9.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 102/2012

tas-27 ta’ Jannar 2012

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar mibgħutin mill-Marokk, mill-Moldova u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u li ttemm il-proċediment tar-reviżjoni tal-iskadenza li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-Regolament “bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(2), 9(4) u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri eżistenti

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) (ir-“Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar (“SWR”) li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ”), mill-Indja, mill-Afrika t’Isfel u mill-Ukraina. Dawn il-miżuri minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għalihom bħala “il-miżuri oriġinali” u l-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri imposti mir-Regolament oriġinali minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-investigazzjoni oriġinali”.

(2)

Fl-2001, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (3), impona dazju antidumping definittiv ta’ bejn 9,7 % u 50,7 % fuq importazzjonijiet ta’ ċerti ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw inter alia mill-Federazzjoni Russa. L-istess livell ta’ dazji ġie impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1279/2007 (4) wara reviżjonijiet interim parzjali u tal-iskadenza. F’April tal-2004, permezz tar-Regolament (KE) Nru 760/2004 (5), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta’ SWR mibgħuta mill-Moldova wara investigazzjoni tal-evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq SWR li jkunu joriġinaw mill-Ukraina vija l-Moldova. B’mod simili, f’Ottubru tal-2004, bir-Regolament (KE) Nru 1886/2004 (6), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali kontra r-RPĊ għal importazzjonijiet ta’ SWR mibgħuta mill-Marokk.

(3)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1858/2005 (7) il-Kunsill, wara reviżjoni tal-iskadenza, żamm il-miżuri oriġinali skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għal dawn il-miżuri bħala “il-miżuri fis-seħħ” u l-investigazzjoni tar-reviżjoni tal-iskadenza minn hawn ’il quddiem se ssir referenza għaliha bħala “l-aħħar investigazzjoni”. F’Mejju tal-2010, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 (8), il-Kunsill estenda l-miżuri oriġinali għall-importazzjonijiet ta’ SWR mibgħuta mir-Repubblika tal-Korea wara investigazzjoni tal-evażjoni tal-miżuri antidumping fuq l-SWR ta’ oriġini tar-RPĊ mir-Repubblika tal-Korea.

2.   It-talba għal reviżjoni tal-iskadenza

(4)

Fit-13 ta’ Novembru 2010, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza (“avviż ta’ bidu”) (9) ta’ miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ SWR li joriġinaw mir-RPĊ, mill-Afrika t’Isfel u mill-Ukraina skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(5)

Ir-reviżjoni tnediet wara talba sostanzjata mressqa mill-Kumitat ta’ Kollegament tal-Industriji tal-Kejbils tal-Metall tal-Unjoni Ewropea (EWRIS — the Liaison Committee of European Union Wire Rope Industries) (iktar ’il quddiem “l-applikant”) f’isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw l-akbar proporzjon, f’dan il-każ aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ SWR. Din it-talba kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara għall-Industija tal-Unjoni (“IU”).

(6)

Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ dan it-tip li tikkonċerna l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja, l-applikant ma talabx il-bidu ta’ reviżjoni tal-iskadenza li tikkonċerna importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja. Konsegwentement, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja skadew fis-17 ta’ Novembru 2010 (10).

3.   Investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjonijiet uffiċjalment avżat lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi, lill-applikant u lill-produtturi tal-Unjoni msemmija fit-talba dwar il-bidu tar-reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu.

(8)

Fid-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, ta’ produtturi u ta’ importaturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, għall-ewwel kien previst it-teħid tal-kampjuni fl-avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni jkunx tassew meħtieġ u, jekk iva, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jagħmlu lilhom infushom magħrufa fi żmien ġimagħtejn mill-bidu tal-proċediment u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu lill-Kummissjoni.

(9)

Minħabba li produttur esportatur wieħed biss fir-RPĊ ipprovda l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu u esprima r-rieda tiegħu li jikkoopera aktar mal-Kummissjoni, ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma jiġix applikat fil-każ ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, u li jintbagħat kwestjonarju lill-produttur imsemmi qabel.

(10)

Għoxrin produttur/gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Fuq il-bażi tal-informazzjoni rċevuta mingħand il-produtturi/gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi/gruppi ta’ produtturi, li nstabu li kienu jirrappreżentaw lill-IU f’termini ta’ volum tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(11)

Tmien importaturi pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-avviż ta’ bidu u esprimew ir-rieda tagħhom li jikkooperaw mal-Kummissjoni. Madankollu, peress li żewġ importaturi biss kienu importaw il-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tapplikax it-teħid tal-kampjuni u li tibgħat kwestjonarju lill-importaturi msemmija qabel.

(12)

Għalhekk intbagħtu kwestjonarji lit-tliet produtturi/gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, lil żewġ importaturi u lill-produtturi esportaturi kollha magħrufa fit-tliet pajjiżi kkonċernati.

(13)

Il-produttur esportatur fir-RPĊ li wieġeb għall-formola tat-teħid ta’ kampjuni sussegwentement ma ssottomettiex it-tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk huwa meqjus li l-ebda produtturi esportaturi fir-RPĊ ma kkooperaw fl-investigazzjoni.

(14)

Produttur esportatur wieħed fl-Ukraina pprovda sottomissjoni limitata fiż-żmien tal-bidu tal-investigazzjoni. Il-produttur ġie mistieden jimla kwestjonarju, iżda naqas milli jissottometti t-tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk huwa meqjus li l-ebda produtturi esportaturi fl-Ukraina ma kkooperaw fl-investigazzjoni.

(15)

Produttur esportatur wieħed fl-Afrika t’Isfel ipprovda tweġiba għall-kwestjonarju.

(16)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji ġew irċevuti wkoll minn tliet produtturi/gruppi ta’ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, żewġ importaturi u utent wieħed.

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset bħala meħtieġa għall-iskop li tiddetermina l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara li tirriżulta u tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi tal-Unjoni:

CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH, il-Ġermanja,

BRIDON Group magħmul minn żewġ kumpaniji: Bridon International Ltd., ir-Renju Unit u BRIDON International GmbH, il-Ġermanja,

REDAELLI Tecna Spa, l-Italja.

(b)

Produttur esportatur fl-Afrika t’Isfel:

SCAW South Africa Ltd., l-Afrika t’Isfel.

(c)

Importaturi:

HEKO Industrieerzeugnisse GmbH, il-Ġermanja,

SENTECH International, Franza.

(d)

Utent:

ASCENSORES ORONA S coop, Spanja.

(18)

L-investigazzjoni dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2009 sat-30 ta’ Settembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-tmiem tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”).

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(19)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u l-aħħar investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ miżuri attwalment fis-seħħ, jiġifieri ħbula u kejbils tal-azzar, li jinkludu l-ħbula koljaturi maqfulin, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b’dimensjoni massima ta’ wisa’ li taqbeż it-3 mm (fit-terminoloġija tal-industrija dawn issir referenza għalihom bħala “SWR”), attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81 , ex 7312 10 83 , ex 7312 10 85 , ex 7312 10 89  u ex 7312 10 98 (il-“prodott ikkonċernat”).

2.   Il-prodott simili

(20)

Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u f’dik tal-aħħar, din l-investigazzjoni tar-reviżjoni kkonfermat li l-SWR prodotti fir-RPĊ u fl-Ukraina u esportati lejn l-Unjoni, SWR prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-Afrika t’Isfel u esportati lejn l-Unjoni, SWR prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu, it-Turkija, u SWR prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess u użu finali u għalhekk huma kkunsidrati bħala prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(21)

Importatur wieħed ressaq argument li tqajjem ukoll fl-aħħar investigazzjoni mill-Assoċjazjoni Ewropea tal-Importaturi tal-Ħbula tal-Wajer (EWRIA). Dan allega li hemm differenza sostanzjali bejn il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħa fl-Unjoni u li għandha ssir distinzjoni bejn il-ħbula għal użu ġenerali u l-ħbula għal użu speċjali. Dawn l-argumenti kienu indirizzati fil-fond fir-Regolamenti oriġinali u f’dawk tal-aħħar li jimponu miżuri provviżorji u definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, fil-Kawża tal-qorti T-369/08 EWRIA v Il-Kummissjoni Ewropea il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kkommettietx żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ma għamlitx distinzjoni bejn il-ħbula għal użu ġenerali u l-ħbula għal użu speċjali fl-investigazzjonijiet fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli (11).

(22)

Minħabba li l-importatur ma ġab l-ebda element ġdid li juri li l-bażi li fuqha saru dawn is-sejbiet oriġinali kienet inbidlet, il-konklużjonijiet milħuqa fir-Regolament oriġinali u tal-aħħar huma kkonfermati.

C.   IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

(23)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk kienx probabbli li jitkompla jew jerġa’ jseħħ id-dumping mal-iskadenza possibbli tal-miżuri fis-seħħ.

1.   Kummenti preliminari

(24)

Fir-rigward tar-RPĊ u l-Ukraina, l-ebda produttur esportatur ma kkoopera bis-sħiħ. Produttur esportatur wieħed fl-Ukraina u produttur esportatur wieħed fir-RPĊ resqu ’l quddiem u ntbagħtilhom kwestjonarju maħsub għall-produtturi esportaturi. It-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju kienu kkunsidrati bħala mhux kompluti u inkonsistenti u l-ebda żjarat ta’ verifika ma setgħu isiru fl-istabbilimenti tagħhom. Il-kumpaniji kkonċernati ġew debitament infurmati bil-miktub li taħt dawn iċ-ċirkostanzi kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Fl-Afrika t’Isfel, l-uniku produttur esportatur magħruf issottometta informazzjoni dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni matul il-PIR, li jirrappreżenta l-bejgħ tal-esportazzjoni kollu tal-Afrika t’Isfel lejn l-Unjoni matul l-istess perjodu.

(25)

Matul il-PIR, il-volum totali tal-importazzjoni, kif irreġistrat fil-Eurostat, ta’ SWR mir-RPĊ, mill-Afrika t’Isfel u mill-Ukraina kien jammonta għal 4 833 tunnellata, li jirrappreżenta 2,4 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni. Matul l-aħħar investigazzjoni l-importazzjonijiet totali tal-pajjiżi kkonċernati kienu jammontaw għal 3 915 tunnellata, li jirrappreżentaw 2,2 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

2.   Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR

(26)

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni oriġinali, kull meta ċ-ċirkostanzi ma nbidlux jew kull meta l-informazzjoni kienet disponibbli. F’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni, bħal fil-każ tar-RPĊ u l-Ukraina, kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

2.1.   Ir-RPĊ

(27)

Matul il-PIR, il-volum totali tal-importazzjoni, kif irreġistrat fil-Eurostat, ta’ SWR mir-RPĊ, kien jammonta għal 4 530 tunnellata, li jirrappreżenta 2,2 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni.

2.1.1.   Il-pajjiż analogu

(28)

Minħabba li r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni, il-valur normali kellu jkun ibbażat fuq informazzjoni miksuba f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adegwat skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(29)

Fl-aħħar investigazzjoni, it-Turkija ntużat bħala l-pajjiż analogu għall-għan li jiġi stabbilit valur normali. Għal din l-investigazzjoni l-applikant ippropona li terġa’ tintuża t-Turkija. Ħadd ma oġġezzjona għall-għażla ta’ pajjiż analogu.

(30)

L-investigazzjoni uriet li t-Turkija kellha suq kompetittiv għall-SWR bi tliet produtturi domestiċi li jfornu madwar 53 % tas-suq u kompetizzjoni minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn. M’hemm l-ebda dazji tal-importazzjoni għat-Turkija fuq il-prodott ikkonċernat u m’hemm l-ebda restrizzjonijiet oħrajn għall-importazzjonijiet ta’ SWR fit-Turkija. Finalment, kif imsemmi fil-premessa (20), il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku Tork kien simili għall-prodott esportat mill-produttur esportatur tar-RPĊ lejn l-Unjoni.

(31)

Għalhekk huwa konkluż li t-Turkija tikkostitwixxi pajjiż analogu adegwat għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

2.1.2.   Il-valur normali

(32)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni rċevuta mill-produttur li jikkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew dovut fis-suq domestiku tat-Turkija minn konsumaturi mhux relatati. L-informazzjoni pprovduta mill-produttur ġiet analizzata u dan il-bejgħ instab li jseħħ matul il-kors ordinarju tal-kummerċ u li huwa rappreżentattiv.

(33)

B’riżultat ta’ dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ medju domestiku peżat lil konsumaturi li mhumiex relatati mill-produttur li qed jikkoopera fit-Turkija.

2.1.3.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(34)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi tar-RPĊ, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament. L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku instabet li hija aktar adegwata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping mill-Eurostat minħabba li l-kodiċijiet rilevanti NM ikopru ambitu aktar wiesa’ ta’ prodotti mill-prodott ikkonċernat, definit fil-premessa (19) ta’ hawn fuq.

2.1.4.   Tqabbil

(35)

Għall-għan li jkun żgurat tqabbil ġust fil-livell li fih il-prodott joħroġ mill-fabbrika u fl-istess stadju kummerċjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati d-differenzi li nstabu li jaffettwaw it-tqabbil fil-prezz. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasportazzjoni u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

2.1.5.   Il-marġni tad-dumping

(36)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġini ta’ dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat lejn l-Unjoni. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti ta’ madwar 38 %.

2.2.   L-Afrika t’Isfel

(37)

Matul il-PIR, kif irreġistrat fil-Eurostat, il-volum totali tal-importazzjoni ta’ SWR mill-Afrika t’Isfel kien jammonta għal 281 tunnellata, li jirrappreżenta 0,1 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, jiġifieri f’livell de minimis. L-uniku produttur esportatur magħruf kien jirrappreżenta 100 % ta’ dawn l-importazzjonijiet.

2.2.1.   Il-valur normali

(38)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew dovut fis-suq domestiku tal-Afrika t’Isfel minn konsumaturi mhux relatati, minħabba li dan il-bejgħ instab li jsir fil-kors ordinarju tal-kummerċ u li huwa rappreżentattiv.

2.2.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(39)

Peress li l-bejgħ tal-esportazzjoni kollu tal-prodott ikkonċernat sar direttament lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew dovuti.

2.2.3.   Tqabbil

(40)

Għall-għan li jkun żgurat tqabbil ġust fl-istess stadju kummerċjali, fil-livell li fih il-prodott joħroġ mill-fabbrika, bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati d-differenzi li kienu allegati u pprovati li jaffettwaw l-paragunabbiltà tal-prezzijiet. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport, tal-assigurazzjoni u ta’ kreditu skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku.

2.2.4.   Il-marġni ta’ dumping

(41)

Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni ta’ dumping kien stabbilit fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezz tal-esportazzjoni medju peżat lejn l-Unjoni, skont it-tip ta’ prodott. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping li jammonta għal 17 %, li huwa inqas mill-marġni ta’ dumping ta’ 38,6 % li nstab fl-investigazzjoni oriġinali.

2.3.   L-Ukraina

(42)

Matul il-PIR, kif irreġistrat fil-Eurostat, il-volum totali tal-importazzjoni ta’ SWR mill-Ukraina kien jammonta għal 22 tunnellata, li jirrappreżenta inqas minn 0,1 % tas-sehem mis-suq tal-Unjoni, jiġifieri f’livell de minimis.

2.3.1.   Il-valur normali

(43)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li nstabet fit-talba tal-applikant għal reviżjoni, li jikkorrispondi mal-prezz imħallas jew dovut fis-suq domestiku tal-Ukraina minn konsumaturi mhux relatati.

2.3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(44)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ukraini, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament. L-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku instabet li hija l-aktar adegwata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping minħabba li din l-informazzjoni tkopri eżattament il-prodott ikkonċernat definit fil-premessa (19).

2.3.3.   Tqabbil

(45)

Biex ikun żgurat tqabbil ġust, il-prezz tal-esportazzjoni ġie aġġustat għall-merkanzija fl-oċean u l-assigurazzjoni fit-talba tal-applikant għar-reviżjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. B’riżultat ta’ dan, ġie stabbilit marġni ta’ dumping ta’ aktar minn 80 % għall-PIR.

3.   L-iżviluppi probabbli tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri

3.1.   Kummenti preliminari

(46)

L-ebda wieħed mit-28 produttur esportatur tar-RPĊ ma kkoopera.

(47)

Iż-żewġ produtturi esportaturi mill-Afrika t’Isfel imsemmija fit-talba għal reviżjoni wieġbu għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni, iżda dak b’interess ta’ esportazzjoni għall-Unjoni biss ikkoopera billi mela l-kwestjonarju. M’hemm l-ebda produtturi magħrufa oħrajn fl-Afrika t’Isfel.

(48)

Safejn hija kkonċernata l-Ukraina, il-produttur esportatur magħruf waqaf jikkoopera kif spjegat fil-premessa (14). L-ebda produtturi oħrajn mhuma magħrufa fl-Ukraina.

3.2.   Ir-RPĊ

3.2.1.   Kummenti preliminari

(49)

Fl-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji tar-RPĊ kollha kienu soġġetti għal dazju antidumping wieħed bir-rata ta’ 60,4 %. Il-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu b’mod sinifikanti, minn 11 484 tunnellata matul il-PI tal-investigazzjoni oriġinali (EU-15) għal 1 942 tunnellata matul il-PIR tal-aħħar investigazzjoni (EU-25) iżda mbagħad żdiedu għal 4 530 tunnellata fil-PIR attwali. Madankollu, huwa nnutat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ, sa mis-sena 2001, għandhom tendenza li jiżdiedu. Is-sehem mis-suq attwali tar-RPĊ huwa ta’ madwar 2,2 %.

(50)

Sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx probabbli li jkompli jseħħ id-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati, ġew eżaminati l-mod ta’ kif qed jipprezzaw il-produtturi esportaturi lejn swieq ta’ esportazzjoni oħrajn, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-prattiki ta’ evażjoni. L-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-importazzjoni mingħand l-esportaturi kienet iddeterminata fuq il-bażi tal-Eurostat, dik dwar volumi tal-esportazzjoni u prezzijiet fuq il-bażi tal-informazzjoni statistika tar-RPĊ, u informazzjoni relatata mal-kapaċità kienet ibbażata fuq informazzjoni inkluża fit-talba. Id-dejta tal-Eurostat instabet li kienet l-aktar adegwata għat-tqabbil mal-informazzjoni statistika tar-RPĊ minħabba li t-tqabbil kien possibbli biss għal ambitu usa’ tal-prodott, kif spjegat fil-premessa li jmiss.

3.2.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

(51)

L-informazzjoni statistika disponibbli mingħand id-dejtabejżis pubbliċi tar-RPĊ tkopri ambitu usa’ tal-prodott mill-prodott ikkonċernat. Għalhekk ma setgħet issir l-ebda analiżi sinifikanti ta’ kwantitajiet esportati lejn swieq oħrajn fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni. L-analiżi tal-prezzijiet li għaliha setgħet tintuża d-dejtabejż tar-RPĊ hija bbażata fuq stimi raġonevoli mogħtija l-karatteristiċi simili tal-prodotti l-oħrajn li possibilment kienu inklużi fl-analiżi.

(52)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq, instab li il-prezzijiet tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn swieq tal-esportazzjoni oħrajn kienu, bħala medja, inqas ferm mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni (b’madwar 30 % meta ma jiġux ikkunsidrati d-dazji tal-antidumping imħallsa). Minħabba li, kif ġie konkluż fil-premessa (36), il-bejgħ tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni sar f’livelli dumped, dan indika li l-esportazzjonijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn x’aktarx ġew dumped f’livelli saħansitra ogħla mill-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Tqies ukoll li l-livell tal-prezz tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra jista’ jidher bħala indikatur tal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Fuq din il-bażi, u minħabba l-livelli baxxi tal-prezzijiet lejn swieq ta’ pajjiżi terzi, ġie konkluż li hemm marġni konsiderevoli biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, li bħala konsegwenza jżid id-dumping.

3.2.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

(53)

Instab li l-livell tal-prezz tal-bejgħ mill-IU fl-Unjoni kien bħala medja konsiderevolment ogħla mil-livell tal-prezz tal-esportazzjoni tal-esportatur tar-RPĊ lil swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Il-fatt li l-livell tal-prezz ġeneralment prevalenti għall-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni jagħmel is-suq tal-Unjoni wieħed attraenti ħafna, japplika wkoll għar-RPĊ. Il-livell ogħla tal-prezz fis-suq tal-Unjoni huwa inċentiv biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni.

3.2.4.   Il-marġni ta’ dumping

(54)

Kif ġie konkluż fil-premessa (36), il-bejgħ tal-esportazzjoni mir-RPĊ lejn l-Unjoni sar f’livelli ta’ dumping b’mod sinifikanti bbażati fuq il-valur normali tal-pajjiż analogu. Fin-nuqqas ta’ miżuri, m’hemm l-ebda raġuni biex jitqies li l-importazzjoni ma jsirux bi prezzijiet dumped simili u fi kwantitajiet ogħla.

3.2.5.   Kapaċità mhux użata u ħażniet

(55)

Skont it-talba tar-reviżjoni u kif ivverifikat abbażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament (jiġifieri informazzjoni ppubblikata mill-kumpaniji fuq is-siti tagħhom), il-kapaċitajiet tal-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ ġew stmati għal 1 355 000 tunnellata. L-istima tal-applikant tal-użu tal-kapaċità tal-produtturi tar-RPĊ hija madwar 63 % li jirriżulta fi kwantità mhux użata ta’ aktar minn 500 000 tunnellata. L-applikant ipprovda wkoll informazzjoni dwar faċilitajiet oħra ta’ produzzjoni li qed jiġu stabbiliti u d-daqs tas-suq domestiku. Il-produtturi tar-RPĊ għalhekk għandhom kapaċitajiet żejda sinifikanti li jaqbżu bil-kbir mhux biss il-kwantità tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PIR iżda t-total tal-konsum tal-Unjoni. Għalhekk, teżisti l-kapaċità li jiżdiedu ħafna l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, b’mod partikolari għaliex m’hemm l-ebda indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali fi kwantitajiet bħal dawn. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li mhuwiex probabbli li s-suq domestiku fir-RPĊ, minħabba l-preżenza ta’ numru konsiderevoli ta’ produtturi li jikkompetu, ikun jista’ jassorbi volumi sinifikanti ta’ dawn il-kapaċitajiet żejda.

3.2.6.   Il-prattiki tal-evażjoni

(56)

Il-miżuri fis-seħħ dwar importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ instabu li ġew evażi permezz ta’ importazzjonijiet trasbordati mill-Marokk fl-2004 u mir-Repubblika tal-Korea fl-2010. Dan jindika l-interess ċar fis-suq tal-Unjoni ta’ bejjiegħa ta’ SWR tar-RPĊ u li dawn ma jixtiequx jikkompetu fis-suq tal-Unjoni f’livelli mhux dumped. Dan huwa kkunsidrat bħala indikazzjoni oħra li l-esportazzjonijiet tar-RPĊ x’aktarx jiżdiedu fil-volum u jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ta’ dumping, jekk il-miżuri jiġu revokati.

3.3.   L-Afrika t’Isfel

3.3.1.   Kummenti preliminari

(57)

Hemm żewġ produtturi magħrufa fl-Afrika t’Isfel. Kif ġie spjegat hawn fuq, produttur esportatur wieħed ikkoopera f’din l-investigazzjoni tar-reviżjoni.

(58)

Il-produttur l-ieħor magħruf ma wera l-ebda interess li jesporta lejn l-Unjoni u ddikjara li l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tiegħu jintużaw kollha u jiġu mibjugħa fis-suq domestiku tal-Afrika t’Isfel.

(59)

L-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel naqsu b’mod konsiderevoli sa mill-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali. Is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel (0,1 %) kien inqas mil-limitu de minimis matul il-PIR, u b’kollox kien jammonta għal 281 tunnellata. Barra minn hekk, ħafna minn dawn l-importazzjonijiet kienu eventwalment maħsuba għal użu offshore, li żviluppa b’mod konsiderevoli sa mill-investigazzjoni preċedenti u ma nħelsux mid-dwana fl-UE. Kwantitajiet żgħar tal-prodott ikkonċernat biss inħelsu għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE.

(60)

Sabiex jiġi stabbilit jekk id-dumping jitkomplix jekk il-miżuri jiġu revokati, ġiet eżaminata l-informazzjoni provduta mill-esportatur li kkoopera dwar il-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet lejn l-Unjoni u lil pajjiżi terzi, il-kapaċità mhux użata u l-ħażniet u s-sitwazzjoni tas-suq domestiku tal-Afrika t’Isfel.

3.3.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

(61)

L-esportatur li kkoopera tal-prodott ikkonċernat ipprovda informazzjoni dwar il-volumi u l-prezzijiet fis-swieq tal-esportazzjoni minbarra l-Unjoni. Il-produttur esportatur ibiegħ parti konsiderevoli mill-produzzjoni tiegħu fi swieq tal-esportazzjoni għalkemm il-volumi tal-esportazzjoni naqsu matul il-perjodu kkunsidrat. L-attività tal-esportazzjoni tal-kumpanija hija ffukata l-aktar fuq żewġ oqsma speċifiċi tas-suq: ħbula għal tħaffir ta’ mini vertikali fondi u applikazzjonijiet relatati ma’ tħaffir lil hinn mix-xatt.

(62)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-kumpanija lejn pajjiżi terzi mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni inkluż id-dazju antidumping applikabbli globalment kienu konsiderevolment ogħla fis-snin kollha fil-perjodu kkunsidrat (30 % sa 70 %). Il-vantaġġ fil-prezz milħuq mill-esportatur fi swieq oħra ta’ pajjiżi terzi meta mqabbel mal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni jissuġġerixxi li l-esportatur ma jidħolx fis-suq tal-Unjoni bi kwantitajiet sinifikanti fil-ġejjieni, jekk il-miżuri jiġu revokati. F’dan ir-rigward, ġie kkunsidrat ukoll li, kif spjegat fil-premessa (61) ta’ hawn fuq, l-attivitajiet ta’ esportazzjoni tal-kumpanija huma ffukati fuq prodotti li m’hemmx domanda ewlenija għalihom fis-suq tal-Unjoni.

3.3.3.   Kapaċità mhux użata u ħażniet

(63)

Sa mill-aħħar investigazzjoni, il-produttur esportatur li kkoopera żamm il-ħażniet f’livell stabbli. L-użu tal-kapaċità (madwar 70 sa 75 %) ukoll kienet f’livelli komuni minħabba r-restrizzjonijiet tekniċi fil-proċess tal-produzzjoni. Il-kapaċità żejda massima disponibbli hija bejn 1 500 sa 3 500 tunnellata. Il-produttur esportatur mhux qed jippjana li jespandi l-kapaċitajiet tal-produzzjoni tiegħu b’ammonti sinifikanti. Il-kapaċità li jiżdiedu l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni tidher limitata ħafna fid-dawl tal-fatt li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali.

(64)

Huwa nnutat ukoll li l-produzzjoni tmur prinċipalment għas-suq domestiku fejn jinkisbu profitti għoljin, b’hekk il-kumpanija m’għandha l-ebda interess li tesporta kwantitajiet sinifikanti lejn l-Unjoni.

3.4.   L-Ukraina

3.4.1.   Kummenti preliminari

(65)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produttur esportatur magħruf tal-Ukraina, kif spjegat fil-premessa (14) ta’ hawn fuq, is-sejbiet kienu bbażati fuq fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Minħabba li ftit informazzjoni hija magħrufa dwar l-industrija tal-Ukraina, il-konklużjonijiet li ġejjin huma bbażati fuq informazzjoni pprovduta fit-talba għar-reviżjoni tal-applikant u fuq statistiċi kummerċjali disponibbli pubblikament. Huwa nnutat li m’hemm l-ebda produtturi oħra magħrufa fl-Ukraina u li l-kunsiderazzjonijiet li ġejjin b’mod partikolari dwar il-kapaċitajiet tal-produzzjoni, huma relatati mal-produttur esportatur magħruf.

(66)

Sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx probabbli li jkompli jseħħ id-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati, ġew eżaminati l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u lejn l-Unjoni, il-kapaċitajiet mhux użati u l-prattiki ta’ evażjoni.

3.4.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni

(67)

Fin-nuqqas ta’ kull informazzjoni oħra aktar affidabbli, ġiet meqjusal-informazzjoni provduta fit-talba fir-rigward tas-swieq tal-esportazzjoni, abbażi ta’ statistiċi disponibbli pubblikament. Analiżi tal-figuri disponibbli wriet li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi kienu inqas mhux ħażin mill-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Kif diġà ġie spjegat hawn fuq, fil-każ tar-RPĊ u tal-Afrika t’Isfel, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn ġew ikkunsidrati bħala indikatur għal-livell tal-prezz probabbli għall-bejgħ tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li hemm marġni konsiderevoli biex jitnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u x’aktarx ħafna f’livelli dumped.

3.4.3.   Kapaċità mhux użata

(68)

F’dawn l-aħħar snin, iż-żewġ produtturi esportaturi magħrufa qabel, amalgamaw l-attivitajiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, il-kapaċità tal-produzzjoni kif stabbilita fl-aħħar investigazzjoni tnaqqset. Skont l-evidenza disponibbli fit-talba u kif ġie ddikjarat mill-produttur esportatur magħruf, il-kapaċità tal-produzzjoni stmata fl-Ukraina hija ta’ bejn 35 000 sa 40 000, li minnha 70 % tintuża għall-produzzjoni attwali. Il-kapaċità żejda, li tvarja bejn 10 500 u 12 000 tunnellata, u b’hekk tindika li teżisti l-kapaċità li l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jiżdiedu b’mod sinifikanti. Il-konsum apparenti fl-Ukraina kkalkolat fuq il-bażi tal-produzzjoni magħrufa u l-informazzjoni statistika dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet jindika li s-suq domestiku ma jistax jassorbi kapaċitajiet addizzjonali. L-Ukraina għalhekk tibqa’ l-pajjiż minn fejn id-direzzjoni mill-ġdid tal-kapaċitajiet mhux użati lejn is-suq tal-Unjoni huwa l-aktar imminenti mill-pajjiżi kollha kkonċernati, b’mod partikolari għaliex m’hemm l-ebda indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali.

3.4.4.   Il-prattiki ta’ evażjoni

(69)

Wara l-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ SWR mill-Ukraina, instab li dawn il-miżuri kienu qed jiġu evażi permezz tal-importazzjonijiet ta’ SWR mill-Moldova. Ġie kkunsidrat li l-prattika tal-evażjoni nnutata kienet fattur addizzjonali li jindika l-interess li wieħed jidħol fis-suq tal-Unjoni u n-nuqqas ta’ ħila li wieħed jikkompeti fis-suq tal-Unjoni f’livelli mhux dumped.

3.5.   Konklużjoni

(70)

Instab li kien hemm kontinwazzjoni ta’ dumping sinifikanti għar-RPĊ u l-Ukraina u livell imnaqqas għall-Afrika t’Isfel, minkejja li volumi tal-importazzjoni mill-Afrika t’Isfel u l-Ukraina kienu f’livelli baxxi.

(71)

Għall-eżaminazzjoni dwar jekk ikunx probabbli li jkompli jseħħ id-dumping jekk il-miżuri tal-antidumping jiġu revokati, ġew analizzati l-kapaċitajiet żejda u l-ħażniet mhux użati kif ukoll l-istrateġiji tal-ipprezzar u tal-esportazzjoni fi swieq differenti. Din l-eżaminazzjoni wriet li kien hemm kapaċitajiet żejda importanti u ħażniet li akkumulaw fir-RPĊ u dan sar f’livell inqas fl-Ukraina. Ma ġew osservati l-ebda kapaċitajiet żejda sinifikanti jew ħażniet mhux normali fl-Afrika t’Isfel. Instab ukoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn ġeneralment kienu anqas minn dawk lejn is-suq tal-Unjoni fil-każ tar-RPĊ u l-Ukraina u li l-Unjoni b’hekk baqgħet suq attraenti għall-produtturi esportaturi minn dawn il-pajjiżi. L-esportazzjonijiet tal-Afrika t’Isfel lejn pajjiżi oħra madankollu kienu f’livelli ogħla mhux ħażin mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u dehru li ma kienux fi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk ġie konkluż li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukraina lejn pajjiżi terzi x’aktarx jerġgħu jkunu diretti lejn l-Unjoni jekk l-aċċess għas-suq tal-Unjoni jkun mingħajr miżuri antidumping. Il-kapaċitajiet tal-produzzjoni żejda disponibbli wkoll x’aktarx iwasslu għal żieda fl-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi. Analiżi tal-istrateġiji tal-ipprezzar żvelat ukoll li dawn l-esportazzjonijiet mill-Ukraina u mir-RPĊ x’aktarx isiru fi prezzijiet li jkunu l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-konklużjonijiet reġgħu issaħħu mill-fatt li kemm għar-RPĊ u kemm għall-Ukraina, instab li kienu ġew evażi l-miżuri eżistenti permezz tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn li indikaw li l-pajjiżi esportaturi ma kienux kapaċi jikkompetu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet ġusti. Għall-kuntrarju, il-produttur tal-Afrika t’Isfel ġie meqjus kapaċi jikkompeti ma’ produtturi oħrajn, inklużi l-produtturi tal-Unjoni, fi swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn bi prezzijiet ġusti. Meta jiġi kkunsidrat dan li ngħad hawn fuq, huwa stabbilit għar-RPĊ u l-Ukraina li d-dumping x’aktarx ikompli jseħħ fi kwantitajiet sinifikanti, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għall-kuntrarju, meta jitqiesu l-livell imnaqqas ta’ dumping sa mill-investigazzjoni oriġinali, il-fatt li l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi oħra saru bi prezzijiet ogħla mhux ħażin milli lejn l-UE u d-domanda baxxa mistennija għall-prodotti mill-Afrika t’Isfel, huwa kkunsidrat li l-kontinwazzjoni ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fi kwantitajiet sinifikanti ma jkunux probabbli fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel.

(72)

Il-Gvern Ukrain ikkummenta fuq is-sejbiet ta’ hawn fuq u argumenta li l-allegazzjoni li r-revoka tal-miżuri tal-antidumping tkun twassal għal bidla mill-produttur Ukrain għas-suq tal-Unjoni hija waħda esaġerata u mhux raġjonevoli. B’appoġġ għal din l-istqarrija l-Gvern argumenta li l-miżuri fis-seħħ irriżultaw f’telf ta’ kuntatti mal-konsumaturi fl-UE u għaldaqstant it-tmiem tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni u li l-esportazzjonjiet mill-Ukraina issa huwa kkonċentrati fuq is-swieq tas-CIS u dawk Ażjatiċi minflok. Il-Gvern madankollu naqas li jikkummenta dwar kemm hu attraenti s-suq tal-Unjoni minħabba d-differenza konsiderevoli fil-prezz f’dawn is-swieq kif jissemma fil-premessa (67) ta’ hawn fuq, u għalhekk ma laqatx il-punt li hemm tabilħaqq xi probabbiltà li l-esportazzjoni mill-Ukraina tiġi ridirezzjonata lejn l-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

(73)

Wara l-iżvelazzjoni, l-applikant argumenta li l-volum imnaqqas tal-esportazzjoni minn produttur fl-Afrika t’Isfel lejn swieq oħrajn huwa mbassar li se jwassal għal tkabbir f’kapaċitajiet żejda li mhux se jassorbihom is-suq domestiku u allura se jwasslu għal aktar importazzjoni lejn l-Unjoni. Dawn l-argumenti, madankollu, ma humiex issostanzjati b’evidenza. Għall-kuntrarju, ġie osservat li t-tnaqqis fil-bejgħ bl-esportazzjoni tal-esportatur li koopera matul il-perjodu kkunsidrat ġew impattija minn bejgħ domestiku li naqas għal punt aktar baxx matul l-istess perjodu. U wkoll, il-volum tal-bejgħ komplessiv tal-kumpanija żdied bejn l-2009 u l-PI. Għalhekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-argumentazzjoni tal-applikant tista’ tiġi ġġustifikata.

(74)

L-applikant kompla jikkritika lill-Kummissjoni talli ma qisietx in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produttur l-ieħor mill-Afrika t’Isfel u għall-fatt li għax din il-kumpanija ma esportatx fl-imgħoddi ma jfissirx li din mhix se tesporta fil-ġejjieni. F’dan ir-rigward ġie nnotat li tul il-perjodu kkunsidrat din il-kumpanija ma esportatx lejn l-Unjoni. Il-miżuri tal-antidumping ma għandhomx l-għan li jservu ta’ strument biex jipprojbixxu l-importazzjonijiet leġittimi lejn l-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument kellu jiġi miċħud.

D.   IL-PRODUZZJONI TAL-UNJONI U L-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(75)

Fl-Unjoni, l-SWR huma manifatturati minn aktar minn 25 produttur/gruppi ta’ produtturi. Dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(76)

Kif huwa indikat taħt il-premessa (10), intgħażel kampjun li jikkonsisti minn tliet produtturi/gruppi ta’ produtturi minn 20 produttur tal-Unjoni li ssottomettew l-informazzjoni meħtieġa.

BRIDON Group magħmul minn Bridon International Ltd (ir-Renju Unit) u Bridon International GmbH (il-Ġermanja),

CASAR Drahtseilwerk Saar GmbH, (il-Ġermanja),

Pfeifer Drako Drahtseilwerk GMBH (il-Ġermanja),

Drahtseilwerk Hemer GmbH and Co. KG (il-Ġermanja),

Westfälische Drahtindustrie GmbH (il-Ġermanja),

Teufelberger Seil GmbH (il-Ġermanja),

ZBD Group A.S. (Ir-Repubblika Ċeka),

Cables y Alambres especiales, SA (Spanja),

Manuel Rodrigues de Oliveira Sa & Filhos, SA (il-Portugall),

D. Koronakis SA (il-Greċja),

N. Leventeris SA (il-Greċja),

Drumet SA (il-Polonja),

Metizi JSC (il-Bulgarija),

Arcelor Mittal Wire France (Franza),

Brunton Shaw UK Limited (ir-Renju Unit),

Sirme Si Cabluri S.A./CORD S.A. (ir-Rumanija),

REDAELLI Tecna Spa (l-Italja),

Remer SRL (l-Italja),

Metal Press SRL (l-Italja),

Randers Reb International A/S (id-Danimarka).

(77)

Huwa nnutat li tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu jgħoddu għal 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR, filwaqt li l-20 produttur tal-Unjoni ta’ hawn fuq kienu jgħoddu għal 96 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-PIR li hija kkunsidrata bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(78)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-IU fis-suq tal-Unjoni, u fuq id-dejta tal-Eurostat għall-importazzjonijiet kollha tal-UE.

(79)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’21 % minn 255 985 tunnellata għal 203 331 tunnellata bejn l-2007 u l-PIR. Speċifikament, wara li żdied bi ftit b’1 % fl-2008, dan naqas b’mod sinifikanti bi 22 punt perċentwali fl-2009 bħala konsegwenza tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u baqa’ f’livell simili fil-PIR.

 

2007

2008

2009

PIR

Konsum tal-Unjoni

(f’tunnellati)

255 986

257 652

201 975

203 331

Indiċi

100

101

79

79

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

2.1.   Akkumulazzjoni

(80)

Fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-importazzjonijiet ta’ SWR li joriġinaw mir-RPĊ, mill-Afrika t’Isfel u mill-Ukraina ġew evalwati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Ġie eżaminat jekk valutazzjoni kumulattiva kinitx ukoll adattata fl-investigazzjoni attwali.

(81)

F’dan ir-rigward, instab li l-marġni tad-dumping stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet minn kull pajjiż kien ta’ aktar minn de minimis. Fir-rigward tal-kwantitajiet, twettqet analiżi prospettiva tal-volumi tal-esportazzjoni probabbli minn kull pajjiż, jekk il-miżuri jiġu revokati. Din żvelat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukraina, għall-kuntrarju ta’ dawk mill-Afrika t’Isfel, x’aktarx li jiżdiedu għal livelli ’l fuq sew minn dawk milħuqa fil-PIR u ċertament jaqbżu l-limitu negliġibbli, jekk il-miżuri jiġu revokati. Fir-rigward tal-Afrika t’Isfel, instab li l-kapaċità li jiżdiedu l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienet limitata ħafna fid-dawl tal-kapaċità baxxa u l-fatt li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu kwalunkwe produzzjoni addizzjonali, jekk din tkun teżisti.

(82)

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati, instab li l-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel ma kinux qed jikkompetu direttament mal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi l-oħrajn. F’dan ir-rigward, il-prezzijiet tat-tipi ta’ prodotti importati mill-Afrika t’Isfel kienu ogħla mhux ħażin, kif jidher fil-premessi (87) u (91) ta’ hawn taħt, mill-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi l-oħra. Huwa minnu li dawn il-prezzijiet ogħla wasslu għan-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz minn importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel kuntrarjament għas-sejba ta’ twaqqigħ tal-prezz sinifikanti minn importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi l-oħra.

(83)

Fir-rigward tal-importazzjonijiet minn dawn it-tliet pajjiżi kkonċernati, l-investigazzjoni sabet li l-SWR importati minn dawn il-pajjiżi kienu simili fil-karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi tagħhom. Barra minn hekk, it-tipi differenti ta’ SWR importati kienu jistgħu jitbiddlu ma’ tipi prodotti fl-Unjoni u ġew ikkummerċjalizzati fl-Unjoni matul l-istess perjodu. Fid-dawl ta’ dak li ngħad hawn fuq, ġie meqjus li l-SWR importati li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati kienu jikkompetu mal-SWR prodotti fl-Unjoni.

(84)

Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, ġie b’hekk ikkunsidrat li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew sodisfatti fir-rigward tar-RPĊ u l-Ukraina. L-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi għalhekk ġew eżaminati b’mod kumulattiv. Peress li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati ma ġewx sodisfatti fir-rigward tal-Afrika t’Isfel, l-importazzjonijiet li joriġinaw minn dan il-pajjiż ġew eżaminati individwalment.

2.2.   L-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukraina

2.2.1.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet

(85)

Skont id-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u l-Ukraina naqas b’54 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 ġie osservat tnaqqis konsiderevoli b’43 punt perċentwali, li mbagħad kien segwit minn tnaqqis ieħor ta’ 13-il punt perċentwali fil-PIR.

(86)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tar-RPĊ u dawk Ukraini naqas minn 3,8 % għal 2,2 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(87)

Safejn huma kkonċernati l-prezzijiet tal-importazzjoni, dawn naqsu b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara li żdiedu bi 11 % fl-2008, dawn reġgħu żdiedu fl-2009 u baqgħu stabbli fil-PIR.

 

2007

2008

2009

PIR

Importazzjoni

(f’tunnellati)

9 844

10 081

5 830

4 553

Indiċi

100

102

59

46

Sehem mis-suq (%)

3,8

3,9

2,9

2,2

Indiċi

100

102

75

58

Prezz tal-importazzjoni

1 073

1 195

1 394

1 388

Indiċi

100

111

130

129

2.2.2.   It-twaqqigħ tal-prezz

(88)

Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi tar-RPĊ u dawk Ukraini, it-twaqqigħ tal-prezz kellu jiġi stabbilit fuq statistiċi tal-importazzjoni mill-kodiċi NM permezz tal-informazzjoni miġbura fuq il-bażi tal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku. Fil-PIR, il-marġni tat-twaqqigħ għall-importazzjonijiet ta’ SWR li kienu joriġinaw mir-RPĊ u mill-Ukraina kien ivarja, bl-esklużjoni tad-dazju antidumping, bejn 47,4 % għal 58,2 %.

2.3.   L-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel

2.3.1.   Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel

(89)

Skont id-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-Afrika t’Isfel naqas b’77 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009 ġie osservat tnaqqis konsiderevoli b’94 punt perċentwali, li mbagħad kien segwit minn żieda żgħira ta’ 17-il punt perċentwali fil-PIR.

(90)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel naqas minn 0,5 % għal 0,1 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(91)

Safejn huma kkonċernati l-prezzijiet tal-importazzjoni, dawn żdiedu b’mod stabbli b’52 % matul il-perjodu kkunsidrat.

 

2007

2008

2009

PIR

Importazzjoni

(f’tunnellati)

1 229

846

73

281

Indiċi

100

69

6

23

Sehem mis-suq (%)

0,5

0,3

0,0

0,1

Indiċi

100

68

7

29

Prezz tal-importazzjoni

1 504

1 929

2 217

2 280

Indiċi

100

128

147

152

2.3.2.   It-twaqqigħ tal-prezz

(92)

It-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit bl-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produttur mill-Afrika t’Isfel li kkoopera, mingħajr dazju antidumping, u nstab li kien negattiv. Fin-nuqqas ta’ kull produttur esportatur ieħor fl-Afrika t’Isfel, din il-konklużjoni hija valida għall-pajjiż kollu kemm hu.

3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi li għalihom ġew estiżi l-miżuri

3.1.   Ir-Repubblika tal-Korea

(93)

Kif jingħad fil-premessa (3) ta’ hawn fuq, instab li l-evażjoni tal-miżuri oriġinali li jikkonċerna r–RPĊ seħħet permezz tar-Repubblika tal-Korea (il-Korea t’Isfel). Konsegwentement, id-dazju antidumping impost fuq importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ kien estiż għall-importazzjonijiet tal-istess SWR mibgħuta mill-Korea t’Isfel, ħlief għal dawk prodotti minn ħdax-il produttur ġenwin fil-Korea t’Isfel.

(94)

Wara din l-investigazzjoni ta’ kontra l-evażjoni u l-estensjoni tad-dazju antidumping għal importazzjonijiet mibgħuta mill-Korea t’Isfel, l-importazzjonijiet naqsu b’mod sinifikanti u s-sehem mis-suq naqas minn 18,7 % fl-2007 għal 12,8 % fil-PIR. Dan il-perċentwal jidher li jikkorrispondi mas-sehem tal-produtturi esportaturi Koreani ġenwini li kull wieħed minnhom ġie eżentat.

3.2.   Il-Moldova

(95)

L-importazzjonijiet li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Moldova nstabu li kienu qrib iż-żero matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, l-ebda analiżi oħra ma tqieset li kienet meħtieġa.

3.3.   Il-Marokk

(96)

L-importazzjonijiet li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Marokk naqsu b’51 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tagħhom kien jirrappreżenta inqas minn 0,5 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.   Pajjiżi oħra kkonċernati mill-miżuri antidumping

(97)

Skont id-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet ta’ xi ħbula u kejbils tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mill-Federazzjoni Russa kif definiti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1601/2001 (12) naqas b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(98)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Russja naqas minn 1,5 % fl-2007 għal 1,1 % fil-PIR.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-IU

(99)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi ekonomiċi u l-indiċi kollha rilevanti li huma relatati mal-istat tal-IU.

5.1.   Kummenti preliminari

(100)

Fid-dawl tal-fatt li t-teħid ta’ kampjuni ntuża fir-rigward tal-IU, il-ħsara ġiet evalwata kemm fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fuq il-livell tal-IU kollha kif definit fil-premessa (75) u fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(101)

Meta wieħed jirrikorri għat-teħid ta’ kampjuni, skont il-prattika stabbilita, jiġu analizzati xi indikaturi tal-ħsara (produzzjoni, kapaċità, produttività, ħażniet, bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir u impjiegi) għall-IU kollha kemm hi, filwaqt li dawk l-indikaturi ta’ ħsara relatati mal-prestazzjoni ta’ kumpaniji individwali, jiġifieri l-prezzijiet, l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, il-pagi, l-investimenti, il-qligħ fuq l-investiment, il-fluss ta’ flus, u l-kapaċità li jiżdied il-kapital jiġu eżaminati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura fil-livell tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(102)

Wieħed mill-produtturi tal-grupp fil-kampjun Bridon, Bridon International Limited, żamm il-kontijiet tiegħu b’GBP matul il-perjodu kkunsidrat. B’riżultat ta’ dan, ċerti indikaturi tal-ħsara ġew influwenzati mill-bidla fir-rata tal-kambju bejn il-GBP u l-EUR matul il-perjodu kkunsidrat.

5.2.   Dejta relatata mal-IU

(a)   Produzzjoni

(103)

Il-produzzjoni tal-IU naqset b’9 % bejn l-2007 u l-PIR, jiġifieri minn 182 681 tunnellata għal 165 394 tunnellata. Il-volum tal-produzzjoni baqa’ ma nbidilx fl-2008 qabel naqas b’mod sinifikanti bi 13 % fl-2009 b’konsegwenza tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku globali. Dan irkupra fil-PIR u żdied b’4 punti perċentwali. Il-volum tal-produzzjoni naqas inqas mill-konsum fis-suq tal-Unjoni b’konsegwenza tad-domanda fi swieq mhux tal-UE.

IU

2007

2008

2009

PIR

Volum tal-produzzjoni

(f’tunnellati)

182 681

182 691

159 266

165 394

indiċi

100

100

87

91

(b)   Il-kapaċità u r-rati tal-użu tal-kapaċità

(104)

Il-kapaċità tal-produzzjoni naqset b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2009, din naqset b’10 % qabel żdiedet b’4 punti perċentwali fil-PIR. Hekk kif il-produzzjoni naqset relattivament aktar mill-kapaċità, l-użu tal-kapaċità li rriżulta naqas, minn 69 % fl-2007 għal 66 % fil-PIR.

IU

2007

2008

2009

PIR

Kapaċità

265 779

261 383

239 312

249 254

indiċi

100

98

90

94

L-użu tal-kapaċità

69  %

70  %

67  %

66  %

indiċi

100

102

97

97

(c)   Il-ħażniet

(105)

Il-livell tal-ħażniet tal-għeluq tal-IU żdied fl-2008 u fl-2009 iżda naqas fil-PIR għal-livell tal-2007.

IU

2007

2008

2009

PIR

Ħażna tal-għeluq

(f’tunnellati)

12 656

13 254

12 790

12 651

indiċi

100

105

101

100

(d)   Il-volum tal-bejgħ

(106)

Il-bejgħ mill-IU fis-suq tal-Unjoni naqas b’20 % bejn l-2007 u l-PIR. Wara li naqas b’5 % fl-2008, il-volum tal-bejgħ kompla jonqos b’24 punt perċentwali fl-2009 b’konsegwenza tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. Dan l-iżvilupp huwa konformi mal-evoluzzjoni tas-suq tal-Unjoni, li naqas b’21 % bejn l-2007 u l-PIR minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

IU

2007

2008

2009

PIR

Bejgħ lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni (f’tunnellati)

112 387

106 431

80 340

89 551

indiċi

100

95

71

80

(e)   Is-sehem mis-suq

(107)

L-IU irnexxielha żżomm l-istess sehem mis-suq ta’ 44 % bejn l-2007 u l-PIR. Madankollu, is-snin 2008 u 2009 urew tnaqqis fis-sehem mis-suq għal 41 u 40 % tal-konsum tal-Unjoni rispettivament.

IU

2007

2008

2009

PIR

Sehem mis-suq

44  %

41  %

40  %

44  %

indiċi

100

94

91

100

(f)   Tkabbir

(108)

Bejn l-2007 u l-PIR, meta l-konsum tal-Unjoni naqas b’21 %, il-volum tal-bejgħ tal-IU naqas biss b’20 %. L-IU għalhekk kisbet ftit sehem mis-suq, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati tilfu kważi 2 punti perċentwali matul l-istess perjodu.

(g)   L-impjieg

(109)

Il-livell ta’ impjieg tal-IU naqas bi 12 % bejn l-2007 u l-PIR. It-tnaqqis ewlieni seħħ fl-2009 meta l-impjieg naqas bi 8 punti perċentwali. Dan juri li l-IU kienet kapaċi tadatta lilha nnifisha għas-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq.

IU

2007

2008

2009

PIR

L-impjieg

3 052

2 978

2 752

2 694

indiċi

100

98

90

88

(h)   Il-produttività

(110)

Il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-IU, imkejla bħala l-output għal ekwivalenti għal full-time (FTE) impjegati kull sena, kienet volatili matul il-perjodu kkunsidrat u żdiedet b’2 punti perċentwali fl-2008 u mbagħad naqset b’5 punti perċentwali fl-2009 qabel żdiedet b’6 punti perċentwali fil-PIR.

IU

2007

2008

2009

PIR

Il-produttività

59,9

61,3

57,9

61,4

indiċi

100

102

97

103

(i)   Il-kobor tal-marġni tad-dumping

(111)

Fir-rigward tal-impatt fuq l-IU tal-kobor tal-marġnijiet attwali tad-dumping li nstabu u li kienu għoljin, fid-dawl tal-volum globali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u l-eżistenza ta’ dazji antidumping, dan l-impatt ma jistax jiġi kkunsidrat bħala wieħed sinifikanti.

5.3.   Dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(j)   Il-prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet domestiċi

(112)

Il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità tal-IU żdiedu bi 11 % bejn l-2007 u l-PIR. Il-prezzijiet żdiedu progressivament b’16 % sal-2009 qabel naqsu b’5 punti perċentwali fil-PIR. L-iżvilupp tal-prezzijiet huwa relatat mal-fatt li l-IU kienet kapaċi tferrex ordnijiet għaljin ħafna magħmula qabel it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku matul l-2009. Huwa relatat ukoll mal-migrazzjoni progressiva tal-IU lejn SWR aktar għaljin, jew l-SWR b’dijametru akbar.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

Il-prezz tal-bejgħ medju għal kull unità fl-UE (EUR/tunnellata)

3 219

3 492

3 720

3 560

indiċi

100

108

116

111

(k)   Il-pagi

(113)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-paga medja għal kull FTE naqset bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu m’għandha tittieħed l-ebda konklużjoni sinifikanti mit-tabella ta’ hawn taħt peress li l-pagi għal kull impjegat kienu influwenzati ħafna mill-varjazzjoni tar-rata tal-kambju GBP — EUR matul il-perjodu kkunsidrat.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

Pagi għal kull FTE (EUR)

55 062

50 570

46 638

48 329

indiċi

100

92

85

88

(l)   L-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

(114)

Għalkemm l-investimenti fl-SWR naqsu bi 32 % matul il-perjodu kkunsidrat, dawn kienu sinifikanti u kienu jammontaw għal aktar minn EUR 35 miljun. L-investimenti kienu prinċipalment ikkonċentrati fuq SWR ta’ marġni għoli. Il-produtturi fil-kampjun ma kellhom l-ebda diffikultà biex iżidu l-kapital matul il-perjodu kkunsidrat hekk kif l-investimenti normalment setgħu jitħallsu lura fi ftit snin.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

Investimenti

(EUR 1 000 )

12 331

9 038

6 283

8 406

indiċi

100

73

51

68

(m)   Il-profittabbiltà fis-suq tal-Unjoni

(115)

Il-produtturi fil-kampjun irnexxielhom jiksbu profitti matul il-perjodu kollu kkunsidrat. Il-profitti miksuba mill-2008 sal-PIR kienu ’l fuq mill-profitt fil-mira ta’ 5 % stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Ir-riżultati miksuba mill-produtturi fil-kampjun jistħgu jiġu spjegati l-aktar mill-iżvilupp tal-prezzijiet bejn l-2007 u l-PIR u mid-domanda globali kontinwa għall-produtturi fil-kampjun li permezz tagħha setgħu inaqqsu l-ispejjeż fissi. It-tnaqqis fil-profitt fil-PIR huwa spjegat bi tnaqqis fil-prezzijiet u bi tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni li kellu impatt negattiv fuq l-ispiża tal-produzzjoni.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

Il-profitabbiltà fis-suq tal-Unjoni (%)

3,6

5,7

11,1

6,5

indiċi

100

158

307

179

(n)   Ir-redditu fuq l-investimenti

(116)

Ir-redditu fuq l-investimenti (ROI), espress bħala l-profitt totali ġġenerat mill-attività tal-SWR f’perċentwal tal-valur nett skont il-kotba tal-assi direttament u indirettament relatati mal-produzzjoni tal-SWR, segwit mix-xejriet ta’ profitabbiltà ta’ hawn fuq matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

ROI (%)

24,5

45

76,4

69,6

indiċi

100

184

312

284

(o)   Il-fluss tal-flus

(117)

Is-sitwazzjoni tal-fluss tal-flus tjiebet bejn l-2007 u l-PIR, u segwiet ix-xejriet ta’ profitabbiltà ta’ hawn fuq matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

Produtturi fil-kampjun

2007

2008

2009

PIR

Fluss tal-flus

(EUR 1 000 )

20 255

38 579

60 276

45 841

indiċi

100

190

298

226

(p)   Irkuprar mill-effetti tad-dumping passat

(118)

Filwaqt li l-indikaturi eżaminati hawn fuq juru li l-IU ġiet affettwata ħażin mit-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk kif il-volum tal-bejgħ, il-volum tal-produzzjoni, l-impjiegi u l-investimenti naqsu, dawn jindikaw ukoll li l-IU adattat it-tagħmir tal-produzzjoni tagħha biex jindirizza l-ambjent ekonomiku l-ġdid b’mod aħjar u biex tkun tista’ taħtaf opportunitajiet fis-swieq tal-UE u mhux tal-UE f’oqsma fejn jistgħu jinkisbu marġnijiet għoljin. It-titjib fis-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-IU, flimkien mal-impożizzjoni tal-miżuri antidumping fl-1999, juru li l-miżuri huma effettivi u li l-IU irkuprat mill-effetti tal-prattiki tad-dumping tal-passat.

(119)

Il-Gvern Ukrain indika li ma jistax jifhem kif it-tneħħija tad-dazji tal-antidumping kontra l-importazzjoni mill-Ukraina tista’ tkun ta’ dannu għall-IU meta l-indikatari tad-dannu fil-biċċa l-kbira tagħhom juru xejriet pożittivi f’perjodu ta’ kriżi ekonomika u speċjalment bejn l-2009 u l-PIR. Din l-analiżi, madankollu, kienet imsejsa fuq perjodu ta’ żmien limitat u mhux fuq il-perjodu kollu kkunsidrat. Ta’ min wieħed jinnota li dan il-perjodu ma jirrappreżentax ix-xejra kumplessiva, li bdiet minn sitwazzjoni meta l-profitt fil-mira lanqas biss inkiseb u mbagħad eventwalment intlaħaq minkejja l-kriżi ekonomika li laqtet lill-IU u l-indikaturi tagħha tqiesu fi tmiem il-perjodu. Tabilħaqq, kif jindikaw il-premessi (112) u (115), l-istampa kumplessiva relattivament pożittiva li wriet l-IU hija spjegata min naħa permezz tal-riżervazzjonijiet qawwija lejn tmiem l-2008 li nfirxu fuq l-2009 u min-naħa l-oħra permezz taż-żieda fil-konsum fis-swieq mhux tal-UE li kkontribwiet lejn xejriet pożittivi kumplessivi fir-rigward tal-indikaturi marbuta mal-profitt.

5.4.   Konklużjoni

(120)

Għalkemm il-konsum naqas b’21 %, l-IU irnexxielha żżomm is-sehem mis-suq tagħha, il-prezzijiet żdiedu bi 11 %, il-ħażniet baqgħu f’livell raġonevoli filwaqt li l-volum tal-produzzjoni naqas inqas mill-konsum. F’termini ta’ profitt, l-IU għamlet profitt matul il-perjodu kkunsidrat. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-IU ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu kkunsidrat.

F.   Il-PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAL-ĦSARA

(121)

Kif ġie spjegat fil-premessi (55) u (68), il-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Ukraina għandhom il-potenzjal li jgħollu mhux ħażin il-volum tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni billi jagħmlu użu mill-kapaċitajiet żejda disponibbli. Huwa tassew disponibbli kapaċitajiet sinifikanti li jammontaw għal aktar minn 500 000 tunnellata li jirrappreżenta l-konsum kollu tal-Unjoni. Għalhekk huwa probabbli li kwantitajiet sostanzjali ta’ SWR mir-RPĊ u mill-Ukraina se jippenetraw is-suq tal-Unjoni biex jerġgħu jiksbu s-sehem mis-suq mitluf u jżiduh aktar jekk il-miżuri jiġu revokati.

(122)

Kif ġie enfasizzat fil-premessa (88), il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Ukraina nstabu li kienu baxxi u inqas mill-prezzijiet tal-UE. Dawn il-prezzijiet baxxi x’aktarx ikomplu jkunu mitluba. Tassew li fil-każ tal-Ukraina, kif huwa indikat fil-premessa (67), il-prezzijiet jistgħu saħansitra jonqsu aktar. Imġiba tal-prezzijiet bħal din, flimkien mal-kapaċità tal-esportaturi f’dawn il-pajjiżi li jwasslu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, għandu jkollha, fil-probabbiltà kollha, effett ’l isfel fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-IU. Kif muri hawn fuq, il-prestazzjoni finanzjarja tal-IU hija relatata mill-qrib mal-livell tal-prezz fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk huwa probabbli li jekk l-IU tkun esposta għal aktar volumi ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Ukraina bi prezzijiet oġġetti għal dumping, dan jirriżulta fid-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha kif instab fl-investigazzjoni oriġinali. Fuq din il-bażi, huwa għalhekk konkluż li r-revoka tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Ukraina x’aktarx tirriżulta fir-rikorrenza ta’ ħsara lill-IU.

(123)

Safejn hija kkonċernata l-Afrika t’Isfel u kif indikat fil-premessa (63), il-kapaċitajiet żejda jidhru li huma limitati. Kif huwa enfasizzat fil-premessa (92), il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Afrika t’Isfel lejn l-UE instabu li ma kinux inqas mill-prezzijiet tal-IU. Minħabba l-volum baxx esportat lejn l-UE li daħal fis-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-SWR tal-Afrika t’Isfel, lejn il-ħames swieq ewlenin mhux tal-UE wkoll tqabblu mal-prezzijiet tal-IU fuq bażi tat-tip ta’ prodott. Dawn il-prezzijiet ukoll instabu li ma kinux inqas mill-prezzijiet tal-IU.

(124)

Meta jitqiesu l-kapaċitajiet żejda limitati u n-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezzi, huwa konkluż li r-revoka tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel fil-probabbiltà kollha ma jirriżultawx fir-rikorrenza ta’ ħsara għall-IU.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

1.   Introduzzjoni

(125)

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra r-RPĊ u l-Ukraina jkunux kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi diversi involuti. Wieħed għandu jiftakar li, fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni ta’ miżuri ma kinitx ikkunsidrata li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li din l-investigazzjoni hija reviżjoni, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri antidumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv eċċessiv fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-antidumping eżistenti.

(126)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet fuq il-probabbiltà tar-rikorrenza ta’ dumping ta’ ħsara, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li żżomm miżuri kontra l-importazzjoni li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Ukraina f’dan il-każ partikolari.

2.   L-interess tal-IU

(127)

L-IU wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan kien ikkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha osservat matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-fatt li l-IU żammet is-sehem fis-suq tagħha matul il-perjodu kkunsidrat juri kuntrast qawwi mas-sitwazzjoni ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fl-1999. Huwa nnutat ukoll li l-IU tejbet is-sitwazzjoni tal-profitt tagħha bejn l-2007 u l-PIR. Huwa mfakkar ukoll li l-evażjoni nstabet mill-importazzjonijiet mill-Marokk, il-Moldova u l-Korea t’Isfel. Li kieku dan l-iżvilupp ma seħħx, is-sitwazzjoni tal-IU setgħet kienet aktar favorevoli.

(128)

Wieħed jista’ raġonevolment jistenna li l-IU tkompli tibbenefika mill-miżuri li għandhom jinżammu. Jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Ukraina ma jinżammux, huwa probabbli li l-IU terġa’ tibda ġġarrab ħsara mill-importazzjonijiet li żdiedu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn dawn il-pajjiżi u li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha tiddeterjora.

3.   L-interess tal-impotaturi

(129)

Huwa mfakkar li fl-investigazzjonijiet preċedenti nstab li l-impatt tal-impożizzjoni ta’ miżuri ma jkunx sinifikanti. Kif indikat fil-premessa (11), żewġ importaturi wieġbu għall-kwestjonarju u kkooperaw bis-sħiħ fil-proċedura. Huma indikaw li l-miżuri kienu qed jgħollu l-prezzijiet. L-investigazzjoni madankollu żvelat li kienu jeżistu sorsi oħrajn ta’ provvista u li l-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi oħrajn kienu f’livelli simili bħal dawk tar-RPĊ.

(130)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-miżuri eżistenti fis-seħħ ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma jaffettwawx l-importaturi b’mod eċċessiv.

4.   L-interess tal-utenti

(131)

L-SWR jintużaw f’varjetà wiesgħa ta’ applikazzjonijiet u għalhekk jistgħu jkunu kkonċernati għadd kbir ta’ industriji tal-utenti, bħas-sajd, l-industrija marittima/tat-trasport marittimu, l-industriji taż-żejt u tal-gass, it-tħaffir fil-minjieri, il-forestrija, it-trasport bl-ajru, l-inġinerija ċivili, il-bini, il-liftijiet. Il-lista ta’ hawn fuq tal-industriji tal-utenti hija biss waħda indikattiva.

(132)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-utenti kollha magħrufa. Kif imsemmi fil-premessa (16), utent wieħed biss ikkoopera f’din il-proċedura. Dan indika li ma ġarrabx ħsara minħabba l-eżistenza tal-miżuri peress li sorsi oħra kienu disponibbli u li l-SWR ma kinux jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-ispiża tal-produzzjoni tiegħu. F’dan il-kuntest, ġie konkluż li minħabba l-inċidenza negliġibbli tal-ispiża tal-SWR fuq l-industriji tal-utenti u l-eżistenza ta’ sorsi ta’ provvista oħrajn disponibbli, il-miżuri fis-seħħ m’għandhomx effett sinifikanti fuq l-industrija tal-utenti.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(133)

Minħabba dak imsemmi hawn fuq, huwa konkluż li m’hemm l-ebda raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali.

H.   MIŻURI ANTIDUMPING

(134)

Il-partijiet kollha ġew infurmati dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom huwa maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u mill-Ukraina u li jintemmu fir-rigward tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel. Dawn ingħataw ukoll perjodu li fih jistgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara li dan ġie żvelat. Ma ġew irċevuti l-ebda kummenti li kienu tat-tip li jbiddlu l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

(135)

Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li, kif stipulat mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ SWR, li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Ukraina, għandhom jinżammu. Għall-kuntrarju, il-miżuri applikabbli għall-importazzjonijiet mill-Afrika t’Isfel għandhom jitħallew jiskadu.

(136)

Kif deskritt taħt il-premessi (2) u (3) ta’ hawn fuq, id-dazji antidumping fis-seħħ għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina u mir-RPĊ ġew estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet ta’ SWR mibgħuta mill-Moldova, mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea rispettivament, sew jekk jiġu dikjarati li joriġinaw mill-Moldova, mill-Marokk jew mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le. Kif deskritt taħt il-premessa (2) ta’ hawn fuq, id-dazji antidumping fis-seħħ għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Ukraina u mir-RPĊ ġew estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet ta’ SWR mibgħuta mill-Moldova, mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea rispettivament, sew jekk jiġu dikjarati li joriġinaw mill-Moldova, mill-Markokk jew mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le. Il-produttur esportatur fil-Marokk li kien ġie eżentat mill-miżuri kif estiżi permezz tar-Regolament (KE) Nru 1886/2004 għandu jkun eżentat ukoll mill-miżuri kif imposti b’dan ir-Regolament. Il-ħdax-il produttur esportatur fil-Korea t’Isfel li kienu ġew eżentati mill-miżuri kif estiżi permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2010 għandhom ikunu eżentati wkoll mill-miżuri kif imposti b’dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv antidumping huwa b’dan impost fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar inklużi ħbula bil-kojlatura maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b’dimensjoni massima ta’ wisa’ li taqbeż it-3 mm, li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM ex 7312 10 81 , ex 7312 10 83 , ex 7312 10 85 , ex 7312 10 89  u ex 7312 10 98 (il-kodiċi TARIC 7312 10 81 11, 7312 10 81 12, 7312 10 81 13, 7312 10 81 19, 7312 10 83 11, 7312 10 83 12, 7312 10 83 13, 7312 10 83 19, 7312 10 85 11, 7312 10 85 12, 7312 10 85 13, 7312 10 85 19, 7312 10 89 11, 7312 10 89 12, 7312 10 89 13, 7312 10 89 19, 7312 10 98 11, 7312 10 98 12, 7312 10 98 13 u 7312 10 98 19) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Ukraina.

2.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz CIF nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tkun ta’ 60,4 %.

3.   Ir-rata tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-prezz CIF nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u li joriġina mill-Ukraina għandha tkun ta’ 51,8 %.

4.   Id-dazju definittiv antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, kif stabbilit fil-paragrafu 2, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta mill-Marokk, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Marokk u sew jekk le (kodiċijiet TARIC 7312 10 81 12, 7312 10 83 12, 7312 10 85 12, 7312 10 89 12 u 7312 10 98 12), ħlief għal dawk prodotti minn Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Morokk (kodiċi addizzjonali TARIC A567) u għall-importazzjonijiet tal-istess ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u sew jekk le (kodiċijiet TARIC 7312 10 81 13, 7312 10 83 13, 7312 10 85 13, 7312 10 89 13 u 7312 10 98 13), ħlief għal dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Korea

Bosung Wire Rope Co, Ltd., 568, Yongdeok-ri, Hallim-myeon, Gimhae-si, Gyeongsangnam-do, 621-872

A969

Chung Woo Rope Co., Ltd. 1682-4, Songjung-Dong, Gangseo-Gu, Busan

A969

CS Co., Ltd, 287-6 Soju-Dong Yangsan-City, Kyoungnam

A969

Cosmo Wire Ltd., 4-10, Koyeon-Ri, Woong Chon-Myon Ulju-Kun, Ulsan

A969

Dae Heung Industrial Co., Ltd., 185 Pyunglim - Ri, Daesan-Myun, Haman – Gun, Gyungnam

A969

DSR Wire Corp., 291, Seonpyong-Ri, Seo-Myon, Suncheon-City, Jeonnam

A969

Kiswire Ltd., 20th Fl. Jangkyo Bldg., 1, Jangkyo-Dong, Chung-Ku, Seoul

A969

Manho Rope & Wire Ltd., Dongho Bldg, 85-2, 4 Street Joongang-Dong, Jong-gu, Busan

A969

Shin Han Rope CO.,LTD, 715-8, Gojan-dong, Namdong-gu, Incheon

A969

Ssang Yong Cable Mfg. Co., Ltd, 1559-4 Song-Jeong Dong, Gang-Seo Gu, Busan

A969

Young Heung Iron & Steel Co., Ltd, 71-1 Sin-Chon Dong, Changwon City, Gyungnam

A969

5.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Ukraina, kif stabbilit fil-paragrafu 3, huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet tal-istess ħbula u kejbils tal-azzar mibgħuta mill-Moldova, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Moldova u sew jekk le (kodiċijiet TARIC 7312 10 81 11, 7312 10 83 11, 7312 10 85 11, 7312 10 89 11 u 7312 10 98 11).

6.   Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

7.   Il-proċedura tar-reviżjoni li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar inklużi l-ħbula koljaturi maqfula, esklużi ħbula u kejbils tal-azzar li ma jissaddadx, b’dimensjoni massima ta’ wisa’ li taqbeż it-3 mm, li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel u attwalment klassifikabbli taħt il-kodiċijiet NM ex 7312 10 81 , ex 7312 10 83 , ex 7312 10 85 , ex 7312 10 89 u ex 7312 10 98 hija mitmuma.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1.

(3)   ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1.

(4)   ĠU L 285, 31.10.2007, p. 1.

(5)   ĠU L 120, 24.4.2004, p. 1.

(6)   ĠU L 328, 30.10.2004, p. 1.

(7)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 1.

(8)   ĠU L 117, 11.5.2010, p. 1.

(9)   ĠU C 309, 13.11.2010, p. 6.

(10)   ĠU C 311, 16.11.2010, p. 16.

(11)  Il-Każ T-369/08 European Wire Rope Importers Association (EWRIA) u Oħrajn v Il-Kummissjoni Ewropea [2010], paragrafi 76ff

(12)   ĠU L 211, 4.8.2001, p. 1.