexja fuq pjan ċatt u orizzontali, m'għandhiex tkun aktar minn 600 mm.

1.1.1.

Madankollu, għall-vetturi off-road (ORV), id-distanza (A) tista' tiżdied sa 700 mm.

1.2.

Id-distanza (B) bejn l-uċuħ ta' fuq tat-turġien m'għandhiex tkun aktar minn 400 mm. Id-distanza vertikali bejn żewġ turġien sussegwenti m'għandhiex tvarja b'aktar minn 50 mm. L-aħħar ħtieġa m'għandhiex tapplika għad-distanza bejn it-tarġa ta’ fuq nett u d-dħul għall-paviment tal-kompartiment tal-passiġġieri.

1.2.1.

Madankollu, għall-vetturi off-road (ORV), il-varjazzjoni permessa kif indikata hawn fuq tista' tiżdied sa 100 mm.

1.3.

Barra minnhekk, l-ispeċifikazzjonijiet ġeometriċi minimi li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:

(a)

fond tat-tarġa (D): 80 mm;

(b)

wisgħa tat-tarġa (E) (inkluż il-fond tat-tarġa): 150 mm;

(c)

wisgħa tat-tarġa (F): 300 mm;

(d)

wisgħa tal-iktar tarġa baxxa (G): 200 mm;

(e)

għoli tat-tarġa (S): 120 mm;

(f)

ispurġar (il-ħruġ il-barra minn oħra) trasversali bejn it-turġien (H): 0 mm;

(g)

sovrappożizzjoni lonġitudinali (J) bejn żewġ turġien sussegwenti fl-istess taraġ, jew bejn it-tarġa ta' fuq nett u l-għoli tad-dħul għall-paviment tal-kabina: 200 mm.

1.3.1.

Madankollu, għall-vetturi off-road (ORV), il-valur (F) jista' jitnaqqas għal 200 mm.

1.4.

Fil-każ ta' vetturi off-road (ORV), l-iktar tarġa baxxa tista' tkun iddisinjata bħala skaluna, jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet li jirrigwardjaw il-kostruzzjoni jew l-użu. F'każ bħal dan il-fond tal-iskaluna (R) għandu jkun minn talanqas 20 mm.

1.4.1.

Skaluni b'sezzjoni transversjali tonda mhumiex awtorizzati.

1.5.

Waqt l-inżul mill-kompartiment tal-passiġġieri l-pożizzjoni tal-aktar tarġa 'l fuq għandha tinsab mingħajr tbatija.

1.6.

It-turġien tal-aċċess kollha għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jipprekludu r-riskju ta' żlieq. Barra minn hekk, it-turġien tal-aċċess esposti għat-temp u l-ħmieġ matul is-sewqan għandu jkollhom nixxija adegwata jew wiċċ li jgħaddi l-ilma minnu.

2.   AĊĊESS GĦALL-IMQABAD TAL-IDEJN GĦALL-KOMPARTIMENT TAL-PASSIĠĠIERI (kif murija fil-Figura 1).

2.1.

Poġġaman(i), maqbad/imqabad tal-idejn jew tagħmir ekwivalenti ieħor tal-qbid wieħed jew aktar adatt għandu jkun ipprovdut fl-aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri.

2.1.1.

Il-poġġaman(i), maqbad/imqabad tal-idejn jew tagħmir ekwivalenti ieħor tal-qbid għandu jkun b'tali mod li jista' jinqabad faċilment u ma jostakolax l-aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri.

2.1.2.

Tista' tiġi permessa diskontinwità massima ta' 100 mm fiż-żona tal-qbid tal-idejn tal-poġġamani, imqabad tal-idejn jew tagħmir tal-qbid ieħor ekwivalenti.

2.1.3.

Fil-każ ta' aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri b'aktar minn zewġ turġien, il-poġġamani, l-imqabad tal-idejn jew it-tagħmir tal-qbid ekwivalenti għandu jkun jinsab b'tali mod li persuna tkun tista' ssib sostenn fl-istess waqt b'żewġ idejn u sieq waħda jew b'żewġ saqajn u b'id waħda.

2.1.4.

Bl-eċċezzjoni ta' skala ta' turġien, id-disinn u l-pożizzjonament tal-poġġamani, tal-imqabad tal-idejn u tat-tagħmir tal-qbid ekwivalenti għandu jkun tali li min jagħmel użu minnu jkun jista' jinżel iħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri.

2.1.5.

Ir-rota tal-istering tista' tkun ikkunsidrata bħala maqbad tal-idejn.

2.2.

L-għoli (N) tat-tarf t'isfel ta' minn ta' lanqas poġġaman jew ta' maqbad tal-idejn jew tagħmir ta' qbid ekwivalenti wieħed, imkejjel mill-art meta l-vettura tkun miexja fuq wiċċ ċatt u orizzontali, m'għandux jaqbeż 1 850 mm.

2.2.1.

Madankollu, għall-vetturi off-road (ORV), id-distanza (N) tista' tiżdied sa 1 950 mm.

2.2.2.

Jekk l-għoli tad-dħul għall-paviment tal-kompartiment tal-passiġġieri mkejjel minn wiċċ l-art jaqbeż “N”, dan l-għoli għandu jitqies bħala “N”.

2.2.3.

B'żieda ma' dan, id-distanza minima (P) tax-xifer ta' fuq tal-poġġamani jew tal-imqabad tal-idejn jew tagħmir ta' qbid ekwivalenti mill-għoli tad-dħul għall-paviment tal-kompartiment tal-passiġġieri għandha tkun:

(a)

poġġamani, imqabad tal-idejn jew tagħmir ekwivalenti ieħor tal-qbid (U): 650 mm;

(b)

poġġamani, imqabad tal-idejn jew tagħmir ekwivalenti ieħor tal-qbid (V): 550 mm.

2.3.

L–ispeċifikazzjonijiet ġeometriċi li ġejjin għandhom ikunu ssodisfati:

(a)

id-dimensjoni tal-qabda (K): 16 mm minima, 38 mm massima;

(b)

tul (M): minimu ta’ 150 mm;

(c)

spazju għall-komponenti tal-vettura (L): 40 mm minimu bil-bieba miftuħa

Figura 1

Turġien u mqabad tal-idejn tal-aċċess għall-kompartiment tal-passiġġieri

Image

Test ta 'immaġni

PARTI 2

Rekwiżiti li jikkonċernaw l-aċċess u l-ħruġ minn bibien tal-kompartiment tal-passiġġieri ta' vetturi għajr dawk tal-kategorija N2 li jkollhom massa massima li taqbeż 7,5 tunnellata jew tal-kategorija N3

1.   STAFEF U SKALUNI TAL-AĊĊESS

1.1.

Il-vetturi tal-kategoriji M1 u N1 kif ukoll N2 b'massa massima li ma taqbiżx 7,5 tunnellata, għandu jkollhom staffa/stafef jew skaluna/skaluni tal-aċċess jekk l-għoli tad-dħul tal-paviment għall-kompartiment tal-passiġġieri jkunu ogħla minn 600 mm mill-art imkejjel bil-vettura f'pożizzjoni li tista' timxi fuq wiċċ orizzontali u ċatt.

1.1.1.

Madankollu, għall-vetturi off-road (ORV), id-distanza speċifikata hawn fuq tista' tiżdied sa 700 mm.

1.2.

L-istafef u t-turġien tal-aċċess kollha għandhom ikunu magħmula b'tali mod li jipprekludu r-riskju ta' żlieq. Barra minn hekk, l-istafef u t-turġien tal-aċċess esposti għat-temp u l-ħmieġ matul is-sewqan għandu jkollhom nixxija adegwata jew wiċċ li jgħaddi l-ilma minnu.


ANNESS III

Rekwiżiti għall-vetturi fir-rigward tal-manuvrabbiltà tal-vetturi

1.   REKWIŻITI ĠENERALI

1.1.

Il-vetturi kollha għandhom ikunu mgħammra b'mezz għall-irriversjar li jista' jkun operat mill-pożizzjoni tas-sewwieq.