10.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/50


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 110/2012

tad-9 ta’ Frar 2012

li jemenda l-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-annotazzjonijiet għall-Afrika t'Isfel fil-listi tal-pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-punt 4 tal-Artikolu 8 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1), u l-Artikolu 24(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (3), tistabbilixxi regoli għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħażna fl-Unjoni ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' kunsinni ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (4).

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi wkoll il-listi ta’ pajjiżi terzi u ta' partijiet minnhom, minn fejn l-importazzjonijiet, it-tranżitu u l-ħażna ta’ din ix-xorta għandhom jiġu awtorizzati, u tistabbilixxi l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-pubbliku u tal-annimali, u r-regoli dwar l-oriġini u t-trattamenti meħtieġa għal dawk il-prodotti importati.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati u jsir tranżitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (5), jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluża l-ħażna matul it-tranżitu mill-Unjoni, ta' tjur, bajd għat-tfaqqis, flieles ta’ ġurnata u bajd speċifikat li ma għandux patoġeni, laħam, laħam ikkapuljat u laħam tat-tjur isseparat b'mod mekkaniku, li jinkludu r-ratiti u l-għasafar tal-kaċċa selvaġġi, bajd u prodotti tal-bajd. Dak ir-Regolament jistipula li dawk il-prodotti bażiċi għandhom jiġu importati biss lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I ta’ miegħu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-influwenza avjarja ta’ patoġeniċità għolja (HPAI) u r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja f’dak iir-rigward għall-prodotti bażiċi maħsuba għall-importazzjoni lejn l-Unjoni.

(5)

F’April 2011, l-Afrika t’Isfel innotifikat lill-Kummisjoni dwar tifqigħa tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fit-territorju tagħha. Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 kienu emendati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 536/2011 (6), sabiex jiġu inklużi ċerti trattamenti speċifiċi għall-importazzjonijiet minn dak il-pajjiż terz ta’ prodotti tal-laħam, stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati għall-konsum mill-bniedem li jinkisbu mil-laħam ta' ratiti mrobbija fl-iziezet u mill-biltong/jerky u prodotti pasturizzati tal-laħam magħmulin minn, jew li jkollhom fihom, laħam ta’ tjur bir-rix imrobbija fl-irziezet, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi.

(6)

Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ratiti għat-tgħammir u dawk għall-produzzjoni u ta’ flieles ta’ ġurnata, tal-bajd għat-tfaqqis u tal-laħam tar-ratiti ma baqgħux awtorizzati mit-territorju kollu tal-Afrika t'Isfel kopert mir-Regolament (KE) Nru 798/2008, minn meta ġiet ikkonfermata t-tifqigħa tal-HPAI, fid-9 ta' April 2011.

(7)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 536/2011, l-Afrika t’Isfel ippreżentat lill-Kummissjoni tagħrif dwar il-miżuri ta’ kontroll li ttieħdu u l-iżvilupp tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, fir-rigward tat-tifqigħa tal-HPAI. L-isforzi biex tiġi kkontrollata u mmonitorjata l-marda min-naħa tal-Afrika t’Isfel, kienu kkunsidrati bħala adegwati biex jiġi żgurat li l-Afrika t’Isfel setgħet tillimita t-tixtrid tal-marda u żżommha f’żona definita.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 ġew emendati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 991/2011 (7). B’dik l-emenda, l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam tar-ratiti u ta’ ċerti prodotti tal-laħam minn dik il-parti tal-Afrika t’Isfel, fejn ma kienx hemm restrizzjonijiet relatati mas-saħħa tal-annimali (it-territorju ZA-2), ġew awtorizzati mill-ġdid. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2011 daħal fis-seħħ fid-9 ta’ Ottubru 2011.

(9)

Wara żewġ emendi suċċessivi, il-Partijiet differenti tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE attwalment jelenkaw it-territorju ZA-2 tal-Afrika t’Isfel bħala wieħed awtorizzat għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam, stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren trattati għall-konsum mill-bniedem u ta’ biltong/jerky u prodotti pasturizzati tal-laħam tat-tjur, tat-tjur bir-rix imrobbi fl-irziezet, inklużi ratiti, u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, li jkunu sarulhom it-trattamenti speċifiċi stipulati f’dak l-Anness.

(10)

Barra minn hekk, it-territorju ZA-2 huwa attwalment elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala territorju awtorizzat għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ laħam tar-ratiti, minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 991/2011.

(11)

Fit-13 ta’ Ottubru 2011, l-Afrika t’Isfel infurmat lill-Kummissjoni dwar suspett ta’ tifqigħa tal-HPAI fiż-żona li qabel kienet ikkunsidrata bħala ħielsa minn dik il-marda. L-Afrika t’Isfel infurmat lill-Kummissjoni wkoll li, fir-rigward ta’ dan is-suspett, projbixxiet id-dispaċċ ta’ kunsinni ta’ laħam tar-ratiti u ċerti prodotti tal-laħam tar-ratiti maħsubin biex jaslu fl-Unjoni.

(12)

Fl-14 ta’ Novembru 2011, l-Afrika t’Isfel innotifikat tifqigħat tal-HPAI lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) barra miż-żona milquta mill-marda skont kif stabbilit mill-Afrika t'Isfel u kif rikonoxxut bir-Regolament (UE) Nru 991/2011. It-territorju kollu ta’ dak il-pajjiż terz, għalhekk, ma jistax jibqa’ jitqies bħala ħieles mill-HPAI.

(13)

Minħabba l-iżvilupp sfavorevoli tas-sitwazzjoni tal-marda fl-Afrika t’Isfel u sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ ftehim dwar il-prodotti bażiċi manifatturati qabel ġiet ikkonfermata t-tifqigħa reċenti tal-HPAI, huwa xieraq li tiġi emendata l-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel fil-Parti 1 tal-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 798/2008 biex tipprojbixxi l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-laħam tar-ratiti u biex tindika d-data tal-konferma tat-tifqigħa inizjali tal-HPAI, fid-9 ta’ April 2011 bħala “d-data tal-għeluq” fil-kolonna 6A f’din il-Parti.

(14)

Barra minn hekk, b'konsegwenza tat-tifqigħa tal-HPAI, it-territorju ZA-2 tal-Afrika t'Isfel ma għadux konformi mal-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali biex jiġi applikat it-“trattament A” għall-prodotti bażiċi li huma magħmula minn, jew li jkollhom fihom laħam tar-ratiti mrobbija fl-irziezet jew stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren tar-ratiti ttrattati għall-konsum mill-bniedem, elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE, u għall-applikazzjoni tat-“trattament E” għall-biltong/jerky u prodotti tal-laħam pasturizzati li huma magħmula minn, jew li jkollhom fihom laħam tat-tjur, tjur tal-kaċċa bir-rix imrobbija fl-irziezet, ratiti u għasafar tal-kaċċa selvaġġi, elenkati fil-Parti 3 ta' dak l-Anness. Dawk it-trattamenti mhumiex biżżejjed sabiex jeliminaw ir-riskji tas-saħħa tal-annimali marbutin ma' dawk il-prodotti bażiċi. L-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel fir-rigward tat-territorju ZA-2 fil-Parti 1 tal-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-annotazzjonijiet għall-Afrika t’Isfel fil-Partijiet 2 u 3 ta’ dak l-Anness għandhom għalhekk jiġu emendati, sabiex jipprevedu trattament adegwat tagħhom.

(15)

Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif xieraq.

(16)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness I ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 huwa emendat skont l-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(5)  ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 147, 2.6.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 261, 6.10.2011, p. 19.


ANNESS I

L-Anness II mad-Deċiżjoni 2007/777/KE hu emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, fl-annotazzjoni għall-Afrika t’Isfel, titħassar l-annotazzjoni “ZA-2”.

(2)

Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjoni “ZA-0” għall-Afrika t’Isfel tinbidel b’dan li ġej:

“ZA

l-Afrika t’Isfel (1)

C

C

C

A

D

D

A

C

C

A

A

D

XXX”

(b)

l-annotazzjoni "ZA-2" titħassar;

(3)

fil-Parti 3, l-annotazzjoni għall-Afrika t'Isfel tinbidel b’li ġej:

“ZA

l-Afrika t’Isfel

XXX

XXX

XXX

XXX

D

D

A

XXX

XXX

A

A

D

XXX

l-Afrika t’Isfel ZA-1

E

E

XXX

XXX

XXX

XXX

A

E

XXX

A

A

XXX

XXX”


ANNESS II

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Afrika ta' Isfel tinbidel b’li ġej:

“ZA – l-Afrika t’Isfel

ZA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4”

BPR

I

P2

9.4.2011

 

A

 

 

DOR

II

 

 

HER

III

 

 

RAT

VII

P2

9.4.2011