11.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 38/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 113/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta’ April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11a(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha tiġi emendata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ANTORINI


(1)   ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1 (Verżjoni MT: ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 347).


ANNESS

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1

1

Is-Sur Frank Anderson Kouassi

2

Is-Sur Yanon Yapo

3

Is-Sur Benjamin Yapo Atsé

4

Is-Sur Blaise N’Goua Abi

5

Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohoués Oble

6

Is-Sinjura Angèle Gnonsoa

7

Is-Sinjura Danièle Boni Claverie

8

Is-Sur Ettien Amoikon

9

Is-Sur Kata Kéké Joseph

10

Is-Sur Touré Amara

11

Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

12

Is-Sur Thomas N’Guessan Yao

13

Is-Sinjura Odette Lago Daléba Loan

14

Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

15

Is-Sur Rafaël Dogo Djéréké

16

Is-Sinjura Marie Odette Lorougnon Souhonon

17

Is-Sur Felix Nanihio

18

Is-Sur Lahoua Souanga Etienne

19

Is-Sur Jean Baptiste Akrou

20

Is-Sur Lambert Kessé Feh

21

Togba Norbert

22

Kone Doféré

23

Hanny Tchélé Brigitte

24

Jacques Zady

25

Ali Keita

26

Blon Siki Blaise

27

Moustapha Aziz

28

Gnamien Yao

29

Ghislain N’Gbechi

30

Deby Dally Balawourou