7.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 95/2012

tas-6 ta’ Frar 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 rigward iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali fil-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), [ir-Regolament dwar l-OKS Unika] (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 (2) jistipula, fl-Anness għalih, iċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 55(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3), il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni l-lista emendata taċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali tagħha, kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li kienu ġew approvati bħala konformi mal-istandards minimi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (4).

(3)

Għalhekk jeħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1125/2010 jiġi emendat skont dan, u li tiġi ppubblikat fuq l-Internet il-lista tal-istallazzjonijiet tal-ħżin marbuta magħhom, flimkien mal-informazzjoni relatata kollha meħtieġa mill-operaturi involuti fl-intervent pubbliku.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1125/2010 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10.

(3)  ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.

(4)  L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA. (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_facilities&vm=detailed&sb=Title)


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1125/2010, it-Taqsima intitolata “IL-ĠERMANJA” qed tinbidel b’dan li ġej:

“IL-ĠERMANJA

Andernach

Aschersleben

Augsburg

Bad Gandersheim

Bad Oldesloe

Beverungen

Brake

Bremen

Büdelsdorf

Bülstringen

Büsum

Buttstädt

Dessau-Roßlau

Drebkau

Ebeleben

Eberswalde

Eilenburg

Emden

Gransee

Halle

Hamburg

Hanau

Heiligenhafen

Hildesheim

Holzminden

Hoya

Itzehoe

Kappeln

Karstädt

Ketzin

Kiel

Krefeld

Kyritz

Lübeck

Lüneburg

Magdeburg

Malchin

Mannheim

Neubrandenburg

Nienburg

Nordhackstedt

Northeim

Ochsenfurt

Pasewalk

Querfurt

Regensburg

Rethem/Aller

Riesa

Rinteln

Rosdorf

Rostock

Salzhemmendorf

Salzwedel

Schwerin

Stralsund

Stuttgart

Torgau

Trebsen

Würzburg

Ziegra-Knobelsdorf”